Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/890545
3 Il-Ħadd 22 ta' Ottubru 2017| illum Aħbarijiet SE jingħata ħlas ta' €1 miljun lil min jersaq 'il quddiem b'informazzjoni lill-Pulizija li twassal sabiex jiġi jew jiġu identifikati l-persuni responsabbli għall-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Il- Gvern qal li min jgħaddi din l-informazzjoni se jingħata l-protezzjoni biex jixhed dak kollu li jaf quddiem il-Maġistrat u fl-istadji meħtieġa. Wieħed jista' jgħaddi wkoll l-informazzjoni lill- Pulizija b'mod kunfidenzjali u xorta waħda jkun ukoll eleġibbli għall-ħlas sakemm dik l-informazzjoni tkun sostnuta minn provi oħra indipendenti u twassal biex jiġi identifikat min wettaq id-delitt. Fi stqarrija ntqal li l-Gvern mhux se jiddeċiedi hu jekk l-informazzjoni jew ix-xhieda tkunx suffiċjenti u tkunx kredibbli iżda l-punt ta' riferiment se jkun dejjem ir- rapport tal-inkjesta Maġisterjali li huwa att ta' awtorità ġudizzjarja indipendenti. Il-ħlas jingħata biss abbażi ta' dan ir-rapport. Hija kundizzjoni ta' din l-offerta illi min jagħti l-informazzjoni jrid jgħid il-verità kollha u jixhed bil-ġurament dak kollu li jaf dwar dan l-assassinju quddiem il-Maġistrat inkwirenti, u fi stadji oħra tal-proċess jew proċessi kriminali. Persuna li jkollha informazzjoni dwar id-delitt li ma tkunx lesta tixhed għax tkun trid li l-identità tagħha tibqa' kunfidenzjali tista' tagħti l-informazzjoni lill-Pulizija u tikkwalifika wkoll biex tingħata il-ħlas jekk jirriżulta mir-rapport tal-Maġistrat inkwirenti li l-informazzjoni li dik il-persuna tkun tat tkun realment u konkretament wasslet sabiex jiġi identifikat jew jiġu identifikati l-persuna jew persuni li għandhom jirrispondu għall-akkużi dwar id-delitt u tkun sostnuta minn provi indipendenti oħrajn li jikkonfermew il-ġenwinità tagħha. Il-Gvern fakkar li hemm ukoll id-dispożizzjonijiet tal- Att dwar il-Whistleblower u emendi oħra anċillari li saru fl-aħħar leġiżlatura li jistgħu jintużaw minn min seta' kien involut u jrid jikkollabora mal-Pulizija biex jinqabad il-mandant. Min irid jgħaddi informazzjoni għandu jċempel fuq in-numru 22942008 jew email: crimeinfo.police@gov. mt. Fi stqarrija l-Gvern qal li huwa impenjat bis-sħiħ biex il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia jiġi solvut u min kien responsabbli jiġi identifikat u mressaq quddiem il-Qorti. Fuq Facebook, it-tifel ta' Caruana Galizia, Matthew Caruana Galizia kien qal li l-familja mhix interessata f 'ġustizzja mingħajr tibdil. Qal li mhux interessat f 'kundanna kriminali biex il-persuni fil-Gvern li kellhom x'jiggwadanjaw mill-assassinju ta' ommu jkunu jistgħu jgħidu li saret ġustizzja. Saħaq li l-ġustizzja lil hinn mir-responsabbilità kriminali tista' tasal biss meta dak kollu li ommu ġġieldet għalih bħall-akkontabbilità politika, l-integrità fil-ħajja pubblika u soċjetà ħielsa u miftuħa jbiddlu s-sitwazzjoni ddisprata li qed jgħixu fiha. Ħlas ta' €1 miljun lil min jagħti informazzjoni li twassal għall-ġustizzja Caruana Galizia tagħmel l-istorja u tgħaqqad lill-partiti warajha ILLUM u għall-ewwel darba f 'ħafna snin it- tliet partiti se jkunu qed jingħaqdu f 'attività waħda. Fil-fatt il-Partit Laburista, l-Partit Nazzjonalista u l-Alternattiva Demokratika se jkunu qed jingħaqdu fid-dimostrazzjoni organizzata mis-Civil Society Network, fil-Belt Valletta. Id-dimostrazzjoni se tkun qed tappella biex issir ġustizzja fil-konfront ta' Daphne Caruana Galizia, wara l-qtil makabru tagħha permezz ta' karozza bomba ta' qawwa kbira ħafna. Minkejja li Caruana Galizia tibqa' mfakkra bħala persuna pjuttost kontroversjali f 'kitbietha, tal-lum se tkun l-ewwel darba fl-istorja politika riċenti li t-tliet partiti ingħaqdu flimkien għal dimostrazzjoni u għall- ewwel darba fl-istorja se jkunu qed jingħaqdu wara Caruana Galizia. L-ewwel li kkonferma li se jattendi kien il-PN, bil-PL u l-AD jibgħatu stqarrijiet matul il-jum tal-bieraħ.