Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/881843
Il-Ħadd 01 ta' Ottubru 2017 | illum 23 L-Oroskopju Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Issa li beda ż-żmien taż-żodijaku tal-istilla ta' Libra, għalik ser ikun ifisser toroq aktar miftuħa ta' opportunitajiet kemm fil-karriera tiegħek u anke jekk għandek relazzjonijiet differenti. Dan iż-żodijaku se joffrilek xejra ta' bidla pożittiva. Però bħalissa l-aktar li qiegħda tispikka hija l-linja tla-karriera fejn hemm ħafna tibdil u affarijiet kompletament ġodda għalik. Trid tkun moħħok ferm iffokat sabiex tkompli tkabbar li ġej. Namaste. Kuluri favoriti ma' Aquarius huma dawn: abjad, blu u isfar L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn L-istilla li taħt iż-żodijaku ta' Libra se toffrilek pożittività ġejja minn Libra Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Issa li beda ż-żmien taż-żodijaku tal-istilla ta' Libra, għalik ser ikun ifisser taqlib li int trid toqgħod ftit aktar attent mis-soltu. Jekk ma kontx tagħti dik l-importanza, trid tagħraf li qiegħed kantuniera bogħod minn Scorpio u għalhekk l-effett ta' Libra qiegħed jgħinek tagħraf is-sitwazzjonijiet ta' inqas importanza u trid toqgħod ftit aktar attent minn dak li jista' joħroġ minnhom. Aħjar tkun ftit aktar imħejji għax qatt ma taf x'jista' jiżviluppa. Namaste. Kuluri favoriti ma' Pisces huma dawn: blu, aħdar u isfar L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa L-istilla li taħt iż-żodijaku ta' Libra se toffrilek pożittività ġejja minn Scorpio Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April Issa li beda ż-żmien taż-żodijaku tal-istilla ta' Libra, għalik ser ikun ifisser li trattab aktar ir-ras iebsa li jaf ikollok minn mument għall-ieħor għaliex taħt iż-żodijaku ta' Libra aktar minn qatt qabel ser ikun effettiv ċertu ebusija fik u dan jaf ikun ta' ħafna xkiel kemm mill-att ta' karriera u aktar jekk int għandek relazzjoni. Għalhekk li int taf li jista' jkollok aktar mumenti bħal dawn, agħraf ikkontrolla sabiex timxi 'l quddiem. Namaste. Kuluri favoriti ma' Aries huma dawn: aħmar, kannella u abjad L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa L-istilla li taħt iż-żodijaku ta' Libra se toffrilek pożittività ġejja minn Sagittarius Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju Issa li beda ż-żmien taż-żodijaku tal-istilla ta' Libra, għalik ser ikun ifisser li ser ikollokftit ta' taqbida sabiex tagħraf timxi b'moħħok aktar milli b'qalbek. Għal dawn il-ftit ġimgħat qalbek trid tħalliha fil-kexxun sabiex tkun tista' timxi fuq il- ħsieb għaqli tal-moħħ. Jekk jirnexxielek tagħmel dan se tasal f 'aktar sitwazzjonijiet pożittivi milli kont tasal kieku użajt qalbek. Dan huwa stadju ferm importanti għalik. Namaste. Kuluri favoriti ma' Taurus huma dawn: aħdar, oranġjo u isfar L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa L-istilla li taħt iż-żodijaku ta' Libra se toffrilek pożittività ġejja minn Capricorn Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Issa li beda ż-żmien taż-żodijaku tal-istilla ta' Libra, għalik ser ikun ifisser li se jkollok aktar toroq aktar miftuħa ta' opportunitajiet kemm fil-karriera tiegħek u anke jekk int għandek relazzjoni taħt dan iż-żodijaku, din se toffrilek xejra ta' tibdil pożittiv. Però bħalissa l-aktar li qiegħda tispikka hija l-linja tal-karriera tiegħek fejn hemm ħafna tibdil u affarijiet ġodda għalik. Int issa trid tkun ferm iffokat sabiex tkompli tkabbar li ġej. Namaste. Kuluri favoriti ma' Gemini huma dawn: isfar, blu u oranġjo L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa L-istilla li taħt iż-żodijaku ta' Libra se toffrilek pożittività ġejja minn Aquarius Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Issa li beda ż-żmien taż-żodijaku tal-istilla ta' Libra, għalik ser ikun ifisser li ser ikollok aktar stabbilita ta' dak li int qed tiffoka fuqu. Dan il-perjodu se jgħinek tiffoka aktar fuq dak li għaddej madwarek u dan jawgura tajjeb sabiex dak li int tant tixtieq jibda jagħtik is- sodisfazzjon tant meħtieġ. Dejjem agħraf żomm il-bilanċ mal-kumplament ta' dak li qed jiġri madwarek. Żomm għalk biss dak li ġej. Namaste. Kuluri favoriti ma' Cancer huma dawn: abjad, blu u isfar L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ħamis L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn L-istilla li taħt iż-żodijaku ta' Libra se toffrilek pożittività ġejja minn Pisces Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Issa li beda ż-żmien taż-żodijaku tal-istilla ta' Libra, għalik ser ikun ifisser li int għandek tibda tagħraf aktar l-abbiltà tiegħek. Għandek dan il-perjodu biex tagħraf ftit il-pariri li jagħtik ħaddieħor, isma' dejjem il-pariri ta' gwida imma agħsal s'hemm. Int se tkun b'saħħtek biżżejjed sabiex tasalgħal konklużjonijiet wara l-pariri li tkun smajt. Agħraf kull aspett li jista' jaffettwak. Namaste. Kuluri favoriti ma' Leo huma dawn: aħmar, oranġjo u lewn id- deheb L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa L-istilla li taħt iż-żodijaku ta' Libra se toffrilek pożittività ġejja minn Aries Leo huma magħrufin kemm huma nies umli Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settembru Issa li beda ż-żmien taż-żodijaku tal-istilla ta' Libra, għalik ser ikun ifisser li issa l-perjodu li ġej se jkun aktar stabbli minn dak li jkun is-soltu u hekk kif int tagħraf dan il-perjodu ta' stabbilità trid taħtaf l-opportunità sabiex timxi aħjar fil-ħidma tiegħek. Agħraf sabiex issib spazju u ħin għalik innifsek; ħin għall-eżerċizzju u ta' rilassament. B'dan kollu int tagħraf iktar lilek innifsek. Namaste. Kuluri favoriti ma' Virgo huma dawn: oranġjo, isfar u kannella L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn L-istilla li taħt iż-żodijaku ta' Libra se toffrilek pożittività ġejja minn Taurus Virgo huma magħrufin li jservu ta' pont Libra mit-23 ta' Settembru sat-22 ta' Ottubru Issa li beda ż-żmien taż-żodijaku tal-istilla ta' Libra, għalik ser ikun ifisser li issa l-perjodu maġiku tiegħek se jgħinek tagħraf aktar il- bżonnijiet personali tiegħek l-aktar dawk li jolqtuk direttament. Għalhekk ikun tajjeb li f 'dan il-perjodu ddur dawra miegħek innifsek biex meta jasal dak il-mument ta' pressjoni fil- karriera tiegħek, tkun aktar imħejji, stabbli u aktar int. Namaste. Kuluri favoriti ma' Libra huma dawn: blu, aħdar u abjad L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat- Tlieta L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa L-istilla li taħt iż-żodijaku ta' Libra se toffrilek pożittività ġejja minn Gemini L i b r a huma magħrufin li huma nies attivi ħafna Scorpio mit-23 ta' Ottubru sat-21 ta' Novembru Issa li beda ż-żmien taż-żodijaku tal-istilla ta' Libra, għalik ser ikun ifisser li trid toqgħod ferm aktar attent kif tagħraf tiddeċiedi u tieħu deċiżjonijiet aktar viċin tiegħek. Dan huwa perjodu delikat għalik. Din is-sitwazzjoni taf toħloq ċertu nervi ġewwa fik għalhekk trid tagħraf iżżomm kawt kemm tista' sabiex ma tiħux deċiżjonijiet mgħaġġla. Kun kawt u agħraf kemm tista'. Namaste. Kuluri favoriti ma' Scorpio huma dawn: aħmar, iswed u vjola L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn L-istilla li taħt iż-żodijaku ta' Libra se toffrilek pożittività ġejja minn Cancer Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom Sagittarius mill-22 ta' Novembru sal-21 ta' Diċembru Issa li beda ż-żmien taż-żodijaku tal-istilla ta' Libra, għalik ser ikun ifisser li int se tħossok xi ftit imfixkel bejn l-imħabba li kellek fil- passat għal dak li għandek fil-preżent. Dawn il-ħsebijiet taħt iż-żodijaku ta' Libra jafu joħolqu fik ftit konfużjoni għalhekk għandek tiffoka biss fuq dak li għaddej minnu fil-preżent għax jekk se tiffoka fuq il-passat taf tiftaħ il- ferita li tħarbatlek dak li għandek illum. Namaste. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa L-istilla li taħt iż-żodijaku ta' Libra se toffrilek pożittività ġejja minn Leo Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar Issa li beda ż-żmien taż-żodijaku tal-istilla ta' Libra, għalik ser ikun ifisser li minħabba dan ser toħloq xi ftit tat-tensjoni madwarek aktar mis- soltu. Dan l-aktar li ħa jaffettwak huwa kemm ma' sħabek kif ukoll fir-relazzjoni li għandek. Jaf ikollok ħafna aktar nervi u kollox bħal qisu ġej ħażin, issa jekk int tagħraf tilqa' għal dan li ġej, din il-fażi ta'' ftit ġimgħat ma tarahiex daqshekk twila. Namaste. Kuluri favoriti ma' Capricorn huma dawn: aħmar, blu u vjola L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ħamis L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn L-istilla li taħt iż-żodijaku ta' Libra se toffrilek pożittività ġejja minn VirgoCapricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom L-Oroskopju PaulJon joffri diversi servizzi ta' gwida permezz tal- oroskopju, tfissir tal-ħolm, bilanċ ta' enerġija pożittiva fid-dar jew negozju tiegħek u bosta servizzi oħrajn. Biex tikseb aktar tagħrif tista' tidħol fuq il-paġna ta' Facebook ta' PaulJon Aquilina jew ċempel mit- Tnejn sas-Sibt bejn 09.00 a.m u 21.00 p.m. fuq 99013600 jew 79495804. Tista' żżur il-websajt www.pauljon13.com Nigwidak għal ħajja aħjar. Namaste. Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? Imwassal lilkom minn PaulJon Kemm huma importanti l-kristalli f'ħajjitna Kull kristalla fi ha benefi ċċju speċifi ku Il-kristalla hi sors purament naturali Għal aktar informazzjoni ċempel fuq 99013600 / 79495804 Namaste Rakkonti mingħandkom il-qarrejja Int qatt kellek espe- rjenza ma' xi spirtu, ma' xi ħares jew aktar? Nistiednek sabiex niltaqgħu u nitkellmu dwar l- esperjenza tiegħek. Għal appuntament ċempel fuq 99013600 / 79495804. Namaste 7 Rakkonti Misterjużi Seba' rakkonti ta' esperjenzi vera mingħand nies li kellhom kuntatt mal-ispirti. Verżjoni bl- Ingliż ta' 7 Rakkonti Misterjużi f 'Novembru