Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/887358
illum | Il-Ħadd 15 ta' Ottubru 2017 Aħbarijiet Rabja kbira għal Darmanin Demajo • Il-kowċ Nazzjonali Malti l-ġdid tkeċċa jew telaq minn 21 tim • Il-President tal-MFA akkużat li ma kkonsulta ma' ħadd qabel iddeċieda • Fil-jiem li ġejjin diversi uffiċjali u klabbs mistennijin ikellmu lil Darmanin Demajo Minn Korrispondent Speċjali JIDHER li t-tmien staġun fit- tmexxija tal-Malta Football Association bdew fuq noti xejn pożittivi għall-President Norman Darmanin Demajo li minkejja r-rabja li teżisti għalih fil-mument fil-Kunsill, fl-Eżekuttiv, inkluż il- membri tal-amministrazzjoni, issa kien imiss dawk li jagħmlu parti integrali mit-tim nazzjonali Malti li jitkellmu fl-apert fuq it-tmexxija preżenti tal-ex Teżorier tal-MFA. Jidher li l-aħħar deċiżjoni ta' Darmanin Demajo, jiġifieri il- ħatra ta' Tom Saintfiet bħala kowċ nazzjonali ġdid urtat ħafna lil dawk madwaru. Saintfiet, ta' nazzjonalità Belġjana mill-2002 sal-2016 kien responsabbli ta' mhux inqas minn 21 tim. Mal-ebda wieħed minnhom ma nżamm aktar minn sena. L-aħbar lill-membri tal-Eżekuttiv tal-MFA ngħatat l-Erbgħa waqt il-Laqgħa tax-xahar. Il-Membru tal- Eżekuttiv dehru maħsudin hekk kif Darmanin Demajo suppost li kellu jitkellem u jieħu l-opinjonijiet dwar il-futur kowċ ta' Malta. Minflok l-Illum tinsab infurmata illi l-membri, ġew iffaċċjati b'deċiżjoni dwar il-kowċ nazzjonali Belġjan li kienet ilha meħuda xhur sħaħ minn bniedem waħdu jew mill-ftit. L-aħbar irrabjat lill-maġġoranza tal-membri tal-Kunsill li iżda, bħalma jiġri f 'ħafna mill-każi, beżgħu jlissnu kelma li ma jaqblux mad-deċiżjoni tal-President u kkonfermaw l-għażla tiegħu favur Saintfiet. L-Illum tinsab infurmata li kienet diskussjoni privata bejn l-istess Saintfiet u Darmanin Demajo li għalqet il-kuntratt, aktar minn ħames xhur ilu. Saintfiet kien anki preżenti għall-partita ta' ħbiberija li Malta lagħbet fis-6 ta' Ġunju li għadda fi Graz, l-Awstrija, kontra l-Ukrajna u li rebħet 1-0. Sorsi li għandha l-gazzetta Illum ikkonfermaw b'ċertezza li saħansitra d-Direttur Tekniku tal-MFA, Robert Gatt, kien kontra d-deċiżjoni tal-President li jġib bħala kowċ nazzjonali lil dan "l-Opra ta' Verdi," hekk kif diġà hu intitolat fil- kuriduri tal-MFA, f 'Ta' Qali. Hu mifhum li diversi klabbs flimkien ma' uffiċjali tal-MFA, se jiltaqgħu fil-jiem li ġejjin biex jiddiskutu l-possibbiltà li jwaqqfu lil Darmanin Demajo milli jkompli bl-għażla tiegħu favur Saintfiet fit-tmun tat-tmexxija tat-tim nazzjonali Malti tal- futbol. "Fil-verità ħadd mhu jappoġġjah imma kulħadd jibża' jitkellem. Hawn ġew kulħadd jaf li qed jiżgarra bil-kbir u li wasal żmienu, imma kulħadd jibża' li jispiċċa ħażin u għaldaqstant jippreferu jibqgħu ħalqhom magħluq u jieħdu l-paga u ejja ħa mmorru, inkluż jien," sostna is-sors li tkellem ma' din il- gazzetta. It-timijiet li kellu Saintfiet f 'inqas minn 14-il sena u li wisq probabbli jkollok problema biex taqrahom huma Satellite FC, B71 Sandur, Stormvogels, Al-Gharafa, Qatar U17, BV Cloppenburg, FC Emmen, Rops, Namibia, Zimbabwe, Shabab Al-Ordon, Ethiopia, Nigeria, Young Africans, Yemen, Malawi, KV Turnhout, FS Stars, Togo, Bangladesh u Trinidad. L-aktar episodju 'interessanti' minn dawn it-timijiet kollha kien fit-tliet xhur u nofs li Saintfiet suppost kien kowċ tat-tim nazzjonali Niġerjan bejn Marzu u Lulju tal-2012 fejn l-Assoċjazzjoni riedet timpjegah bħala l-kowċ nazzjonali iżda ġiet imwaqqfa mill-Ministru tal-Isports tal-Pajjiż minħabba l-fatt li skont il-Gvern Niġerjan, il-pajjiż għandu ħafna kowċis ta' talent u li ma kellhomx bżonn it-talenti tiegħu f 'dan il-pajjiż Afrikan. Norman Darmanin Demajo Tom Saintet