Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/881843
Il-Ħadd 01 ta' Ottubru 2017 | illum 19 Opinjoni 19 D in il-ġimgħa kienet ġimgħa importanti għal min għandu għal qalbu d-demokrazija f 'pajjiżna. Bis-saħħa ta' deċiżjoni waħda kbira, se nsaħħu l-Parlament b'mod ċar u qawwi. Għall-ewwel darba fl- istorja, il-Gvern b'deċiżjoni konxja neża minn poter li huwa għandu li jaħtar lil min irid fl-amministrazzjoni pubblika u jaqsam dan il- poter mal-Parlament. Bis-saħħa ta' kumitat Parlamentari ġdid, issa l-Parlament se jkollu s-saħħa li jagħrbel u jsaqsi domandi fil-pubbliku (l-ewwel bil- kitba, imbagħad anke jekk ikun hemm bżonn wiċċ imb wiċċ) lill-kandidati biex iservu bħala Chairpersons ta' Awtoritajiet Regolatorji u Ambaxxaturi li mhumiex tal-karriera u jagħtu parir. Fi kliem ieħor il-Parlament qed intuh iktar saħħa u iktar importanza fid-demokrazija tagħna, kif jixraqlu. Parir, sintendi huwa dak li hu - parir. Iżda parir minn Kumitat Parlamentari hu parir b'saħħtu li ebda Ministru mhu se jinjorah. Fl-aħħar mill-aħħar hu fl-interess tal-Gvern stess li jinħatru nies tajbin sabiex il-programm elettorali jitwettaq b'mod b'saħħtu u bla skossi. L-abbozz intlaqa' b'mod ġeneralment pożittiv minn ħafna nies li kellmuni u li qed japprezzaw li waqt li t-tpaċpiċ huwa faċli li tagħmlu, id-diffiċli hu li twettaq il-bidla. Sfida li aħna qed jirnexxielna nagħmlu. Biex Malta tkun verament A+ anke f 'dan is-settur. Oppożizzjoni negattiva L-Oppożizzjoni, bħas-soltu, baqgħet negattiva. Dan l-abbozz ġie ppubblikat fil-mument li ħabbart id-deċiżjoni u għaddejt immedjatament kopja lill-Oppożizzjoni permezz tal-Whips. Dwar dan l-abbozz l-Oppożizzjoni ma kellha xejn pożittiv xi tgħid u, bħas-soltu, qalet li hu kollu ħażin. Jiena li xi ħadd jiġi jgħid: ara dwar din naqbel, u dwar din ma naqbilx. Dika nifhimha. Imma li tgħid li kollox hu ħażin u kollox hu negattiv- dika mhijiex kredibbli. Biex fuq dan l-abbozz ma ssib xejn tajjeb, juri li l-Oppożizzjoni ma tistax tittieħed bis-serjetà. Sieħeb l-Alternattiva Demokratika. Ħarġet tikkritikani għaliex ma ppubblikajtx l-abbozz meta l-abbozz kien ilu ppubblikat ġurnata sħiħa. Mhux ta' b'xejn li l-poplu qed iħares lejn il-Gvern u jgħid: dan huwa l-għażla naturali tiegħi. Għax dan hu Gvern li ma jiddejjaqx ibiddel, ma jiddejjaqx itejjeb lil dan il-pajjiż. Mhux riforma iżolata Din mhijiex riforma iżolata. Infakkar li ftit tax-xhur ilu biddilna mill-qiegħ il-mod tal-ħatra tal-Ġudikanti. Minn sitwazzjoni fejn il- Prim Ministru u l-Kabinett setgħu jaħtru lil min iridu, illum il-Prim Ministru u l-Ministri tal-Gvern jistgħu jaħtru ġudikanti biss minn fost lista ta' nies li jkunu għaddew mill-iskrutinju dwar eliġibilità u mertu magħmul minn kumitat ta' nies li jgawdu indipendenza u imparzjalità sħiħa. Dan abbażi ta' kriterji ċari u oġġettivi li ġew ippubblikati biex jarahom kulħadd. Din kienet riforma qawwija u b'saħħitha. Jgħidu x'jgħidu n-nies tal-establishment tas-soltu li ma jridu li xejn jinbidel f 'dan il-pajjiż, din kienet riforma li għamlet differenza mill-qiegħ. Legat Il-politiċi jmorru u jiġu. Illum hawn u għada le. L-importanti hu dak il-wirt li l-politiċi jħallu warajhom. F'dan il-kamp se nkunu ħallejna strutturi b'saħħithom f 'livell bla preċedent: il-liġi tal- finanzjament tal-partiti, il-whistleblowers' act, il-liġi tat-tneħħija tal- preskrizzjoni, ir-riforma fl-għażla tal-Ġudikanti u issa din. Ħaddieħor ipaċpaċ. Aħna nwettqu l-bidla. Dan hu li jagħtik sodisfazzjon li tkompli għaddej fil-politika. Kunċert Carlo Diacono Nhar il-ġimgħa li ġej l-Orkestra Filarmonika Nazzjonali se tikkommemora l-memorja tal-kompożitur Żejtuni Carlo Diacono b'kunċert. Mro Diacono miet propju 75 sena ilu. L-orkestra, għall-okkażjoni, se tesegwixxi l-kompożizzjoni San Paolo Evangelizza I Maltesi li se tindaqq għat- tieni darba fl-istorja. Xtaqt nagħmlilkom stedina miftuħa biex tattendu għal dan il-kunċert li se jsir fil- Konkatidral ta' San Ġwann. Id-dħul hu b'xejn però wieħed irid jikseb biljett billi jċempel fuq 22013000. Huwa kruċjali li aħna nikkommemoraw dawn il- ġganti artistiċi ta' pajjiżna. Grazzi minn qalbi lil kull min ħadem sabiex din l-okkażjoni setgħet issir realtà. Ara paġna 17 Sieħeb l-Alternattiva Demokratika. Ħarġet tikkritikani għaliex ma ppubblikajtx l-abbozz meta l-abbozz kien ilu ppubblikat ġurnata sħiħa Mhux ta' b'xejn li l-poplu qed iħares lejn il-Gvern u jgħid: dan huwa l-għażla naturali tiegħi. Għax dan hu Gvern li ma jiddejjaqx ibiddel, ma jiddejjaqx itejjeb lil dan il-pajjiż Insaħħu d-demokrazija... bil-fatti OWEN BONNICI Norman Hamilton; l-Ambaxxatur ta' Malta fir-Renju Unit