Illum previous editions

illum 8 October 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/884697

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 35

Il-Ħadd 08 ta' Ottubru 2017 | illum 19 Opinjoni 19 G ħada huwa jum il-Baġit. F'dan il- jum, il-Ministru tal-Finanzi jħabbar il-miżuri finanzjarji u oħrajn li jirrikjedu finanzjar biex il-pajjiż jimxi 'l quddiem fis-sena ta' wara. Bir-raġun li ħafna nies jaraw il-Baġit u jsegwu d-dibattitu għaliex fih jitħabbru affarijiet li jolqtuhom mill-qrib. Il-pubbliku għada se jkun jaf x'inhuma dawn il-miżuri u deċiżjonijiet li ħa l-Prim Ministru Joseph Muscat biex pajjiżna jkompli jimxi 'l quddiem u sintendi se jkollna opportunità li tiddiskutuhom u nispjegawhom fil-jiem li ġejjin. Il-punt kruċjali però jibqa' dan: fl-2013 writna pajjiż fejn il-qagħad kien qed jirranka, l-aġenziji ta' kreditu kienu qed jagħtuna downgrade wara l-ieħor u l-ekonomija kienet iġġamjata waħda u sewwa. Fl-aħħar leġiżlatura rriversjajna dik is-sitwazzjoni u llum għandna ekonomija fuq saqajha, pajjiżna miexi 'l quddiem u qed jiġi rreġistrat surplus. B'ebda mod m'jien qed ngħid li ma għandniex sitwazzjonijiet li rridu nieħdu ħsiebhom u b'ebda mod m'jien qed ngħid li m'hawnx nies li jirrikjedu attenzjoni. Jien sensittiv immens għal min f 'pajjiżna għaddej minn diffikultajiet u jeħtieġ assistenza. Biss, bħala stat ta' fatt il-punt hu li bis-saħħa tad-deċiżjonijiet b'saħħithom li ħa Joseph Muscat, illum għall-ewwel darba f 'ħafna snin qegħdin f 'sitwazzjoni li l-enerġija, flok ninvestuha biex insolvu l-problemi tal-passat, ninvestuha biex nippjanaw u infasslu l-futur flimkien. Benefiċċji fid-diversi setturi Din il-ġimgħa inawgurajna r-Reġistru l-ġdid tal-Qorti tal-Familja. Dan hu eżempju ċar u tipiku ta' dak li għadni kif sostnejt. B'dan il-ftuħ fl-aħħar nistgħu ngħidu li mil- lat loġistiku fil-Qrati tagħna solvejna l-kriżijiet li konna niffaċċjaw u llum nistgħu nippjanaw għall-futur. Tajjeb li nfakkar ftit minn fejn tlaqna. Fl-2013 konna f 'sitwazzjoni fejn lanqas kieku ridna nżidu l-ammont ta' Ġudikanti ma stajna nagħmlu dan minħabba problemi akuti ta' spazju, aħseb u ara kemm stajna nżidu l-awli, intejbu r-reġistri u nimmodernizzaw iċ-ċentri ta' servizz li huma l-ħobż u l-ilma tas-settur ġudizzjarju. Bi pjan, id f 'id mal- Ġudikatura, rajna kif nirrestawraw binja li tinsab fi Strada Stretta, qrib il-Qorti biex hemmhekk irrilokajna l-uffiċini tal-Imħallfin kollha. Fil-mument li seħħ dan il-proġett, żidna awla u sal- aħħar tas-sena jkunu żdiedu żewġ awli oħra, għamilna training room u librerija ġdida u ftaħna reġistru ġdid u spazjuż fil-Qorti tal-Familja ta' benefiċċju tan-nies li jiġu biex jinqdew minn din il- Qorti tant sensittiva u diffiċli. Dan kollu ma waqax mis- sema. Sar frott id-deċiżjonijiet bil-għaqal li ħadna. Issa għall-ewwel darba f 'ħafna snin, flok niffokaw l-enerġija nitfu n-nirien tas-sitwazzjonijiet li writna, nistgħu nħarsu biex nibnu l-futur flimkien. Ħatra ta' Kap tal- Oppożizzjoni ġdid Minn qalbi nixtieq nawgura fuq livell personali lil Dr Adrian Delia fil-ħatra tiegħu ta' Kap tal-Oppożizzjoni. Diġà kelli l-opportunità li nawguralu personalment meta nħatar deputat wara r-riżenji ta' Jean Pierre Debono u Peter Micallef. Inħares bil-quddiem għal dibattiti li jista' jkollna fix- xhur li ġejjin fl-aħjar tħaddim tad-demokrazija. Żewġ passi ħżiena Irrid ngħid li kien hemm żewġ passi li ħa l-Kap tal- Oppożizzjoni l-ġdid li ma għoġbuni xejn. L-ewwel pass kien dak li jattakka Avviż Legali li għandu l-għan li jagħmilha iktar faċli lil koppji leżbjani li jmorru barra minn Malta biex jaċċessaw trattament tal-IVF. Din hi kwistjoni fondamentali li tifred liż-żewġ partiti. Il- partit tagħna huwa favur iktar progress, iktar libertajiet ċivili, iktar ugwaljanza. Il-Partit Nazzjonalista jidher li hu iktar rigressiv minn qatt qabel u kontra saħansitra dawn il-faċilitazzjonijiet li fl-aħħar mill-aħħar għandhom l-għan nobbli li persuna tkun tista' ssir omm. Ħadd ma jiġi jbellagħhieli li l-Oppożizzjoni trid "tikkjarifika" jew "tiċċara". Kieku riedet tikkjarifika jew tiċċara kellha modi diversi u differenti kif tagħmel dan. L-Oppożizzjoni hi kontra li koppji leżbjani jingħataw faċilitazzjoni (f 'forma ta' leave) biex jaċċessaw trattament barra minn Malta. Din hi ħaġa fejn nara oċean sħiħ jaqsam bejn dak li nemmnu aħna u nak li temmen l-Oppożizzjoni rigressiva. Tardività It-tieni pass ħażin kien dak li l-Kap tal-Oppożizzjoni ħalla lill-President ta' Malta siegħa tistennieh biex jieħu l-ġurament. Din kienet ħaġa li niżlet ħażin immens ma' ħafna nies li jippretendu aħjar mill- figuri Kostituzzjonali ewlenin ta' pajjiżna. Jiena bħala Ministru jkolli mijiet ta' okkażjonijiet fis-sena fejn ikun fid-dover tiegħi li nakkumpanja lill-President ta' Malta jew xi dinjitarju u nagħmel kwalunkwe mezz biex dejjem inkun għallinqas minuta qabel il-President jew id-dinjitarju. Min jaf kemm-il darba ikkanċellajt appuntamenti anke familjarji biex nonora d-doveri tiegħi u d-doveri tiegħi dejjem onorajthom anke jekk dan kien ifisser li ddizappuntajt nies qrib tiegħi. Għaliex id-doveri tagħna pubbliċi neħduhom bis- serjetà. Li l-President titħalla siegħa tistenna semplicement mhuwiex aċċettabbli. Carlo Diacono Kemm kien sabiħ il- kunċert tal-ġimgħa li għadda fejn l-Orkestra Nazzjonali akkumpanjata minn kor eċċezzjonali u solisti ewlenin fejn ikkommemorajna l-75 sena mill-mewt tal-ġenju mużikali Malti u Żejtuni Carlo Diacono. Grazzi minn qalbi lill-Mro Laus u lil kull min ħa ħsieb biex jittella' dan il-kunċert tant sabiħ. Notte Bianca Ilbieraħ flghaxija ttellgħet in-Notte Bianca li hi opportunità sabiħa ferm biex il-poplu Malti jgawdi s-sbuħija tal-Belt u l-ġojjelli u rikkezzi li għandna. Sintendi fil-mument li qed nikteb dan l-artiklu, in-Notte Bianca għadha ma bdietx imma m'għandix dubju li kienet suċċess, frott il-ħidma u d-dedikazzjoni tal- ħaddiema tal-Arts Council li tant jinvestu impenn u enerġija. Fl-2013 konna f 'sitwazzjoni fejn lanqas kieku ridna nżidu l-ammont ta' Ġudikanti ma stajna nagħmlu dan minħabba problemi akuti ta' spazju, aħseb u ara kemm stajna nżidu l-awli, intejbu r-reġistri u nimmodernizzaw iċ- ċentri ta' servizz li huma l-ħobż u l-ilma tas-settur ġudizzjarju. Il-partit tagħna huwa favur iktar progress, iktar libertajiet ċivili, iktar ugwaljanza. Il-Partit Nazzjonalista jidher li hu iktar rigressiv minn qatt qabel u kontra saħansitra dawn il-faċilitazzjonijiet li f l-aħħar mill- aħħar għandhom l-għan nobbli li persuna tkun tista' ssir omm. Infasslu l-futur flimkien OWEN BONNICI Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 8 October 2017