Illum previous editions

illum 1 October 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/881843

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 01 ta' Ottubru 2017 | illum Sports 31 MALTA se tkun qed tagħmel minn kollox biex tikseb l-ewwel punti tagħha fil- kampanja ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-2018 meta nhar il-5 ta' Ottubru taffronta lil-Litwanja fl-Istadium Nazzjonali f 'Ta' Qali. Tmien logħbiet diffiċli għal pajjiżna fissru li huma ma kisbu l-ebda punt iżda t-tamiet huma qawwija li t-team nazzjonali jista' tabilħaqq jikseb l-ewwel punti hekk kif se jkun qed jaffronta lil-Litwanja ġewwa daru għall-aħħar darba. Wara l-konfront kontra l-Litwanja, Malta, tagħlaq bl- impenji tagħha minn dan il- Grupp bl-aħħar partita kontra s-Slovakkja fit-8 t'Ottubru fi Trnava. Il-fatt li Malta għadha mingħajr punti mhix riflessjoni ċara tal-wirjiet li kellhom il-Maltin f 'dan il-Grupp fejn affrontat avversarji diffiċli taħt il- gwida tal-coach Taljan, Pietro Ghedin. Il-Maltin ipproduċew wirjiet reżiljenti f 'ħafna mill-wirjiet tagħha iżda dejjem ħarġu mill-pitch mingħajr punti. Il-logħa tant mistennija kontra l-Ingilterra ta' nhar l-1 ta' Settembru li ġabet lejn l-Istadium Nazzjonali f 'Ta' Qali folla enormi huwa każ minnhom. Dan hekk kif b'determinazzjoni kbira sa mi-tisfira inizjali tar-referee, il-Maltin kienu għadhom fil- logħba sa ħames minuti minn tmiem id-90 minuta, iżda mbagħad tliet goals għall- Ingliżi fl-aħħar ħames minuti fissru rebħa kbira għat-team immexxi mill-coach Gareth Southgate. It-team nazzjonali Malti mbagħad vjaġġa lejn Glasgow fl-Iskozja fejn affrontat lit- team nazzjonali Skoċċiż li qed jaspira li jikseb it-tieni post fi Grupp F hekki kif jinsab b'punti ndaqs daqs is-Slovenja b'14-il punt, punt aktar mi-Slovakkja u sitta anqas mill-Ingilterra li għandhom 20 punt u jinsabu fil-quċċata tal-klassifika. Goals fil-fażi inizjali ta' kull taqsima kkastigaw lill-Maltin għal telfa ta' 2-0 f 'Hampden Park nhar l-4 ta' Settembru li għadda. Meta għad fadal biss żewġ logħbiet oħra ta' kwalifikazzjoni, il-players Maltin huma konxji mill-fatt li l-akbar ċans tagħhom li jiksbu l-ewwel punti f 'dan il-Grupp huwa propju kontra l-Litwanja fl-Istadium Nazzjonali. Madankollu, żgur li dan mhux se jkun konfront faċli għall-Maltin hekk kif il- Litwani urew biċ-ċar li huma team diffiċli biex wieħed jegħleb fi Grupp F. Huma għandhom ħames punti minn tmien partiti wara li għelbu lil Malta b'żewġ goals tard fil- logħba f 'Vilnius matul is-sena li għaddiet waqt li kisbu draw ta' 2-2 ġewwa darhom fis- Slovenja u draw ieħor ta' 1-1 barra minn darhom kontra l-Iskozja. B'hekk il-Maltin iridu jkunu fl-aqwa forma possibli tagħhom biex jegħlbu l-isfida tal-Litwanja iżda jeżisti twemmin ġenerali li permezz tas-sapport tal-partitarji Maltin, huma jistgħu tabilħaqq jiksbu riżultat pożittiv. Intant, il-bejgħ tal-biljetti għal din il-partita jibdew nhar il-Ġimgħa li ġej minn fuq dan il-link: http://www.mfa. com.mt/en/news/news/3016/ malta-vs-lithuania--ticket- sales-information.htm). Malta determinata li tikseb l-ewwel punti kontra l-Litwanja L-Għaqda Ġurnalisti Sports tibda tiltaqa' mal-Assoċjazzjonijiet Sportivi NHAR il-Ħadd li għadda, l-Assoċjazzjoni Maltija tal- Weightlifting organizzat it-tielet Kompetizzjoni ta' klassifikazzjoni u kwalifika għal din is-sena fil-Kumpless Sportiv tal- Kottonera. Minkejja li x-xhur tas-sajf is- soltu huma perjodu ta' staġun ta' ħruġ għall-biċċa l-kbira tal- atleti, ħafna weightlifters urew li ma kinux qed jieħdu pawżi b'diversi rekords miksurin u kisbu l-aħjar riżultati personali. Il-kadetti kienu l-ewwel grupp li ħa l-pjattaforma b'irfigħ eċċellenti. Rylee Borg spiċċa fl-ewwel post b'139 punt segwit minn Kyle Camilleri b'135 punt u Nikolai Muscat b'90 punt). Tenishia Thornton ta '12-il sena spiċċat l-ewwel b'riżultat kbir miksub fil-klassifiki tal-kadetti b'109 punti. Kien hemm ukoll numbru kbir ta' rekords fis- sezzjoni tal-kadetti. Fil-kategorija tan-nisa, l-atleta żagħżugħa Shelby Vassallo kellha wirja tajba li wasslet għall-piż totali ta' 116-il kilo u stabilixxiet 12-il rekord nazzjonali fil-kategorija tad-69 kilo kemm fil-kategoriji ta' anqas minn 17-il sena u anki ta' dawk anqas minn 20 sena. Elisia Scicluna wriet li hi tinsab lura fl- aqwa forma tagħha wara li kienet għaddejja minn irkupru ta' kirurġija ftit xhur ilu. Hi refgħet it-total ta' 159kilo u stabilixxiet ukoll rekord nazzjonali ġdid fir-refgħa Snatch. Fil-kategorija taż- żgħażagħ Shawn Incorvaja kellu refgħa totali ta' 141kilo, segwit minn Emerson Sultana b'126kilo u Tristan Zammit b'110 kilo. Il-kategorija għal dawk anqas minn 20 sena kienet dominata minn Kieran Mifsud minkejja li din il-kompetizzjoni kienet biss sessjoni ħafifa ta' taħriġ bħala parti mit-tħejjija tiegħu għal- Logħob tal-Commonwealth li se ssir fl-2018. Huwa refa' t-total ta' 275kilo u kiseb 299 punt, segwit minn Andy Grech b'206 kilo u 252punti u Keith Azzopardi b'142kilo u 182 punt. Fil-kategorija tal-irġiel, Vlad Baldacchino, wera titjib kbir b`refgħa totali ta' 258 kilo li huwa total impressjonanti fil- kategorija tal-94 kilo u kiseb 296 punt. Huwa kien segwit min Matthew Camilleri b'total ta' 240 kilo u 287 punt. Tliet atleti ssieltu ferm għat-tielet posizzjoni. Dawn kienu Anton Micallef b'252.51 punti, Andy Grech b'252.33 punti u Brian Muscat b'251.59 punti. Din kienet l-aħħar kompetizzjoni għal selezzjonijiet ta' atleti li se jikkompetu f 'kompetizzjonijiet internazzjonali bejn Ottubru u Novembru li ġej, fil- Kampjonati tal-Juniors Ewropej fl-Albanija, Tazza tal-Mediterran fis-Slovenja u l-Kampjonat Internazzjonali bl-isem ta' 'Mihailovic' fis- Serbja. Tenishia Thornton -azzjoni. Ritratt - MWA

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 1 October 2017