Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/881843
illum Il-Ħadd 01 ta' Ottubru 2017 Sports 28 minn Cristian Antony Muscat Hamrun S ......................5 Mosta ...........................2 HAMRUN Spartans kisbu rebħa kbira ta' 5-2 kontra Mosta. Huma kellhom bidu perfett u marru fil-vantaġġ wara biss żewġ minuti meta Lydon Micallef, approfitta minn pass erratiku ta' Ivan Maric u għeleb lill-goalkeeper żagħżugħ ta' Mosta Andreas Vella permezz ta' xutt minn ġol-kaxxa. Madankollu, Mosta, wettqu reazzjoni mmedjata meta Dexter Xuereb kellu xutt fil-baxx mix-xellug li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper Għawdxi tal-Ispartans, Steve Sultana. L-Ispartans reġgħu marru fil-vantaġġ wara kwarta logħob, meta wara li rċieva minn freekick ta' Thiago Espindola De Paula mix- xellug, għola tajjeb Maurico Jose Marinho li permezz ta' daqqa ta' ras tefa' l-ballun wara Andreas Vella. Hamrun Spartans komplew ikabbru l-vantaġġ fl-34 minuta grazzi għal Lydon Micallef li approfitta minn minn pass erratiku, din id-darba tal-awtur tal-goal ta' Mosta, Dexter Xuereb, avvanza tajjeb fil-kaxxa qabel tefa' l-ballun fix-xibka, biex b'hekk irreġistra doppjetta personali. Lydon Micallef kompla jinkuruna partita mill-aqwa permezz tat-tielet goal fis- 67 minuta, wara li għeleb lil Andreas Vella permezz ta' xutt fil-baxx minn ġol- kaxxa, wara li rċieva tajjeb mingħand il-captain Triston Caruana. Mosta naqqsu l-marġni tal-iskor fis-77 minuta grazzi għas-sostitut Calvin Camilleri li x-xutt mill-isbaħ tiegħu minn ġol- kaxxa ma ta l-ebda ċans lil Steve Sultana. Madankollu, minuta minn tmiem id-90 minuta, Hamrun Spartans issiġillaw ir-rebħa permezz tal-ħames goal meta Lydon Micallef indirizza cross mil-lemin lejn Siraj Arab Eddinli mill- viċin tefa' l-ballun fix-xibka, permezz ta' xutt fil-baxx. Hamrun S . Sultana, Micallef, Zerafa, Micallef, Caruana (Sciberras 72'), Camilleri, De Castro, Espindola De Paula, Marino Clavero (Agius 63'), Marinho, Faria Machedo (Arab 45') Mosta Vella, Ferreira, Mansi, Veronese, Maric, Nworah, Frendo (Camilleri 46'), Xuereb (Portelli 46'), Bilbao Zarate, Martins Fernandes (Frendo 65'), Magro Referi Fyodor Zammit minn Cristian Antony Muscat Tarxien R .................... 2 Sliema W .................... 1 TARXIEN Rainbows ħasdu lil Sliema Wanderes meta għelbuhom bl-iskor ta' 2-1. Ir-Rainbows ħolqu l-ewwel ċans ta' skor fis-16-il minuta meta Ryan Darmanin kellu xutt minn ġol- kaxxa li għadda għoli. Sliema Wanderers irrispondew fl-20 minuta permezz ta' freekick ta' Ricardo Correa li iżda ntemm barra. Tliet minuti biss wara Anderson De Assis għall-Wandersers kellu xutt fil-baxx minn ġol-kaxxa li ġie newtralizzat minn Christian Cassar. Ir-Rainbows fetħu l-iskor fis-27 minua meta Ayrton Azzopardi għadda pass perfett lejn Darmanin li avvanza tajjeb fil-kaxxa u tefa' l-ballun wara Glenn Zammit. Il-Wanderers irrispondew minuta biss wara eta Nikola Gavric kellu xutt minn ġol-kaxxa li ġie devjat minn Godwin McKay u ntemm ftit għoli. Il-Wanderers ġabu l-iskor indaqs fil-35 minuta meta difensuri tar-Rainbows naqqsu milli jikklerjaw il-ballun li spiċċa għand De Assis li tefa' l-ballun wara Christian Cassar. Il- Wanderers reġgħu ħolqu l-periklu fit-43 minata meta Mathias Muchardi kellu xutt b'saħħtu li ntemm barra. Ir-Rainbows skorjaw il-gowl tar-rebħa fil-ħin miżjud meta wara freekick, James Brincat, għadda tajjeb lejn Andrè Scicluna li t-tentattiv tiegħu għeleb lil Glenn Zammit. Tarxien R. Cassar, Scicluna, Azzopardi, Brincat, Grech, Darmanin (Desira Buttigieg 55'), Silva Faria, Cipriott (Spiteri 79'), McKay (Agius 84'), Baker, Calin Sliema W. Zammit, Bianciardi, Muchardi, Temile, Aquilina (Spiteri 74'), De Assis, Calisto Correa, Agius, Qeros, Mintoff, Gavric Referi Glen Tonna LYDON MICALLEF Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill- ġurnalisti preżenti. Kellu partita mill-aqwa u rreġistra hat-trick personali. Ingħaqad ma' Hamrun Spartans mingħand Balzan f'Awwissu illi għadda b'self sa tmiem l-istaġun. MATIAS MUCHARDI Ġie vvuatat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill- ġurnalisti preżenti. Għalkem ma rnexxielux isib ix-xibka, kien l-aħjar plejer fil-grawnd. Fil-passat riċenti lagħab ukoll ma' Ħamrun Spartans u Zebbug Rangers. Hamrun Spartans jiksbu rebħa kbira kontra Mosta Ritratt: Dominic Borg Ritratt: Joe Borg David Ifeanyi Nworah jittanta xortih permezz ta' xutt insidjuż lejn il-lasti ta' Hamrun Spartans Tarxien Rainbows jaħsdu lil Sliema Wanderers Ritratt: Dominic Borg