Illum previous editions

illum 22 october 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/890545

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 35

15 Il-Ħadd 22 ta' Ottubru 2017 | illum Aħbarijiet 28 ta' Ottubru 2017 | 19:00-22:00pm Pjazza San Ġorġ, Valletta Il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE) N OTI KKULURITI TIXTIEQ TISTIEDNEK GHAL Ingħaqad magħna għal-lejl ta' Mużika, Letteratura u Arti! Mistiedna Speċjali AIRPORT IMPRESSIONS Ikel u xorb se jkunu servuti waqt din l-attività Kważi 8,000 persuna jiffirmaw petizzjoni onlajn għar-riżenja tal-Kummissarju tal-Pulizija Minn Jesmar Baldacchino F'JUMEJN kważi 8,000 persuna ffirmaw petizzjoni onlajn li ġiet imressqa mill- grupp Kenniesa tal-Kabinett, li qed titlob għar-riżenja tal-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar. Il-grupp qed jitlob ir-riżenja tal- Kummissarju b'rabta mal-qtil tal-ġurnalista u blogger Daphne Caruana Galizia. Il-petizzjoni tgħid li bħala nazzjon mhux qed iħossuhom f 'sigurtá meta l-Kummisarju tal- Pulizija ma jitkellimx u lanqas ma jieħu azzjoni f 'dawn ż-żminijiet. Il- petizzjoni qed titlob li jinħatar Kummissarju ġdid li jkun imparzjali u li jerġa' jagħti lura l-fiduċja tal-poplu fil-Korp tal-Pulizija f 'Malta. Bosta persuni u kummentaturi staqsew fuq il-pożizzjoni tal- Kummissarju matul dawn l-aħħar ġranet, b'uħud jitolbu wkoll ir-riżenja tiegħu, b'mod speċjali l-Kap tal- Oppożizzjoni Adrian Delia fid-diskors tiegħu fil-Parlament. Meta kien mistoqsi dwar dan mill-ILLUM, il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia qal li "Alla ħares għal kull qtil li jkun hawn ikollna persuni li jirriżenjaw." Saħaq li d-dmir tal-Kummissarju tal-Pulizija huwa li jikkordina x-xogħol sabiex jiġi solvut il-każ. Il-Ministru Farrugia qal li "Bħalissa huwa importanti li mhux isiru attakki personali għax xi ħadd m'għandekx grazzja miegħu, għax xi ħadd politikament ma taqbilx miegħu, imma li nkunu pajjiż wieħed magħqud flimkien." Il-petizzjoni bil-firem li qed jinġabru onlajn se titressaq lill-Ministru għall-Intern Michael Farrugia. Wara l-qtil ta' Caruana Galizia bosta rrabjaw għall-Kummissarju

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 october 2017