Illum previous editions

illum 15 October 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/887358

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 35

illum | Il-Ħadd 15 ta' Ottubru 2017 W istin kien bniedem li tista' tgħid li f 'żogħżitu daq l-għana kollu li taf toffri d-dinja. Madankollu, il-konverżjoni tiegħu lejn Kristu uriet biċ-ċar li l-ħajja, bil-pjaċiri kollha tagħha, ma waslitux għall- kuntentizza aktar minn mil 'il bogħod. Fl-età ta' 33 sena sar bniedem ġdid fi Kristu. Meta darba kien miexi għal għonq it-triq u lemaħ mara li fil-passat kien jiżni magħha, dawwar triqtu biex jitbiegħed minnha. Hi lemħitu u bdiet tgħajjatlu u tgħidlu li hi dik it-talija. Wistin weġibha: "Iva naf li inti int, imma jien m'għandiex jien!" Kif jgħid il-Malti, 'Fejn tħobb il-qalb jimxu r-riġlejn'. Meta Wistin kien iħobb id- dnub, mexa lejh, imma meta beda jħobb lil Alla tassew, mexa 'l bogħod minnu u tefa' ħarstu fuq l-affarijiet smewwietija. Kif qal sidna Ġesù wkoll, 'fejn hemm it- teżor tiegħek, hemm tinsab qalbek ukoll' (Mattew 6:21). Għalhekk li għall-kuntrarju ta' kif jaħsbu xi wħud, l-eternità, mhux talli teżisti verament imma wkoll mhix wisq 'il bogħod minna lkoll, qiegħda fi qlubna! Hemm realtà ta' mewt dejjiema u hemm realtà ta' ħajja eterna li tista' titgawda minn issa minn dawk kollha li jagħrfu lil Alla waħdu u 'l Ġesù Kristu – 'Din hi l-ħajja eterna, li jagħrfu lilek waħdek veru Alla, u 'l Ġesù Kristu, li inti bgħatt" (Ġwanni 17:3). Il-kelma 'waħdu' hi ferm importanti. Għandha ħafna toqol li sfortunatament huma bosta li jagħżlu li jdawru ħarsithom 'il bogħod minnha u jinjorawha proprju għax fid-dgħufija spiritwali tagħhom mhumiex b'saħħithom biżżejjed biex jerfgħuha. 'Waħdu' tfisser li Alla għandu jkun l-ewwel post tassew f 'ħajtek. Lilu biss għandha tingħata kull Glorja f 'dak li tagħmel, f 'dak li tgħid u saħansitra dak li taħseb! Tfisser li trid tkun kuraġġuż biżżejjed li tiċħad lilek innifsek u terfa' salibek kuljum u timxi wara Kristu u warajh biss. Tfisser li ħajtek ma tibqax aktar tiegħek imma issir tal-Mulej. 'Din hi l-ħajja eterna, li jagħrfu lilek waħdek veru Alla, u 'l Ġesù Kristu, li inti bgħatt" (Ġwanni 17:3). Mhux b'kumbinazzjoni li Kristu għażel il-kelma 'jagħrfu' f 'diskorsu. Insibu l-istess kelma fil-vanġelji meta naqraw li Ġużeppi baqa' ma għarafx lil Marija sa ma kellha iben (Mattew 1:25). Il-Kelma timplika li hemm unjoni, intimità. Bl-istess mod, messna nirrealizzaw li, li tagħraf lil Alla ma tfissirx biss li ssir taf dwaru. Lanqas ma tfisser li temmen li jeżisti, imma aktarx tfisser li jkollok relazzjoni t'imħabba profonda u personali miegħu, issir ħaġa waħda miegħu, tħobb dak li jħobb hu u tobgħod dak li jobgħod hu, tfittex li tagħtih ġieh f 'kollox, taħdem miegħu għall-istess għan, tgħix mhux għalik innifsek imma għal dak li miet u rxoxta għalik (2 Korintin 5:15) u taħbi ħajtek flimkien ma' Kristu f 'Alla (Kolossin 3:3). Bażikament, bħal Wistin u ħafna dixxipli oħra ta' Kristu, naslu biex ningħaqdu mal-istqarrija tal-appostlu Pawlu u nagħmluha tagħna: 'Ngħix, imma mhux iżjed jien, iżda jgħix fija Kristu' (Galatin 2:20a). Ktieb b'xejn għalik Nixtieq ngħinek tagħraf aktar lil Kristu. Għalhekk minn qalbi nixtieq noffrilek ktieb b'xejn bl-isem: 'X'jimportanti minn Ġesù?' Meta hawn qabda reliġjonijiet differenti fid- dinja, għalfejn Ġesù Kristu hu hekk speċjali? 'Dawn huma wħud mill-ħwejjeġ li nfittex f 'fidi li tkun kapaċi ssostnini matul ħajti u meta nasal wiċċ imb'wiċċ mal- mewt', jgħid Michael Green. 'Trid tkun vera, relevanti u kapaċi tibdel il-ħajja u soċjetajiet sħaħ. Jeħtieġ tkun tissodisfa l-bżonnijiet l-iżjed profondi ta' rġiel u nisa, u trid tkun applikabbli b'appell ugwali għan-nies kollha u kullimkien. Jekk inti interessat li tirċievi kopja bil-posta, jekk jogħġbok ibgħat ismek u l-indirizz flimkien mal-isem tal-ktieb permezz ta' sms fuq 77290051. 24 Rakkont Marylin Bellizzi Fejn tħobb il-qalb jimxu r-riġlejn! Meta Wistin kien iħobb id-dnub, mexa lejh, imma meta beda jħobb lil Alla tassew, mexa 'l bogħod minnu u tefa' ħarstu fuq l-affarijiet smewwietija

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 October 2017