Illum previous editions

illum 15 October 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/887358

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 35

5 Il-Ħadd 15 ta' Ottubru 2017 | illum Aħbarijiet għall-but u nuqqas ta' pjan Għawdex; xejn ħażin imma xejn ġdid wisq Għawdex, il-gżira oħt. Tissemma' fil-Baġit, imma f 'żewġ paġni biss. L-unika ħaġa ġdida li jidher li hemm għal Għawdex hija proposta biex kull persuna li tkun impjegata fuq kuntratt ta' tliet snin il-Gvern jagħti rifużjoni ta' 30% tal-paga medja. Fil-fatt din hija inċentiv li jagħmel sens, anke jekk xorta tibqa' miżura waħedha li trid tkun ikkunsidrata f 'kuntest ekonomiku ħafna iktar wiesgħa. Il-Gvern iħabbar skema għall-imprendituri imma ma jgħidx x'inhi, jgħid li se jingħata bidu għal proġett ta' hub tar-Riċerka u ICT, proġett li tħabbar f 'Ġunju tal-2016, sena u nofs ilu, u li għadu se jibda. Il-cruiseliner terminal li kellu jsir f 'barriera imma li imbagħad ftit reġa' nstema' dwaru u li dwaru din il-gazzetta kienet irrapportat problemi konsiderevoli, jidher li tħassar mid-diskors tal-baġit. Kif ma jissemmix ukoll il-proġett tal-Qorti ġdida f 'Għawdex, li ngħata l-permess mill-Awtorità tal-Ippjanar f 'Lulju tas-sena l-oħra. Naturalment se jitkompla l-proġett ta' Barts, b'ħafna mis-suċċess ta' Gvern Laburista f 'Għawdex jorbot fuq dan l-investiment li għandu jġedded sptar li kien tħalla f 'telqa. Naturalment il-Baġit ifakkar fir-riżultati ekonomiċi tajbin li qed tikseb Għawdex bħalissa, u jissemmew ukoll il-fast ferry service, li issa mistenni jibda dalwaqt u l-famuża mina. Imma dwar dik għadna fi stadju ta' studji... Finanzi fis-sod; Ii-piggy bank kuntent F'dak li jirrigwarda l-finanzi tal-pajjiż il-Gvern preżenti huwa definittivament għaqli, għalkemm ovvjament għandu ekonomija b'saħħitha li qed tixprunah. L-ekonomija kibret b'5.5% fl-2016 u b'6.3% fl-ewwel nofs ta' din is-sena, il-pajjiż irreġistra l-ewwel surplus ta' 1%, jew ta' aktar minn €100 miljun, surplus ieħor ta' 0.5% din is-sena u d-dieħla. Dan kollu juri li l-finanzi tal-pajjiż jinsabu verament fis-sod u allura l-Gvern preżenti jgħaddi t-test finanzjarju b'kumdità. Żgħażagħ u familji ġodda; Baġit tajjeb Il-Baġit kien wieħed pjuttost pożittiv għaż-żgħażagħ u dawk kollha li qed jibnu familja ġdida jew inkella familja li qed tikber. Fil-fatt il-Gvern ħabbar li kull min jagħlaq 16-il sena se jkollu aċċess għat-trasport pubbliku b'xejn, sal-età ta' 20 sena. B'din il-miżura żagħżugħ/a qiegħed faċilment jiffranka mal-€20-€25 fix-xahar, jekk ikun juża t-trasport pubbliku ta' kuljum. Ma' din il-miżura dawk li jixtiequ jixtru l-ewwel dar għad għandhom l-inċentiva li ma jħallsux boll fuq proprjetà fuq l-ewwel €150,000 li tiswa proprjetà. 11,300 persuna gawdew minn din l-iskema. Issa l-Gvern se jestendi din l-iskema għal dawk li jkunu jridu jkabbru l-familja tagħhom u għalhekk jixtru t-tieni post jew inkella dawk l-anzjani li jridu jixtru it-tieni post biex ikollhom dar iżgħar. Il-Gvern lest li jagħti sa €3,000 mill- boll li tħallas persuna. Apparti dan il-Gvern ħabbar ukoll li l-miżati tas-SEC u l-MATSEC se jonqsu bin-nofs, filwaqt li l-istudenti se jieħdu ż-żieda fil-paga pro-rata. Dan juri illi flimkien mal-pensjonanti, iż-żgħażagħ huma probabilment l-aktar nies li gawdew mill-miżuri tal-Baġit. L-ilma; bomba tal-ħin li taparsi ma teżistix Li pajjiżna għandu problem akuta tal-ilma ilha tingħad snin. Din il-gazzetta stess, kemm is-sena l-oħra u anke din is-sena anke permezz ta' editorjal dwar is-suġġett, fakkret fil-problema. In-nuqqas ta' ilma ħelu u l-ippumpjar tiegħu bla rażan, flimkien man-nuqqas assolut ta' rieda politika kemm mill-Gvern kif ukoll mill-Oppożizzjoni, ħallewna fi stat ta' kriżi. Jekk, allaħares qatt, jiġri xi ħaġa lill-impjanti tar-reverse osmosis jew f 'każ estrem (imma xorta possibbli) ikun hemm attakk fuqhom permezz ta' tniġġiż tal-baħar, Malta jkollha biss 24 siegħa ta' ilma. Dwar dan, il-Baġit jgħid biss li "l-Gvern beħsiebu jadotta strateġija aħjar marbuta mal-estrazzjoni tal-ilma." Mhux konvinċenti wisq! Fil-pożittiv iżda l-Baġit isemmi l-firxa ikbar ta' ilma li ġej mill-polishing plants biex mid-drenaġġ ikun ikkreat 'ilma ġdid'. Il-Gvern qed iħares lejn 7,000,000 metru kubu ta' ilma. ...tkompli fuq paġna 6

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 October 2017