Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/887358
illum | Il-Ħadd 15 ta' Ottubru 2017 Opinjoni 16 T istaqsunix fejn kont. Li naf ċert hu li kont qrib sptar u ntbaħt minn ħafna sinjali iżda fuq kollox mir-rieħa qarsa tad-diżinfettanti. Kont għadni kif hriġt minn knisja fejn għaddejt il-lejl nitlob mal-ħbieb, inqim l-Ewkaristija, kif ingħidu aħna fi kliem reliġjuż. Kien il-ksieħ ġmielu u s-sebħ kien diġa qed jinħass bid-dawl ċar tiegħu fuq l-għoljiet li kienu jidhru fuq quddiem, fit-tmiem ta' vjal mimli siġar tal-platanu. Fuq il-lemin tat-triq kien hemm grada u, qalb xi karozzi li kienu tpoġġew hemm fil- beraħ tul –il-lejl, ilmaħt is-sura griża ta' landa kbira taż-żibel mgħottija u maqfula b'żewġ għotien tondi. Żammni minn driegħi ħabib tiegħi, wieħed infermier, imdaħħal ġmielu fiż-żmien u li ili nafu minn ħafna snin, wieħed fuq tiegħu u attent għal dak kollu li jiġri madwaru. "Ejja. Qalli. Ħa nurik x'inhu jiġri fi żminijietna. Ħaġa ta' niket, wisq ta' niket: iżda hekk hu u ma baqgħalniex ħlief nitobu u xi darba nibku" Resaq lejn il-landa taż-żibel u fetah bieba bħallikieku wieħed li jaf sew il-problema. Ħareġ torċa tal-but u qabad il-bastun tiegħi li dejjem inġorr miegħi u bih qagħad iqalleb ġol-landa waqt li jien serraħt mal-karretta li ġġorr il-ġarar. Kienet tal-metall u għaddietli l-ksieħ tagħha ma' idi. "Ara – qalli l-ħabib – ara. Ridtek tara b'għajnejk. Ħares. Dawn huma l-aborti li jsiru ġo l-isptar" Ħarist u fid-dawl dgħajjef tat-torċa tal-but ilmaħt qalb faxex imdemma u maħmuġa biċċa laħam roża u lixx ta' mibrum fit-tond kif soltu tkun il-pożizzjoni tat-tqala tal- bnedmin. Deher ċar li ma kienx qed jiċċaqlaq u anke kieku l-kurżita tagħna qanqlitna biex nilmħu xi sinjali possibbli ta' ħajja, ma osservajt l-ebda ċaqliq. Fittixt li nsammar sew għajnejja fuqha. "Ħares safejn wasalna fiċ-ċivilta waħxija tagħna ta' qattiela" Ma kellix aptit inwieġeb: kien bħallikieku waqa' madwari l-waħx mhux mistenni tal- ħażen li s-soltu jilbes libsa fiergħa u tollerata. L-infermier għalaq mill-ġdid il-landa u aħna tbegħidna bil- qajla l-qajla fis-skiet. Ħelu ħelu intbaħt li fuq kopti kien hemm anġlu ċkejken li kien qed jitbissimli. Stħajjiltu qed iċaqlaq xuftejħ u kien qed ilissen miegħi il-kelma "tgħix", bħallikieku xi litanija tar-rużarju. Jien ukoll tbissimt, iżda fuq kollox fittixt li ma niċċaqlaqx biex ma jmurx igħib minn quddiemi. Iżda hu baqa' hemm, ma jiċċaqlaqx, waqt li quddiem għajnejja attenti ħareġ ix-xebh bejn it-tqala li rajt fil-landa taż-żibel ta' l-isptar u l-kerubin ċkejken li kien qiegħed fuq irkobbti u li baqa' jitlob miegħi bil-kelma waħdanija: Tgħix! Tgħix! Tgħix!. Mhumiex ħwejjeġ ta' din id-dinja, bdejt ngħid lili n-nifsi, forsi qed noħlom. Iżda ma ħabbiltx rasi. Kont qed inħossni hieni u dan kien biżżejjed. Wara kollox ma jistax wieħed jgħix fil-ħolm ?. Għandek ħila int tagħżel il- ħolm mir-realta ?. U jekk ir-realta mhix ħlief ħolma ?. Jew aħjar: jekk il-ħolm kien ir-realta kollha kemm hi ?. Żgur li f 'dak il-waqt kont qed nara ċar li fuq irkobti mserrħa fuq riġli l-iehor kien hemm anġlu ċkejkuni u dak l-anġlu ċkejkuni kien sewwasew dak li kont ilmaħt fil-landa taż-żibel ta'l-isptar. Bdejna npaċpċu bħallikieku ħbieb antiki u dak li laqatni minnufih kien il-ferħ tiegħu. Ferħ sħiħ, ħaj, mimli ma jistax jitrażżan. Jiena ssuktajt ngħidlu li kienet ħaġa kerha dik li kienu għamlulu, iżda hu qabad jidħak bħallkieku dak li kien ġralu kien xi ħaġa żgħira. Il-ħaġa importanti kienet ħaġ' oħra. "Iva, għal ommi jisgħobbija. Hija hi li tbati. Missieri moħħu mxerred għall-aħħar u għad ibati 'l quddiem meta jħossu waħdu waħdu. Kienet ħaġa skomda għalihom it-tnejn u qalgħuni barra. Inti taf li Santu Wistin igħid li l-ġid tal-ħajja hu hekk kbir li wieħed jasal biex jagħżel l-infern iżjed milli n-nuqqas ta' ħajja. Jista jkun li għaġġibha xi ftit iżda ried igħinna nifhmu l-ħwejjeġ importanti l-ħajja kif inhuma u nagħtu importanza lill-ħajja. Żgur li hija ħaġa important6i l-ħajja għax hi għal dejjem u twassalna għad-dehra ta' Alla li hu kollox. Inħoss li għandi nrodd ħajr lil missieri, lil ommi, minkejja dak li għamlu. Ma nħossx li għandi niġġudikahom. Wara kollox, anke jekk ma kontx mixtieq, xorta rnexxieli ngħaddiha. Jiena ħaj u int taf......għal dejjem. Mhix ħaġa żgħira. Missieri, sa fejn naf jien, hu bniedem imsejken, nieqes mir- responsabbilta. Ta min jagħdru meta tqis kull ma jara kuljum fuq it- televiżjoni. U ommi ?. Iġġibli ħniena ommi, iżda xi darba, meta nerġgħu naraw lil xulxin fis-saltna, għad nifhmu lill xulxin. Dakinhar tkun fehmet kollox, l-iżjed jekk tkun diġa bkiet xi ftit. (Mill-verżjoni Maltija tal-ktieb ta' Carlo Carretto, traduzzjoni ta' Dun Anġ Seychell – 1988 – ippublikat mill-Klabb Qari Nisrani taħt l-isem "Mixja bla Tmiem".) Il-landa taż-żibel tal-isptar DUN ANG SEYCHELL Carlo Carretto