Illum previous editions

illum 15 October 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/887358

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

3 Il-Ħadd 15 ta' Ottubru 2017| illum Aħbarijiet UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU MINISTERU GĦAS-SAĦĦA IL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA JILQA' APPLIKAZZJONIJIET GĦALL- POŻIZZJONI TA' AMMINISTRATUR TAL-PROĠETT GĦALL-PROĠETT "NON-TECHNICAL SKILLS TRAINING FOR HEALTHCARE PERSONNEL"- ESF 02.052 Aktar dettalji dwar l-applikazzjoni u kundizzjonijiet relatati jinsabu fil-Gazzetta tal-Gvern tal Gimgħa 13 ta' Ottubru 2017. Applikazzjonijiet jintlaqgħu SA MHUX AKTAR TARD MINN NOFSINHAR (ĦIN ĊENTRALI EWROPEW) TA' NHAR IL-ĠIMGĦA 27 TA' OTTUBRU 2017 Tkompli minn paġna1 Kienet l-ILLUM li b'mod esklussiv żvelat uħud mill-emendi u kif l-MEPs iridu jridu jattakkawna biex jispiċċaw jagħtu eżempju bina. Waqt il-laqgħat tekniċi, numru ta' MEPs qalu li l-PANA m'għandux jibbaża biss fuq il-każijiet li ħarġu mill- Panama Papers u għalhekk jekk se jkun hemm min se jipprova jagħti eżempju b'xi pajjiż partikolari, saħqu li l-parametri li fuqhom kellu jibbaża l-kumitat huma żbaljati. Oħrajn qalu li fuq il-każijiet li xi ħadd jipprova ma jħallasx taxxa, wasal iż- żmien li 'mill-kliem ngħaddu għall-fatti.' Dan hekk kif il-kumitat jinsab ippreparat biex fil- ġranet li ġejjin jiddeċiedi l-emendi li għandhom jiġu nklużi fir-rapport finali hekk kif f 'Diċembru jintemm il-mandat. Il-PANA kellu l-irwol li jistħarreġ li l-liġijiet nazzjonali jkunu effettivi kontra l-ħasil tal-flus u l-evażjoni tat-taxxa. Qed jiġi propost li l-kumpaniji kollha Ewropej, li b'xi mod imissu mas-settur finanzjarju għandhom jiġu liċenzjati. L-ILLUM hija infurmata li Keith Schembri, li huwa ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru se jkun l-uniku wieħed li jissemma b'ismu fir-rapport finali tal-Kumitat PANA dwar il-ħasil tal- flus u l-evażjoni tat-taxxa. Schembri se jitniżżel fl-anness tar-rapport u dan wara li kien iddeċieda li ma jiltaqax mal-membri ta' dan il-kumitat tal-Parlament Ewropew meta kienu ġew Malta aktar kmieni din is-sena. L-MEPs iridu li r-rapport finali jitlob li jekk jiġi stabbilit, għandhom jiġu imposti sanzjonijiet fuq banek u awdituri li b'xi mod ikunu aġevolaw l-evażjoni tat- taxxa. Ewroparlamentari, speċjalment dawk tas- Soċjalisti u Demokratiċi (S&D), ma jistgħux jifhmu kif hawn setturi f 'numru ta' pajjiżi li t-taxxa hija 0% u kif dawn il-pajjiżi mhux qed jiġu kkunsidrati bħala 'tax havens'. Iċ-Chairperson tal-Kumitat PANA saħansitra enfasizza li filwaqt li l-President tal- Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker qal li m'hawnx 'tax havens' fl-Ewropa, dan mhux li qed jirriżulta fl- investigazzjonijiet li wettaq il-kumitat. Fil-konklużjonijiet tar- rapport jidher li se jkun enfasi għal darb'oħra fuq l-armonizzazzjoni tat-taxxa fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. Din hi proposta li kemm il-darba kemm il-Gvern Malti kif ukoll l-Oppożizzjoni kienu kontra. Huwa l-grupp tal-Partit Popolari Ewropew (PPE), li tiegħu huwa membru l-Partit Nazzjonalista, l-aktar li mhux jaqblu mal-armonizzazzjoni tat-taxxa fl-Ewropa kollha. Fil-passat, il-Ministru għall- Finanzi Edward Scicluna saħaq li l-pajjiż għandu jibqa' jkun hi li jiddetermina r-rata tat-taxxa u din m'għandhiex tispiċċa f 'idejn Brussell. Tal-istess fehma huma wkoll is-sitt rappreżentanti Maltin fil-Parlament Ewropew. Sanzjonijiet fuq banek u awdituri li aġevolaw l-evażjoni tat-taxxa • Soċjalisti ma jaqblux mar-rata ta' 0% taxxa Il-membri tal-PANA jiddiskutu l-emendi għar-rapport Immigranti jiddaħħlu fl-Italja moħbija fil-jottijiet lussużi ITTRAFFIKANTI tal- bnedmin qed jibdew jużaw jottijiet lussużi biex iwasslu l-immigranti mit-Turkija lejn l-Italja. Dan jirriżulta mir-rapport tat-tim speċjali tal-monitoraġġ tal-Europol. Peress li qed ikun ferm aktar diffiċli li jaqsmu l-fruntieri u biex ma joħorġu mill-mira tal-forzi tal-ordni, it-traffikanti qed jaħsbu f 'metodi ġodda li jistgħu jużaw biex iwasslu l-immigranti lejn l-Ewropa. Il-Europol qed tara wkoll żieda fl-immigranti li jidħlu fi Spanja kif ukoll żieda f 'dawk li mill-Unjoni Ewropea jippruvaw imorru lejn l-Istati Uniti u l-Kanada. Mir-rapport jirriżulta li l-aktar metodu perikoluż li qed jużaw it-traffikanti tal-bnedmin huwa li jpoġġu immigrant mal-magna tat-trakkijiet u dan meta għal vjaġġ mit-Turkija lejn l-Awstrija jitolbu pagament ta' €7,000. Fil-bidu tal-vjaġġ, l-immigrant jitħalla bilqiegħda ħdejn is-sewwieq tat-trakk jew vettura kbira biex kif jaslu lejn fruntiera Ewropa jispiċċa joqgħod mal-maġna b'periklu għal ħajtu. Fid-dawl li l-awtoritajiet tal-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea qed ikunu aktar iebsin u b'liġijiet aktar ħorox, it-traffikanti qed jippruvaw isibu metodi ddisprati biex iwettqu l-illegalitajiet.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 October 2017