Illum previous editions

illum 1 October 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/881843

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

illum Il-Ħadd 01 ta' Ottubru 2017 Sports 30 Il-mibki iżda qatt minsi, Alex Vella. "Din l-esperjenza li mmur nilgħab l-Italja tsser ħafna għalija" - Ben Plumpton minn Cristian Antony Muscat FILJIEM li għaddew tħabbar li l-plejer żagħżugħ ta' San Ġiljan ASC u tat- tim nazzjonali Malti tal- Waterpolo, Ben Plumpton, se jkun qed jibda avventura ġdida fil-karriera tiegħu mat-tim mis-Serie A1 fl- Italja, Posilipo. B'hekk dan il-ġurnal iltaqa' ma' Ben Plumpton innifsu, fejn tana iktar dettalji rigward kif qed iħares lejn din l-esperjenza unika fil-karriera tiegħu. Huwa afferma li: "Din l-esperjenza li mmur nilgħab l-Italja tfisser ħafna għalija. Esperjenza bħal din hija sabiħa ħafna u l-ħolma ta' kull plejer Malti. Dan huwa Kampjonat ferm ikbar minn tagħna fejn fih jilagħbu l-aqwa fost l-aqwa tad-dinja. F'dan il-Kampjonat, issib plejers bħal Ivovic u Molina u ħafna oħrajn simili. Stevie Camilleri ukoll lagħab f 'dan il-Kampjonat. Jien se mmur bi ħġari u nagħmel l-almu tiegħi biex nagħti prestazzjoni tajba. Jekk jirnexxieli nintgħażel biex nilgħab ikun pass ferm importanti fil-karriera tiegħi fil- waterpolo - pass li jwassalni fejn dejjem xtaqt u ħdimt ħafna għalih. Nixtieq nirringrazzja minn qalbi lill-klabb ta' San Giljan u lill-head coach Nazzjonali Karl Izzo li dejjem emmnu fija u li ħadmu qatigħ biex tawni din l-opportunità u issa qiegħed ftit passi 'l bogħod biex il-ħolma nagħmilha realtà," temm jgħid Ben Plumpton. Kollox lest għall-ftuħ tas-56 edizzjoni tal-Kampjonati Nazzjonali tad-Darts WASALNA ftit jiem 'il bogħod mill-bidu tas-56 edizzjoni tal- Kampjonati Nazzjonali tad-Darts f 'Malta fejn għal darb'oħra mistenni jkollna kampjonati missielta f ' kull diviżjoni. F' dawn l-aħħar snin, dan l-isport f 'Malta kompla jikber fil-popolarità u evidenza ċara ta' dan hija li għall-kampjonati ta' din is-sena hemm xejn anqas minn disa' klabbs ġodda, b'wieħed minnhom kompost kollu min plejers nisa. L-ewwel diviżjoni se tkun komposta minn: Kalkara St Joseph, Furjana Ajax A, Mosta Horseshoe Bar A, Birżebbuġa Cox Sports Club A, Żejtun Beland Bullseye, Gudja POs Bar A, Ħamrun Education Bar A, Senglea M. Conquest A. Fl-ewwel diviżjoni l-indikazzjonijiet juru li se jkun hemm battalja bejn żewġ timijiet għall- unur prinċipali fejn iċ-Champions renjanti, Kalkara St Joseph flimkien mar-runners-up, Furjana Ajax A jibdew l-istaġun bil-mira li jtemmu l-impenji tagħhom fil- quċċata tal-klassifika. Mosta Horseshoe Bar A u Birżebbuġa Cox Sports Club A mistennija jispiċċaw fit-tielet u r-raba' post li jfisser post fid- diviżjoni championship. L-għan prinċipali tal-erba' timijiet l-oħra se jkun li jżommu posthom fl-ogħla diviżjoni għal sena oħra. It-tieni diviżjoni se tkun komposta minn: Furjana Ajax B, Cospicua Rangers, Gudja POs Bar B, Birżebbuġa Cox Sports Club B, Mosta Horseshoe Bar B, Ħamrun Education Bar B, Buġibba Sun City A, St Venera Red Square. Tliet timijiet jibdew bħala favoriti għall-promozzjoni - Mosta Horseshoe Bar B, Furjana Ajax B u St Venera Red Square fejn matul ix- xhur ta' sajf kienu attivi b' numru ta' akkwisti ġodda. Ir-raba' post fid-diviżjoni championship mistenni jkun missielet bejn il- kumplament tat-timijiet fit-tieni diviżjoni. It-tielet diviżjoni se tkun komposta minn: Mqabba St Mary BC, St Paul's Diamonds, Mġarr The Hatch Sports Pub, BuġibbaSun City Ladies, Furjana Ajax C, Furjana Bocci Club, Ħamrun Bayern Munich, Senglea M. Conquest B, Siġġiewi St Nicholas BC, Sliema Tipico Club Lounge, St Paul's Band Club, Żurrieq FC. It-tielet diviżjoni komposta min disa' timijiet ġodda fejn kollox huwa possibbli, speċjalment għaliex maġġoranza ta'dawn it-timijiet huma komposti minn plejers ġodda għall-kampjonati nazzjonali, kif wkoll il- klabbs għadhom fiċ-ċans li jissaħħu b'akkwisti ġodda. Dan se jkun kampjonat speċjali għall-assoċjazzjoni għal numru ta' raġunijiet bl-aktar importanti jkunu li għat-tieni darba fl-istorja se jkun hemm tim kompost kollu minn plejers nisa u tliet ibliet ġodda f ' Malta ser jkunu rappreżentati li huma s-Siġġiewi, Sliema u ż-Żurrieq. Il-Malta Darts Association xtaqet tawgura lit-timijiet kollha staġun ta' suċċess. Ben Plumpton -azzjoni ma' San Ġiljan Ritratt - Wally Galea Emmanuel Ciantar -azzjoni. Ritratt - Marpics Photography

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 1 October 2017