Illum previous editions

illum 15 October 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/887358

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 35

Il-Ħadd 15 ta' Ottubru 2017 | illum Sports 35 Ġermanja. Huwa kien iddebutta fis-sena 2004 kontra l-Fillandja meta kien beda mal-ewwel ħdax ta' dan il-konfront. Bħala stil ta' logħob, Zaccardo huwa magħruf illi qatt ma jaqta' qalbu u l-ħeffa u l-intelliġenza jagħmlu dan il-plejer wieħed uniku. Jilgħab b'siequ l-leminija u meta l-kowċ ikun jixtiequ jbiddel il-pożizzjoni kapaċi jkun versatili biżżejjed illi jalterna bejn difensur u midfielder bil-logħob mal-linja l-iktar favorit tiegħu. Kapaċi jantiċipa diversi difensuri fl-għoli fejn bir-ras mhux darba jew tnejn illi xejjen attakk avversarju. Francesco Guidolin, illi kien jikkowċjah mal-klabb ta' Parma, jiddeskrivi lil Zaccardo bħala "centromediano metodista" li tfisser illi l-plejer iħaddem moħħu mhux ftit sabiex jirbaħ diversi blalen li eventwalment joħloq azzjonijiet għall-attakkanti sħabu. F'dawn l-aħħar snin, Zaccardo beda jilgħab aktar irtirat fuq wara f 'difiża ta' tliet jew erba' difensuri. Fis-6 ta' Marzu 2008, Zaccardo sar ċittadin onorarju tal-belt ta' Pollina viċin Palermo. Cristian Zaccardo huwa miżżewweġ lil Alessia Serafini u għandu żewġt itfal, tifel u tifla bl-isem ta' Niccolo' u Ginevra. Dawn tal-aħħar iddeċidew li jibqgħu fil-post fejn jgħixu f 'Milan u l-plejer qed jippjana li jagħmel jumejn fil- ġimgħa jmur ħdejn il-familja peress illi huma jinsabu biss sagħtejn bogħod bl-ajruplan. Huwa sab sapport kbir mingħand il-familja tiegħu filwaqt illi fehmu illi l-plejer xtaq ikompli l-avventura tiegħu fil-futbol. U b'hekk ser jibda kapitlu ġdid fil-karriera diġà glorjuża ta' Cristian Zaccardo. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- futbol? Bdejt nilgħab il-futbol ta' sitt snin f 'Formigine li huwa l-post fejn twelidt u trabbejt. Dan jinsab ftit bogħod mill- belt ta' Modena fir-reġjun tal-Emilia Romagna. Wara ħames snin nilgħab mat-timijiet iż-żgħar ta' dan il-klabb, fl-eta ta' ħdax–il sena ngħaqadt ma' Bologna fejn lgħabt magħhom fil- kampjonat Primavera u aktar tard saħansitra mal-ewwel tim. Meta għalaqt 19-il sena, mort nilgħab fil- kampjonat Serie C1 ma' Spezia. Wara perjodu ta' self rġajt mort ma' Bologna fejn iddebuttajt fil-kampjonat tas-Serie A. Kelli ċ-ċans nilgħab ukoll ma' diversi klabbs oħra fejn l-aktar li domt kien ma' Palermo għalkemm l-aktar li niftakar kienet l-esperjenza illi kelli fil-Ġermanja ma' Wolfsburg fejn magħhom irnexxieli nirbaħ il- Kampjonat. Issa ninsab hawn Malta u ħerqan illi nibda l-avventura tiegħi ma' Ħamrun Spartans. Kif tiddeskrivi l-esperjenza tiegħek ma' AC Milan? AC Milan huwa klabb ferm prestiġjuż u ninsab kburi wkoll illi lgħabt magħhom. Nemmen illi meta plejer jilgħab ma' dan it-tim ikun laħaq il-quċċata fil-karriera tiegħu. B'xorti ħażina wasalt fil-mument meta l-affarijiet xejn ma kienu sejrin tajjeb fil-klabb. Sfortunatament ma rnexxilniex niksbu s-suċċessi li konna ksibna fis-snin l-imgħoddija. Fl- 2013 meta kont lgħabt ma' Milan kien hemm tibdil ta' ġenerazzjoni fejn plejers bħal Gattuso, Ibrahimovic, Inzaghi u Pirlo kienu telqu lit-tim u daħlu plejers oħra. It-tim kien wieħed ġdid u ma kinitx faċli illi tingħaqad bħala plejers sabiex issib ir-ritmu frenetiku tasSerie A. Minkejja kollox, Milan jibqgħu wieħed mit-timijiet ewlenin fl-Italja u fl-Ewropa u nispera li dan juruh anke din is-sena meta hemm tibdil ieħor ta' ġenerazzjoni u ta' tmexxija. Kellimni dwar l-esperjenza tiegħek meta lgħabt fit-Tazza tad-Dinja tal-2006 li saret fil- Ġermanja. Int kont parti minn dak it-tim rebbieħ ta' Marcello Lippi. X'ħassejt f 'dawk il-mumenti li rfajt it-tazza? Tiskanta kemm għadda żmien minn dakinhar! Għaddew 11-il sena u nimmaġinah qisu kien ilbieraħ! L-emozzjonijiet illi ħassejt? Huma affarijiet li ma tistax tiddeskrivihom! Affarijiet li tibqa' għal ħajtek kollha u li diffiċli terġa' tgħaddi minnhom. Mhux faċli tirbaħ it-Tazza tad-Dinja iktar u iktar meta jkun hemm timijiet ta' livell għoli. Meta mbagħad iżżomm dik it- tazza tant prestiġjuża f 'idejk tirrealizza kemm verament tkun ksibt is-suċċess li kull plejer tal-futbol jixtieq li jkollu. Kif qed tħares lejn l-esperjenza l-ġdida tiegħek ma' Ħamrun Spartans? Kif għedtlek diġà ninsab ħerqan ħafna illi nibda l-avventura tiegħi ma' Ħamrun. Għandi entużjasmu kbir u nixtieq nagħti s-sehem tiegħi flimkien ma' sħabi l-ġodda u l-kowċ sabiex dan il-klabb ikun mal-ewwel postijiet tal-klassifika. Diġà bdejt nieħu t-taħriġ bis-serjeta' kif dejjem għamilt sabiex naslu għall-objettivi li poġġa l-klabb din is-sena. Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lil dawk iż-żgħażagħ li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera fil-futbol. M'hemmx dubju li jridu jużaw moħħhom u jkunu dedikati għal dan l-isport. Iż-żgħażagħ tal-lum huma differenti minn dawk ta' 20 sena ilu. Importanti ħafna illi jibqgħu saqajhom malart u ma jaħsbux illi laħqu s-sema b'idejhom għax ikunu lagħbu darba tajjeb. Fil-futbol trid dejjem taħdem u tistinka għax ir-riżultati b'hekk biss jiġu. Importanti wkoll illi jisimgħu mill-kowċ għax dak jaf kif għandu jmexxi l-logħba bl-aħjar mod possibbli. Imbagħad finalment trid tkun kapaċi tgħix mal-grupp għax kollha flimkien jistgħu jagħmlu tim wieħed. Ritratt: James Bianchi l-ogħla postijiet fil-klassifika' - Zaccardo Twieled f 'Formigine qrib il-belt ta' Modena r-reġjun tal-Emilia Romagna nhar il-21 ta' Diċembru 1981 Jilgħab bħala difensur u xi kultant anke bħala plejer f 'nofs il-grawnd. Lagħab ma' Bologna, Vicenza, Parma, AC Milan, Wolfsburg u mat-tim nazzjonali Taljan fost oħrajn. Rebaħ it-Tazza tad-Dinja mat-tim nazzjonali Taljan lura -2006 l-Ġermanja. Ingħaqad ma' Ħamrun Spartans l-jiem li għaddew. Cristian Zaccardo

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 October 2017