Illum previous editions

illum 1 October 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/881843

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 01 ta' Ottubru 2017 | illum Sports 27 SPORTSillum minn Cristian Antony Muscat St Andrews ................... 1 Senglea A ..................... 0 GOWL tardiv u drammatiku tal-captain ta' St Andrews, Joseph Farrugia, ta tliet punti prezzjużi lis-Saints f 'rebħa minima ta' 1-0 li huma kisbu kontra Senglea Athletic. Kienu s-Sengleani li ħarġu fuq l-offensiva u wara biss ħames minuti, Miguel Escobar għadda tajjeb lejn Rene Caseres, b'dan javvanza fil-kaxxa iżda sab lil Matthew Calleja Cremona attent. St Andrews irrispondew fid-disa' minuta meta Aidan Friggieri kellu x-xutt b'saħħtu tiegħu jiġi newtralizzat minn Matthew Farrugia. Żewġ minuti biss wara, Steve Bonnici, għal Senglea Athletic, ra d-daqqa ta' ras tiegħu mill-viċin tistampa mal-wieqfa. Is-Sengleani reġgħu ħolqu l-periklu wara kwarta logħob, meta Ivan Paz indirizza kross perikoluż li ġie milqugħ tajjeb minn Matthew Calleja Cramona. Fl-43 minuta, Joseph Farrugia għal St Andrews kellu xutt tajjeb minn freekick li ġie milqugħ mill-goalkeeper ta' Senglea Athletic, Matthew Farrugia. Is-Sengleani wieġbu żewġ minuti biss wara meta Nicolas Virano għadda tajjeb lejn Matias Garzia li iżda ra x-xutt tiegħu jintemm barra. Huma spiċċaw jilagħbu b'10 players fl-54 minuta meta tkeċċa għalihom il-player Rene Caseres wara li rċieva żewġ karti sofor fil-partita. Dan sabiex fil-ħin miżjud, Senglea Athletic, spiċċaw jilagħbu b'disa' players meta din id-darba tkeċċa għalihom Terracciano permezz ta' karta ħamra diretta. St Andrews approfittaw bis-sħiħ minn dan u skorjaw il-gowl drammatiku tar-rebħa minn freekick mill-isbaħ tal- captain Joseph Farrugia. St Andrews Calleja Cremona, Pena Beltre, Borg, Perry, Grech, Farrugia, Azian, Davis, Butler (Grima 42'), Friggieri (Atkinson 73'), Miranda Gomez (Walker 61') Senglea Athletic Farrugia, Bondin, Leyton, Bonnici, Terraciano, Garzia, Virano (Sammut 87'), Vella, Caseres, Escobar (Vella 57'), Paz (Vella 90') Referi: Matthew Degabriele JOSEPH FARRUGIA Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill- ġurnalisti preżenti. Skorja l-gowl tant importanti għal St Andrews propju fil-ħin miżjud. Huwa l-captain ta' St Andrews. Gowl drammatiku ta' Joseph Farrugia jagħti r-rebħa lil St Andrews Ritratt: Dominic Borg Ritratt - James Bianchi Azzjoni mill-konfront bejn St Andrews u Senglea Athletic fuq il-lasti tas-Saints

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 1 October 2017