Illum previous editions

illum 1 October 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/881843

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

7 Il-Ħadd 01 ta' Ottubru 2017| illum Aħbarijiet Ħobbu jew obogħdu, kulħadd sema' bih… WARA Kampanja elettorali unika f 'diversi aspetti, Adrian Delia donnu qiegħed jieħu r-ridni f 'idejh bħala s-seba' kap tal-Partit Nazzjonalista, hekk kif issa l-ġlieda għas-siġġu fil- parlament donna ntemmet wara r-riżenja tal-MP Jean- Pierre Debono. Deċiżjoni li skattat proċeduri ta' elezzjoni każwal, li finalment se twassal għal riżenja ta' min jitla' u Adrian Delia fil- Parlament. Intant nhar it-Tlieta ili għadda, Delia attenda laqgħa ta' kortesija mal-Prim Ministru Joseph Muscat, b'hekk ir-rappreżentazzjoni tiegħu bħala Kap tal- oppożizzjoni sfat imnaqqxa fl-sfera politika lokali. Fid-dawl tal-fenomenu ta' Adrian Delia, politiku pjuttost novell fix-xena politika, dramattika Maltija din il-gazzetta marret fit-toroq tal-Ħamrun u staqsiet diversi nies dwar l-ewwel impressjoni tagħhom fuq il-kap il-ġdid tal-PN. lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter Adrian Delia ilu ġimagħtejn kap tal-partit tal-PN, L-ILLUM marret il-Ħamrun u staqsiet lin-nies x'jaħsbu dwaru… John Gauci & Gejtano Vella - Ħamrun "Issa naraw 'il quddiem x'jista' jagħmel", sostna John Gauci ma' din il-gazzetta "għall-bidu ħareġ b'ħafna attakki fuq il- Prim Ministru Joseph Muscat, però jien naħseb dan sabiex jiggwadanja xi ħaġa għall- partit tiegħu għaliex fil-laqgħa ta' nhar it-Tlieta ili għadda mal-Prim Ministru, deher differenti." Mistoqsi fuq jekk hemmx xi kwalitajiet li laqtu lilu personalment, Gauci qalilna "Le, ifhem fil-futbol l-iktar li nafu jiena, biss il-bqija ma nafux bħala politiku." Il-familjarità u saħanistra l-imaġini ta' Delia, fix-xena tal- futbol lokali ddominat diversi konversazzjoniet li kellha l-ILLUM man-nies. Hekk kif Gejtano Vella, persuna oħra li tkellmet ma' din il-gazzetta qaltilna li "Ma nafux lil dan ir-raġel, naf li hu avukat naf li kien ukoll President ta' Birkirakara Football Club però l-bqija ma nafux iktar", saħaq Vella. Frank Pace – Ħamrun Tajjeb, ma hemmx aħjar minnu naħseb, bi żmien inkunu tassew nafu xi jsarraf ", qalilna Pace Għal xi wħud, il-ħatra ta' Adrian Delia kienet kontinwità tal-politika mill-Partit Nazzjonalista hekk kif Francis Galea qalilna li "Adrian Delia ma impressjonani xejn, anzi pjuttost naħseb li minn ġot- taġen morna għal ġon-nar." "Għall-bidu beda jitfa' l-kliem, fejn naf jiena donnu biex jintgħoġob però mbagħad qaleb il-folja u beda juri l-ħdura", sostna Galea. Karmenu Bonnici- Pietà Min-naħa l-oħra, għal nies bħal Karmenu Bonnici ċaqliq ġdid fix-xena politika Maltija ma jimpurtawhx. "Ma rridx nisma iktar b'politika jew politiċi taż-żewg naħat." Xbajt nisma' u ma rridx nisma', ma għandomx affarijiet li jgħoddu għalija," qalilna Bonnici Francis Galea - Ħamrun

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 1 October 2017