Illum previous editions

illum 1 October 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/881843

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

illum Il-Ħadd 01 ta' Ottubru 2017 Sports 32 FILWAQT li d-debutt tar- rotta ta'Ħaġar Qim ipprovda veduti mill-isbaħ, il-ħames tellieqa tas-serje BDO Malta Mountain Bike Cross Country kienet waħda bla kompromessi u bla mistrieħ. Din kienet rotta li rat numru ta' inċidenti żgħar miċ- ċiklisti li ppruvaw ir-rotta. Minbarra l-ġlieda kontra l-umdità, li Settembru huwa magħruf sew għaliha, iċ- ċiklisti kellhom jaffaċċjaw inklinazzjonijiet qawwija li jvarjaw bejn 10-12% kif ukoll xi nżul tekniċi ħafna. Fil-kategorija Elite, li kienet tikkonsisti f 'seba dawriet tar-rotta kienu Etienne Bonello, Mark Bonnici, Maurice Formosa u Patrick Scicluna li ħadu l-pożizzjoni fuq quddiem u biex h'hekk stabbilixxew il-pass. L-ewwel żewġ dawriet indikaw li kienet se tkun battalja bejn Formosa u Bonello - logħba ta' tattiċi u strateġija li sfortunatament waslet fit- tmiem għal Formosa meta fit- tielet dawra hu sofra panċer u kellu jirtira. B'Formosa barra, il-battalja kompliet bejn Bonello u Scicluna li mhux biss kienu qed jiġġieldu għal rebħa tat-tellieqa iżda wkoll għall-punti fil-klassifika ġenerali. Minkejja t-tentattivi ta' Scicluna biex inaqqas id-distakk bejnu w Bonello, kien Bonello li pproduċa prestazzjoni mill-aqwa biex jirbaħ f 'hin ta' 1:04:37. Scicluna daħal fit-tieni post f '1:06:01. Is-sorpriża tat- tellieqa kien Clive Ebejer li fid-debutt tiegħu fuq iċ- ċirkwit spiċċa fit-tielet post, 35 sekonda wara Scicluna. Kif kien il-każ fil-biċċa l-kbira tat-tlielaq fis-Serje, kien it-trio magħmul minn Mark Zammit, Ryan Darmanin u Wayne Schembri li ddominaw il-ħames dawriet tat-tellieqa. Din it-tellieqa rat lil Ryan Darmanin b'rebħa oħra f '47 minuta u 8 sekonda, b'Zammit (49:25) u Schembri (50:46) warajha. B'20 punt biss bejn Darmanin u Zammit, l-ewwel post fil-klassifika ġenerali għadu miftuħ. B'Marie Claire Aquilina u Danica Bonello Spiteri assenti minħabba impenjikompetittivi internazzjonali, kienu Claudine Gatt u Fiona Darmanin Tedesco li tajru l-bandiera femminili. Din kienet it-tieni tellieqa fis-serje għaż-żewġ ċiklisti ut-tieni rebħa għal Gatt li kopriet il-korsa ta '5 dawriet f 'ħin ta' 1:06:46 L-ewwel esperjenza fiċ-cirkwit tat-tlielaq tal- Mountain Bike ta' Derek Pepe bdiet b'prestazzjoni konvinċenti ħafna, met beda b'vantaġġ komdu, madankollu fir-raba 'dawra kellu jċedi dan il-vantaġġ lil Domenic Cutajar meta Pepe sofra panċer. Cutajar ta' prestazzjoni soda biex rebaħ b'vantaġġ ta' 44 sekonda fuq Mark Portelli. Cutajar ikkompeta fit-tlielaq kollha tas-Serje u bħalissa jinsab fuq il-quċċata tal-klassifika ġenerali. Bħala l-uniku ċiklist Junior tal-ġurnata Nicholas Attard Montaldo beda it-tellieqa fil-Kategorija tal-Masters. Minkejja l-età żgħira tiegħu u nuqqas t'esperjenza Attard Montaldo ta prestazzjoni tajba ħafna. Hu spiċċa f 'ħin ta '52:08. "Id-deċizjoni li nippreżentaw rotta ġdida kienet tajba u ninsabu kuntenti bl-eżitu tagħha. Din ir-rotta tgħaqqad taħlita ta' ħiliet tekniċi. Ir-reazzjonijiet kienu pożittivi ħafna għalkemm għal darb'oħra konna diżappuntati bin- nuqqas ta' parteċipazzjoni femminili u Juniors" stqarr Pierre Zammit Endrich, president tal-Malta Mountain Bike Association. It-tellieqa finali tal-BDO Malta Mountain Bike Cross Country Series se ssir nhar il- Ħadd 1 ta' Ottubru fil-Miżieb, filwaqt li l-Kampjonati Nazzjonali se jsiru nhar il-Ħadd 15 ta' Ottubru f 'Selmun. Is-Serje Cross Country 2017 qed tiġi sponsorjata minn BDO Malta u appoġġjata minn Magri Cycles, Carm & Co Ltd (prodotti tas-SIS), Island Beverages (H20nly) u MTB Malta. Għall-aħħar aħbarijiet u l-kalendarju tal-avvenimenti ta' l-Assoċjazzjoni, wieħed jista' jżur is-sit elettroniku, www.maltamountainbike. org.mt, u l-paġni ta' Facebook u Instagram. Jista' jsir ukoll kuntatt permezz tal-email fuq l-indirizz elettroniku, info@ maltamountainbike.org.mt. Debutt iebes għar-rotta ġdida f 'Ħaġar Qim s-serje tal-BDO Malta Mountain Bike Cross Country Il-mibki iżda qatt minsi, Alex Vella. FILJIEM li għaddew, Gianluca Dingli, ħa sehem fir-Rok Cup Italian Championship ġewwa Pista Internazionale di Adria fejn wara staġun jikkompeti ġewwa ċ-Ċentru tal-Italja, ġie ppremjat champion tal-Area fil-Kategorija Super Rok bħala sewwieq ikkwalifikat biex jgħaddi għas-sitt darba għat- tellieqa prestiġjuża Rok Cup International World Finals li ser issir ġewwa South Garda Karting tliet ġimgħat oħra. Dan sabiex imbagħad fit-tellieqa li saret l-għada l-Ħadd waqt ir-Rok Cup Italia, Gianluca, kien qed jieħu sehem mal-aqwa xufiera tal-Italja. Huwa kiseb il-ħames post fil-finali imma ġie ppenalizzat tliet sekondi u għalhekk huwa ġie kklassifikat fis-sitt post. F'din it-tellieqa Gianluca għamel progress kbir u għaldaqstant xtaq jirringrazja lil kull min għenu speċjalment lit-Team Manager tiegħu tal-KGT Racing Team Stefano Tredicine. Etienne Bonello segwit minn Maurice Formosa Ritratt - XC National Points Series (MB) Gianluca Dingli jikkompeti fir-Rok Cup Italia u jkompli jimpressjona Gianluca Dingli -azzjoni. Gianluca Dingli imkien mat-tim tiegħu -Italja. Ritratt - Rok Cup Italia Adria

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 1 October 2017