Illum previous editions

illum 1 October 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/881843

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

illum | Il-Ħadd 01 ta' Ottubru 2017 Aħbarijiet Matul is-sena li għaddiet biss il-PN issellef aktar minn €8 miljun ILKAP il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia għadu ma għamilx talba biex jieħu paga għall-irwol tiegħu ta' kap fil-partit. Il-President tal-Kunsill Amministrattiv tal-partit Karol Aquilina qal mal-ILLUM li sal-lum il- Kunsill ma kellux quddiemu u għalhekk ma kkunsidra l-ebda talba biex Delia jibda jirċievi paga. Aquilina spjega li l-istatut tal-Partit Nazzjonalista jipprovdi li l-Kunsill huwa responsabbli li japprova l-impjiegi kollha fi ħdan il-partit. L-istqarrija li għamel Delia li jekk il-partit ikun finanzjarjament stabbli jkun ġust li l-kap jitlob għal paga tax-xogħol li jagħmel, qajmet numru ta' mistoqsijiet u dan fid-dawl li qalet il-Maltatoday li l-Partit Nazzjonalista għandu €25 miljun f 'dejn. Kienu ħafna n-Nazzjonalisti li staqsew fil-mezzi soċjali kif kienet qed tingħata l-impressjoni li hemm stabbilità ekonomika fil-partit qabel l-elezzjoni ġenerali. L-ILLUM staqsiet lil Karol Aquilina jekk hux se jiġi investigat dan id-dejn, ċifra li ħadd ma ċaħad. Aquilina qal li l-partit wettaq eżerċizzju ta' ristrutturar finanzjarju fl-istrutturi u bi pjan ta' ristrutturar fuq medda ta' snin biex jaħdem u jonora l-obbligi finanzjarji skont il-liġi. Qal li l-PN qed jimxi eżatt ma' dan il-pjan tal- finanzi, bil-proġett tal-Mużajk tħallset l-aħħar kampanja elettorali u l-iskema taċ- Ċedoli hija intiża biex jitħallsu d-djun b'rata ta' imgħax ogħla minn 4%. Karol Aquilina qal mal-ILLUM li f 'laqgħa li saret ftit tal-jiem ilu, il-Kummissjoni Elettorali kkonfermat li l-kontijiet verifikati tal-partit huma konformi mal-Att dwar il-Finanzjament tal-partiti politiċi. F'dan ir-rapport finanzjarju, sal-aħħar tas-sena finanzjarja 2016, il-Partit Nazzjonalista kellu obbligazzjonijiet li jammontaw għal aktar minn €16-il miljun jew żieda ta' kważi miljun u nofs fuq l-2015. Is-self li sar kien jammonta għal kważi €8 miljun u nofs, bl-interessi jiżdiedu b'aktar minn €150,000 fuq is-sena ta' qabel. Hekk kif inbiegħet propjetà tal-partit fosthom każini u dan kien rifless ukoll fir-rapport finanzjarju bi qliegħ ta' €105,000 fuq propjeta fl-2015, kien hemm Nazzjonalisti li staqsew kif inbiegħu każini imma l-finanzi mhux jaraw ruħ. L-ILLUM staqsiet lil Karol Aquilina jekk il-Kunsill Amministrattiv hux se jitlob lit-Teżorier Alex Perici Calascione u l-President tal-Kumitat Eżekuttiv Ann Fenech, li kienu responsabbli mill-finanzi, jekk hux se jagħtu rendikont finanzjarju dettaljat meta nbiegħu każini u assi u d-dejn tal-partit għadu għoli. Aquilina qal li dawn jagħtu rendikont dettaljat tal-qagħda finanzjarja tal-partit b'mod regolari. Saħaq li f 'kull każ bla eċċezzjoni, kull bejgħ ta' propjetà jsir wara diskussjoni u l-approvazzjoni tal-Kunsill Amministrattiv. Għalhekk ukoll il-Partit Nazzjonalista waqqaf il-Bord tar-Reviżuri, li fost l-oħrajn jservi ta' awditur intern tal-partit u jissorvelja l-amministrazzjoni tal-partit u tal-entitajiet kummerċjali. jbaldacchino@mediatoday.com.mt Jesmar Baldacchino • Jinbiegħu każini u jsiru skemi għall-fl us imma d-dejn tal-PN jilħaq €25 miljun Il-President ta' Malta Marie-Louise Coleiro Preca, żaret lis-Sinjura Giovanna Mamo, residenti d-dar Little Sisters of the Poor il-Ħamrun, -għeluq il-mitt sena tagħha nhar il-25 ta' Settembru Tagħlaq 100 sena

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 1 October 2017