Illum previous editions

illum 15 October 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/887358

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 35

Il-Ħadd 15 ta' Ottubru 2017 | illum 19 Opinjoni 19 I l-Baġit 2018 huwa kollezzjoni ta' aħbarijiet sbieħ immens. Is-settur kulturali mhuwiex eċċezzjoni. Jekk wieħed jgħarbel l-estimi għan-nefqa tas-sena d-dieħla u l-flus li ġew allokati jsib li s-sena 2018 se tkun sena sabiħa immens għal min għandu għal qalbu dan is-settur tant importanti. Qabel xejn, hemm domanda importanti li għandha tiġi mwieġba. Għala l-kultura għandha tkun prijorità? Din titwieġeb fi tliet risposti: L-ewwel nett għaliex poplu li għandu l-kultura ġo fih hu poplu iktar kuntent u iktar għani bl-affarijiet li jagħmu l-ħajja isbaħ u iktar kreattiva. Għalhekk hi missjoni tagħna li kemm jista' jkun inressqu iktar u iktar familji u nies biex imissu mal-arti u l-kultura. It-tieni nett għaliex din hi niċċa ekonomika li weħidha tipproduċi 6% tal-Prodott Domestiku Gross. Li mhijiex ċajta. U biex din in-niċċa ekonomika tibqa' miexja 'l quddiem u tibqa' tiżviluppa hu kruċjali li nibqgħu nipprofessjonalizzaw, nibqgħu naħdmu u nirsistu biex insiru dejjem aħjar waqt li sintendi niftħu l-bibien beraħ għal kulħadd. It-tielet nett għaliex fis- settur kulturali hemm eluf ta' żgħażagħ u nies li fiha għandhom karriera u hi s-sors ta' qligħ tagħhom. Il- kultura toffri karrieri sbieħ u tajbin għal min jixtieq jiddedika ħajtu għal dan il- qasam. U għalhekk tajjeb li naraw il-Baġit għas-sena 2018 x'għandu x'joffri għal dan is-settur tant kruċjali. Allokazzjoni rekord Jekk ikollna naraw l-allokazzjoni globali għas- setturi kreattivi kollha mifruxin mal-Gvern kollu ssib li l-ammont sħiħ ta' investiment għas-sena 2018 se jkun dak ta' €70 miljun, li jfisser żieda ta' 10% fuq is-sena ta' qabel. Fih innifsu huwa rekord u huwa l-ikbar investiment li qatt sar fl- istorja kollha ta' dan il-pajjiż sabiħ u żagħżugħ kemm ilna rajna f 'idejna. Meta naraw minn fejn tlaqna u fejn wasalna llum issib li bejn l-2013 u s-sena d-dieħla l-allokazzjoni żdiedet b'158%. Figuri rekord li żgur jimlewna b'fiduċja li dan is-settur jibqa' jogħla 'l fuq fil- prijorità nazzjonali. Iktar responsabbilità Din l-allokazzjoni titfa' fuq spallejna responsabbiltà ikbar biex nagħtu lura iktar u iktar lill-pubbliku. Bis-saħħa ta' dawn il- fondi kollha se nkunu nistgħu ngħinu iktar artisti li jirrealizzaw il-proġetti tagħhom: għandna issa €2 miljun f 'fondi li jitqassmu f 'għajnuniet lill-artisti. Bis-saħħa ta' dawn il-fondi se nkunu nistgħu ngħinu l-arti fil-kommunità - kemm jekk hi fil-forma ta' baned lokali, kemm jekk hi fil- forma ta' teatri fl-irħula jew inkella t-tisħiħ tas-sigurtà fil-piroteknika. Bis-saħħa ta' dawn il-fondi se nkunu nistgħu nagħmlu festivals aħjar u iktar b'saħħithom – se nsaħħu l-festivals, kemm dawk li ilhom magħna s-snin u kemm dawk, bħar-rock festival, li twieled fl-aħħar snin. Bis-saħħa ta' dawn il- fondi se nkunu nistgħu nkomplu nagħmlu iktar u iktar restawr kemm fil-Belt Valletta u kemm fid-diversi rħula ta' pajjiżna. Valletta 2018 Sintendi b'iktar investiment fiis-settur kreattiv se nkunu nistgħu naċċertaw li s-sena 2018 titniżżel fl-istorja bħala l-aqwa sena għall-kultura meta aħna se jkollna t-titlu tal-Belt Kapitali tal-Ewropa tal-kultura flimkien ma' Belt oħra fl-Olanda. Il-mira tagħna hi waħda ċara – li Valletta 2018 ma tkunx biss ċelebrazzjoni li tibda fl-1 ta' Jannar 2018 u tintemm fl-aħħar ta' Diċembru 2018 imma tħalli warajha legat li jibqa' jtul is-snin ta' wara. Legat mhux biss b'esperjenza istituzzjonali u artistika imma anke legat bit-twaqqif ta' istituzzjonijiet kulturali ġodda li pajjiżna ilu jixxennaq għalihom. Il-MUZA - l–mużew ġdid tal-arti – huwa eżempju wieħed biss minn sensiela ta' proġetti li se nkunu qed inkomplu mmexxu 'l quddiem mhux biss fl-2018 imma anke fis-snin ta' wara. Dan hu l-kunċett ta' legat. It-tfal Din il-ġimgħa wkoll nidejna l-festival artistiku għat-tfal li jismu ZIGUZAJG. Din is-sena bla dubju se jkun l-aqwa ZIGUZAJG minn kemm ilu li twaqqaf b'10t ijiem ta' avvenimenti kulturali matul ix-xahar ta' Novembru li fihom uliedna u ulied uliedna jistgħu jduqu mill- benna artistika, kulturali u kreattiva. Dan huwa parti integrali mill-istrateġija li nkabbru l-udjenzi kulturali sa minn età żgħira. ZIGUZAJG huwa sinonimu mal-iSpazju Kreattiv li fl-aħħar snin ngħata iktar u iktar riżorsi biex ikun jista' jmexxi 'l quddiem il-programm kulturali ambizzjuż li għandu dan il-Gvern, anke fis-settur tat-tfal. Proċess Parlamentari Fil-ġimgħat li ġejjin il- proċess parlamentari dwar il-Baġit se jkun qed jieħu l-perkors tiegħu u nkunu nistgħu nispjegaw iktar u iktar dak li għandna mħejji għas-sena d-dieħla f 'dan is- settur tant sabiħ u kruċjali. Jekk ikollna naraw l-allokazzjoni globali għas-setturi kreattivi kollha mifruxin mal-Gvern kollu ssib li l-ammont sħiħ ta' investiment għas-sena 2018 se jkun dak ta' €70 miljun, li jfisser żieda ta' 10% fuq is-sena ta' qabel Il-mira tagħna hi waħda ċara – li Valletta 2018 ma tkunx biss ċelebrazzjoni li tibda f l-1 ta' Jannar 2018 u tintemm f l-aħħar ta' Diċembru 2018 imma tħalli warajha legat li jibqa' jtul is-snin ta' wara Aħbarijiet eċċezzjonali OWEN BONNICI

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 October 2017