Illum previous editions

illum 1 October 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/881843

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 01 ta' Ottubru 2017 | illum Sports 29 Minn Cristian Antony Muscat TOTTENHAM Hotspur barra minn darhom kisbu rebħa kbira ta' 4-0 kontra Huddersfield Town bil-gowls għalihom jaslu minn Ben Davies, Moussa Sissoko, u doppjetta tas-solitu Harry Kane. Manchester United ġewwa darhom f 'Old Trafford ukoll kisbu rebħa kbira ta' 4-0 kontra Crystal Palace bl-awturi tal- gowls għalihom ikunu Juan Mata, Romelu Lukaku u Marouane Fellaini permezz ta' doppjetta. WBA u Watford bl-iskor temmew il-konfront ta' bejni 2-w bil-gowls għalihom jaslu minn Jose Salomon Rondon u Jonny Evans. Min-naħa l-oħra, il-gowls għal Watford waslu minn Abdoulaye Doucoure u Richarlison. Fi draw ieħor, iżda din id-darba ta' mingħajr goals, intemm il- konfront bejn AFC Bournemouth u Leicester City. Stoke City ġewwa darhom kisbu rebħa ta' 2-1 kontra Southampton bl-iskor ta' 2-1 bil-gowls għalihomjaslu minn Mame Biram Diouf u Peter Crouch. Ta' nota huwa l-fatt li fit-43 minuta, Saido Berahino falla penalty għall-istess Stoke City. Min-naħa l-oħra l-gowl waħdieni għal Stoke City wasal minn Maya Yoshida fil-75 minuta. Intant, f 'partita oħra, West Ham United ġewwa darhom kisbu rebħa minima ta' 1-0 kontra Swansea City, bil-gowl uniku għalihom jasal minn Diafra Sakho propju fid-90 minuta. RIŻULTATI Kampjonat Barclays Premier Is-Sibt 30 ta' Settembru Huddersfield Town vs Tottenham H. 0-4 AFC Bournemouth vs Leicester City 0-0 Manchester United vs Crystal Palace 4-0 Stoke City vs Southampton 2-1 West Bromwich Albion vs Watford 2-2 West Ham United vs Swansea City 1-0 FIXTURES Il-Ħadd 1 ta' Ottubru 13:00 Arsenal vs Brighton & Hove Albion 15:15 Everton vs Burnley 17:30 Newcastle United vs Liverpool Kampjonat Serie A TIM 12:30 Napoli vs Cagliari 15:00 Benevento vs Inter 15:00 ChievoVerona vs Fiorentina 15:00 Lazio vs Sassuolo 15:00 SPAL 2013 vs Crotone 15:00 Torino vs Hellas Verona 18:00 AC Milan vs Roma 20:45 Atalanta vs Juventu Rebħiet kbar u identiċi għal Manchester United u Tottenham Hotspur IS-SEWWIEQ Ingliż ta' Mercedes, Lewis Hamilton, kompla jimpressjona bis-sħiħ matul dan l-istaġun tal-Formula 1 li qed jarah bħala favorit nett li jerġa' jitrrijonfa fi tmiem l-istaġun. Dan meta lbieraħ rebaħ il- pole tal-GP tal-Malasja. Fit-tieni post se jkun qed jibda Kimi Raikkonen fuq Ferrari waqt li Max Verstappen fuq Red Bull se jkun qed jibda mit-tielet post. Ta' nota huwa l-fatt li s-sewwieq Ġermaniż ta' Ferrari, Sebastian Vettel, kellu problemi serji fil-magna tiegħu u kawża t'hekk illum se jkun qed jibda biss mill-aħħar post tal- gradwatorja. Rimarkabbli huwa l-fatt li Lewis Hamilton għandu xejn inqas minn 28 punt vantaġġ fuq Sebastian Vettel fil-klassifika ġenerali, u li tkompli tikkonferma l-fatt li s-sewwieq ta' Mercedes, se jkun il-favorit ewlieni li jirbaħ il-Kampjonat ta' dan l-istaġun. Hamilton jirbaħ il-pole tal-Malasja u Vettel se jibda mill-aħħar post Lewis Hamilton fl-azzjoni fil-Malasja Plejers ta' Manchester United jifirħu wara wieħed mill-erba' gowls kontra Crystal Palace

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 1 October 2017