Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/887358
Il-Ħadd 15 ta' Ottubru 2017 | illum 23 L-Oroskopju Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Iż-żodijaku ta' Libra f 'Aquarius ser iwasslek biex tagħraf eżattament x'vera trid f 'ħajtek. Int qed tipprova taħrab mir-realtà u dan ma jiswa xejn/ Anzi taf qed tikkrea ċirku ta' negattività li imbagħad jista' joħloq sitwazzjonijiet xi ftit ta' diffikultà madwarek. Ottubru jaf jagħtik dik l-enerġija li tgħinek tieħu pożizzjoni li wara tagħraf kemm tħossok aħjar għal dak li għaraft. Namaste Kuluri favoriti ma' Aquarius huma dawn: abjad, blu u isfar L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn L-istilla li fix-xahar t'Ottubru jaf tagħtik kuraġġ fil-ħajja tiegħek ġejja minn Gemini Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Iż-żodijaku ta' Libra f 'Pisces ser twassal għal riflessjoni fuq il-ħajja kompluta madwarek. Wasal il-mument sabiex tagħmel xi ftit irtokki personalment u grazzi għal dawn l-irtokki għandhom iservuk sabiex int tkompli tikber tissaħħaħ u tagħraf aktar il-ħajja ta' madwarek, tagħraf kemm għandek potenzjal u kemm għandek x'toffri. Tajjeb li tagħmel ftit meditazzjoni ħalli tirrealizza aktar il-potenzjal ġewwa fik għat-tkattir tiegħek. Namaste. Kuluri favoriti ma' Pisces huma dawn: blu, aħdar u isfar L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa L-istilla li fix-xahar t'Ottubru jaf tagħtik kuraġġ fil-ħajja tiegħek ġejja minn Cancer Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April Iż-żodijaku ta' Libra f 'Aries sejjer ikun dak ix-xahar ta' konċentrazzjoni aktar fil-karriera tiegħek. Huwa xahar fejn int tird ittejjeb il-ħidma ta' madwarek. Tara x'hemm bżonn aktar li jkun viabbli għalik u dak li mhux naqqsu. Huwa xahar li għalkemm se tiffoka fuq il-karriera grazzi għal dan int tista' tagħraf issib aktar bilanċ fil- ħajja personali tiegħek. Għalik dan jista' jkun ta' pass ta' stabbilita u organizzar aktar fil-madwar tiegħek. Namaste. Kuluri favoriti ma' Aries huma dawn: aħmar, kannella u abjad L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa L-istilla li fix-xahar t'Ottubru jaf tagħtik kuraġġ fil-ħajja tiegħek ġejja minn Leo Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju Iż-żodijaku ta' Libra f 'Taurus sejjer ikun dak ix- xahar ta' sfida sabiex tagħraf il-valur ta' madwarek. Jista' jkun li int persuna li ma tapprezzax biżżejjed dak li hemm madwarek. Għalhekk dan huwa dak ix- xahar ideali fejn int għandek iċ-ċans kollu sabiex din is-sitwazzjoni tirranġaha u meta se tgħaqqad kollox se tagħraf kemm tista' tkun aħjar fil-ħajja tiegħek dan huwa dak il-mument fejn l-apprezzament se joffrilek toroq ġodda. Namaste. Kuluri favoriti ma' Taurus huma dawn: aħdar, oranġjo u isfar L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn L-istilla li fix-xahar t'Ottubru jaf tagħtik kuraġġ fil-ħajja tiegħek ġejja minn Virgo Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Iż-żodijaku ta' Libra f 'Gemini sejjer ikun dak ix- xahar li int sejjer tagħraf aktar il-ħajja spiritwali ta' madwarek, jiġifieri jekk forsi ilek ma tkunx iffokat spiritwalment dan ix-xahar sejjer ikun dak ix-xahar li jagħtik motivazzjoni bħala ħajja spiritwali. Ħabib li sejjer tiltaqa' miegħu sejjer jagħtik aspirazzjoni aktar f 'dan ir-rigward. Dan ikun pass pożittiv għall-ħajja ta' madwarek sabiex tkabbar l-ispiritwalità li hi ta' importanza madwarek. Agħraf. Namaste. Kuluri favoriti ma' Gemini huma dawn: isfar, blu u oranġjo L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa L-istilla li fix-xahar t'Ottubru jaf tagħtik kuraġġ fil-ħajja tiegħek ġejja minn Libra Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Iż-żodijaku ta' Libra f 'Cancer, għalik sejjer ikun żmien ta' direzzjoni ta' bidla fil-karriera tiegħek sejra tkun direzzjoni verament iebsa li int se tieħu. Fl-aħħar mill-aħħar din sejra tiftaħlek bosta bibien li sa issa sfortunatament kienu magħluqin. Issa se tagħraf kemm int kapaċi tibni l-karriera aktar fis-sod u mhux tkun addattata għalik minn ħaddieħor. Tibżax minn dan il-pass għax se tikber u tkabbar il-madwar tiegħek. Namaste. Kuluri favoriti ma' Cancer huma dawn: abjad, blu u isfar L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn L-istilla li fix-xahar t'Ottubru jaf tagħtik kuraġġ fil-ħajja tiegħek ġejja minn Sagittarius Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Iż-żodijaku ta' Libra f 'Leo sejjer ikun dak ix-xahar fejn sejjer jistimulak fit-tmexxija għaqlija li int tant magħruf għaliha. Dan ix-xahar ser jagħtik dik- ilfortuna li jista' jkun naqset xi ftit minn madwarek sabiex tagħraf aktar tmexxi lilek innifsek lejn dak li huwa verament ta' bżonn għalik. Jekk kont xi ftit inċert dwar dan issa dan ix-xahar ser jerġa' jimmotivak u jagħtik in-nifs li kont qed tistenna sabiex tkabbar lilek innifsek. Namaste. Kuluri favoriti ma' Leo huma dawn: aħmar, oranġjo u lewn id-deheb L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa L-istilla li fix-xahar t'Ottubru jaf tagħtik kuraġġ fil-ħajja tiegħek ġejja minn Scorpio Leo huma magħrufin kemm huma nies umli Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settembru Iż-żodijaku ta' Libra f 'Virgo sejjer jipprovdilek li int trid tagħraf tevita taqbida li riesqa lejk sabiex din tal-inqas ma tikkawżalekx ħsara żejda madwarek. Però jekk din it-taqbida ma ssibx tarf tagħha taf toħloq ħafna problemi madwarek li żgur bħalissa mhux il-mument għal dan. Imma dan ix- xahar jaf ikun ta' ftit aktar pożittività għalik għalhekk jaf ikun forma ta' benefiċċju f 'dan li ġej kun int u timxi. Namaste. Kuluri favoriti ma' Virgo huma dawn: oranġjo, isfar u kannella L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa L-istilla li fix-xahar t'Ottubru jaf tagħtik kuraġġ fil-ħajja tiegħek ġejja minn Capricorn Virgo huma magħrufin li jservu ta' pont Libra mit-23 ta' Settembru sat-22 ta' Ottubru Iż-żodijaku ta' Libra f 'Libra huwa l-mument maġiku tiegħek, se jipprovdilek sitwazzjoni fejn trid tagħraf tikkumbatti l-pressjoni ta' ħidma li int involut fiha u dan għal żewġ raġunijiet. L-ewwel għax li m'intix qiegħed tlaħħaq ma' dak kollu li hemm madwarek. Dan xi kultant qiegħed joħolqu ċerti tensjoni madwarek li mhux tkun ta' benefiċċju għalik. It-tieni sabiex ikollok aktar spazju għall-imħabba għall-familja tiegħek. Namaste. Kuluri favoriti ma' Libra huma dawn: blu, aħdar u abjad L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa L-istilla li fix-xahar t'Ottubru jaf tagħtik kuraġġ fil-ħajja tiegħek ġejja minn Aquarius Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna Scorpio mit-23 ta' Ottubru sal-21 ta' Novembru Iż-żodijaku ta' Libra f 'Scorpio se jipprovdilek sfida fil-ħajja ta' madwarek sabiex in tagħraf jekk hux viabbli timxi ma' dak li int għandek madwarek illum jew tinbeda ġajja kompletament ġdida, ma tistax int minħabba sitwazzjonijiet li ma tistax tikkontrolla tintefa pressjoni aktar madwarek. Issa jew tagħraf ir-responsabbilità tiegħek li tkun kapaċi tikkontrolla dak li jseħħ minn issa 'il quddiem jew se tkabbar il-pressjoni li mhux tajjeb għalik. Namaste. Kuluri favoriti ma' Scorpio huma dawn: aħmar, iswed u vjola L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn L-istilla li fix-xahar t'Ottubru jaf tagħtik kuraġġ fil-ħajja tiegħek ġejja minn Pices Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom Sagittarius mill-22 ta' Novembru sal-21 ta' Diċembru Iż-żodijaku ta' Libra f 'Sagittarius ser ikun ix- xahar ta' bilanċ fl-imħabba li int trid tagħraf. Dan huwa żmien li int trid tagħraf l-imħabba li hemm madwarek trid tagħtiha dak l-ispazju li verament jixtieq inkella jekk dan int m'intix se tagħrfu minn issa jista' jkollok sitwazzjonijiet simili tal-passat. Allura uża l-passat bħala mera tiegħek fl-imħabba u minn dan agħmel il-bilanċ meħtieġ sabiex issaħħaħ aktar lilek innifsek. Namaste. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa L-istilla li fix-xahar t'Ottubru jaf tagħtik kuraġġ fil-ħajja tiegħek ġejja minn Aries Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar Iż-żodijaku ta' Libra f 'Capricorn, għalik għandu jservi bħala mument ta' pont aktar bejn dak li dan l-aħħar qisek tlift il-kontroll tiegħu. Dan għandu jservi ta' pont bejn dak kollu li hemm madwarek u meta dan iseħħ se taħgraf kemm il-ħajja ta' madwarek hi aħjar u iktar ta' valur u aspirazzjoni għal dak li hemm imħejji għalik. Għalhekk aħtaf dan il-mument ħalli dan ix-xahar tkun wettaqt pjan importanti għalik. Namaste. Kuluri favoriti ma' Capricorn huma dawn: aħmar, blu u vjola L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn L-istilla li fix-xahar t'Ottubru jaf tagħtik kuraġġ fil-ħajja tiegħek ġejja minn Taurus Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom L-Oroskopju PaulJon joffri diversi servizzi ta' gwida permezz tal- oroskopju, tfissir tal-ħolm, bilanċ ta' enerġija pożittiva fid-dar jew negozju tiegħek u bosta servizzi oħrajn. Biex tikseb aktar tagħrif tista' tidħol fuq il-paġna ta' Facebook ta' PaulJon Aquilina jew ċempel mit- Tnejn sas-Sibt bejn 09.00 a.m u 21.00 p.m. fuq 99013600 jew 79495804. Tista' żżur il-websajt www.pauljon13.com Nigwidak għal ħajja aħjar. Namaste. Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? Imwassal lilkom minn PaulJon Kompetizzjoni: Irbaħ l-ewwel ktieb tiegħi valur ta' €30 Jekk twieġeb tajjeb għal dawn il-5 mistoqsijiet: 1. X'differenza hemm bejn Full Moon u New Moon? 2. Li huma l-istilel kombinati mal-element tal- arja? 3. Il-kristalli huma benefiċċju naturali għall- bniedem? 4. X'jismu l-ewwel kopja tal-ktieb li jien ktibt? 5. PaulJon x'jissejjaħ, tax-xorti? Medium jew spiritwalista? Din il-kompetizzjioni hi miftuħa sal-aħħar ta' Ottubru. Ibagħtu t-tweġibiet tagħkom sms jew ċempillu 99013600. Namaste spiritwalista? 5. PaulJon x'jissejjaħ, tax-xorti? Medium jew spiritwalista? in il-kompetizzjioni hi miftuħa sal-aħħar ta' Ottubru. Ibagħtu t-tweġibiet tagħkom sms jew ċempillu 99013600. Namaste spiritwalista? Din il-kompetizzjioni hi miftuħa sal-aħħar ta' Ottubru. Ibagħtu t-tweġibiet tagħkom sms jew ċempillu 99013600. Namaste Nies famużi li twieldu taħt l-istilla ta' Libra