Illum previous editions

illum 15 October 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/887358

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 35

Il-Ħadd 15 ta' Ottubru 2017 | illum Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Miżuri tajbin... imma vera 'future proof '? D in il-ġimgħa tħabbar il-Baġit. Eżerċizzju li kulma jmur qed jitlef mis-sinikat li kellu s-snin fejn kulħadd kien jintefa' quddiem it-televixin biex jara x'se jdaħħal u x'se joħroġ mill-but. Sinjal ta' bosta fatturi, fosthom il-fatt li l-aħħar baġits li tressqu kienu kollha neqsin minn miżuri awsteri u iktar 'taw' milli 'ħadu'. Sinjal tal-fatt li l-pajjiż qed jesperjenza perjodu ekonomiku mill- aktar b'saħħtu, u allura l-inkwiet dwar ix-xogħol, il-but u l-ekonomija huwa -inqas livelli tiegħu. Huwa wkoll sinjal ta' maġġoranza dejjem tikber ta' individwi u familji li la qed jistennew lill- Gvern 'jagħti' u sa ċertu punt lanqas 'jieħu' biex jaċċertaw li l-istil ta' ħajja tagħhom tibqa' fejn hi. Kulma jridu huwa Gvern li ma jxkilhomx milli jipprogressaw l-ħajja u jagħmlu aktar protti leġittimi n-negozju, mill- bqija għalihom il-Baġit seta' ma sarx. Minkejja dan imma, l-avveniment jibqa' speċi ta' indikatur tajjeb ta' fejn jinsab u fejn irid jasal il-Gvern. Il- Baġit huwa speċi ta' test li juri kemm Gvern għandu l-polz man-nies, kemm qed jifhem l-ilmenti tagħhom u kemm qed jilleġiżla biex jagħmel il-ħajja aħjar. Il-Baġit li tħabbar nhar it-Tnejn huwa pożittiv mill- angolu ta' kemm il-Gvern qiegħed, anke jekk f 'limiti li wieħed jifhem, iqassam mill-ġid li qed jinħoloq fost in-nies. Il-Gvern ta' Muscat, minkejja li fil-bidu kien hemm min prova jiddieħaq bl-idea llum qed jipprova kemm jista' jkun jidher li jħaddan il-kunċett ekonomiku tat-trickle down. Jiġifieri li l-ħolqien tal-ġid jibda mill-ħolqien ta' ambjent b'saħħtu fejn investitur jista' jinvesti u jiftaħ in-negozju tiegħu. Dan imbagħad joħloq katina; jinħoloq aktar xogħol, iktar nies jaqilgħu paga, iktar kemm jaqilgħu paga iktar jonfqu u hekk ddur ir-rota ekonomika. Dan, Gvern Laburista għarfu u ħaddmu u s'issa wieħed jeħtieġ jirrikonoxxi li r-riżultati huma pjuttost inkoraġġanti. L-ekonomija qed tiġri u hija fost l-aqwa fl-Ewropa, il-finanzi tal- pajjiż jinsabu fuq sisien sodi u hawn ċertu sens ta' ottimiżmu fil-pajjiż, speċjalment fost diversi setturi li jħaddmu n-nies. Il-Baġit ma fihx miżura waħda li tista' tmaqdar. Anzi wħud mill-miżuri mħabbrin huma pożittivi ferm; jekk hux l-iskema għal min irid jixtri dar għat-tieni darba, jekk hux iż-żidiet fil-pensjonijiet, fil-Foster Care Allowance, fl-għotja lil min se jadotta, fl-għotja ta' ġurnata leave minn dawk li kienu ttieħdu, rifużjoni tat-taxxa u l-ewwel żidiet fil-paga minima. Dawn kollha huma miżuri pożittivi, li se jħallu aktar flus fil-but u li huma attentat ta' suċċess biex il-kunċett ekonomiku tat-trickle down jaħdem. Imma l-Baġit ma jiqafx fil-miżuri individwali. Ma nistgħux inħarsu biss lejn dak li strettament jaqbel biss għall-but. X'daħħalt jew x'ma daħħaltx u kif 'laqat lili'. Fid-dawl ta' dan il-Baġit jonqos milli jkun 'avventuruż' biżżejjed f 'diversi oqsma. Bit-traffiku fil-quċċata tal-problemi u l-ilmenti tal-Maltin, u dan qed juruh is-sondaġġi tal-gazzetta oħt Maltatoday, konna nistennew li l-Gvern juri aktar ħeġġa għal dan is-settur, milli nerġgħu nirriproduċu ideat li jissemmew f 'Baġit wara l-ieħor u li fallew bl-aktar mod spettakolari. Kemm se ndumu nisimgħu bil-car pooling? U kemm se ndumu nagħtu inċentivi lil tar-roti jekk f 'dan il-pajjiż li ssuq rota hija riskju għal ħajtek? U kemm se ndumu nqassmu tal-linja cards b'xejn? Aħjar jaslu tal-linja, qabel nagħtu b'xejn. Anke fejn il-Gvern iddeċieda, jew jidher li ddeċieda, fil-verità għadu ma ddeċidiex. Dwar trapsort lejn l-iskejjel b'xejn; il-Gvern se jippenalizza jew le lil dawk li ma jużawx it-trasport? Meta se jibda dan it-trasport? Kif se jibda? Meta se jibdew id- diskussjonijiet? Fil-qasam tal-kirjiet, wieħed irid jagħti krettu lill-Gvern illi għaraf li hemm problema. Wieħed, jagħraf ukoll illi l-kwistjoni minnha nnifisha hija kkumplikata. Imma issa riesaq żmien il-prova. Issa riesaq żmien li naraw x'se tgħid il-White paper u niddeċiedu u mhux nispiċċaw ikollna White Paper tajba biss biex tiġbor it-trab fuqha, bħalma kellna dwar l-aġenti tal-proprjetà, li għal xi raġuni 'misterjuża' ġiet midfuna. In-nies qed ibatu llum u rridu naraw kif se ngħinu llum. Il-Baġit ta' nhar it-Tnejn kien eżerċizzju tajjeb li żamm lill-poplu kuntent għal-lum. Imma qed naħsbu biżżejjed għal għada? Qed inlestu, veru għall-futur? U x'futur hu? Il-futur veru ta' deċenji li għadhom ġejjin? Jew il-futur immedjat mibni fuq il- konvenjenza elettorali? Bħalissa sejrin tajjeb u għandna xi nroxxu u dan huwa tajjeb. Imma għada tista' tibda nieżla x-xita, u meta jiġri dan se jkollna bżonn umbrella. Hekk tkun 'future proof '. Editur: Albert Gauci Cunningham 21

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 October 2017