Illum previous editions

illum 15 October 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/887358

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 15 ta' Ottubru 2017 | illum Sports 27 SPORTSillum minn Cristian Antony Muscat Mosta ........................ 1 St Andrew's ................ 0 MOSTA kisbu tliet punti importanti meta għelbu lil St Andrews bl-iskor minimu ta' 1-0, biex b'hekk telgħu fis-seba' post tal-klassifika. Kienu St Andrews li ħolqu l-ewwel periklu meta freekick ta' Farrugia ġie kklerjat mill-goalkeeper Andreas Vella li lbieraħ kien qed jiċċelebra għelluq sninu. Dan filwaqt li ftit wara l-istess Vella salva b'diffikultá xutt b'saħħtu ta' Azian. Mosta wieġbu b'azzjoni ta' Martins Fernandes li kkonkluda b'xutt fil-baxx li Calleja Cremona salva tajjeb. Ftit wara Ferreira falla ċans tajjeb meta qabad lid- difiża tas-Saints żbilanċjata iżda naqas li jikkontrolla taj¬jeb il-ballun u Matthew Calleja Cremona biegħed kull periklu. L-aħħar azzjoni fl-ew¬wel taqsima ġiet min-naħa tas-Saints permezz ta' xutt ta' Atkinson li Vella salva b'diffikultá. Mosta skorjaw il-gowl tar-rebħa fit-23 minuta meta ngħataw penalty għall-fawl ta' D'Ales-sandro fuq Ferreira u kien l-istess Leonardo Henrique Ferreira li mill-11-il metru ma żbaljax. St Andrew's ippruvaw iwettqu reazzjoni u l-aktar li resqu qrib kien permezz tas-sostitut Aida Jake Friggieri li x-xutt tiegħu ġie salvat f 'korner mill- goalkeeper Vel¬la. Fit-83 minuta, Mosta rebħu t-tieni penalty fejn reġa' kien Ferreira li twaq¬qa' fil-kaxxa minn Grant imma l-istess Ferreira din id-darba xeħet barra biex falla ċ-ċans li jagħlaq il-logħba. Mosta Vella, Ferreira, Mansi, Veronese, Brincat, Ifeanyi Nworah (Fenech 74'), Farrugia, Xuereb, Zarate Bilbao, Fernandes (Henshaw Blessing 46') (Frendo 82), Magro St Andrew's Calleja Cremona, D'Alessandro, Azian, Grima (Friggieri 63'), Farrugia, Atkinson, Grant, Davis (Walker 74'), Martin, Jackson, Blagrove Referi Alan Mario Sant LEONARDO HENRIQUE FERREIRA Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-LOgħba mill- ġurnalisti preżenti. Ingħaqad ma' Mosta matul is-sajf li għadda. Skorja l-penalty li ta t-tliet punti prezzjużi lil Mosta iżda falla penalty ieħor għall-Blues. Mosta jiksbu tliet punti importanti b'rebħa minima fuq St Andrews Ritratt: Christine Borg Azzjoni mill-konfront bejn Mosta u St Andrew's

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 October 2017