Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/890545
6 illum | Il-Ħadd 22 ta' Ottubru 2017 Aħbarijiet Traġedja li setgħet wasslet għal aktar imwiet Fejn seħħet? F'Buġibba, bejn Triq Paderborn u Triq il-Ġifen, fl-akkwati ta' wara ċ-ċinema. Min miet? John Camilleri, minn Naxxar. Negozjant u sid tal- kumpanija S&S Bathrooms. X'tip ta' karozza kienet? Mitsubishi Pajero Kemm kienet qawwija l-bomba? Qawwija ħafna. L-għan kien ċar; qtil u eliminazzjoni tal-persuna. Setgħet kienet agħar? Iva. L-isplużjoni seħħet fin-nofs ta' żona residenzjali densa ħafna u viċin ħanut tal-merċa. Mumenti qabel kien għadda vann mimli tfal tal- iskola. Solvut? Le. 24 xahar. Sitt karozzi bomba. Erbgħa DIN il-ġimgħa nħasdet ħajja, din id-darba ta' ġurnalista. Daphne Caruana Galizia kienet is-sitt vittma ta' karozzi bomba fl-aħħar sentejn. Minn dawn is-sitta minn nies, mietu ħamsa, b'Caruana Galizia tkun l-aħħar waħda minnhom. Hekk kif f 'dan il-pajjiż bħalissa hawn diskussjoni sħiħa dwar l-aħħar attakk li ħalla pajjiż prattikament ipparalizzat, il- gazzetta ILLUM qed tagħti ħarsa lejn is-sitt attakki permezz ta' karozzi bomba li seħħew f 'dawn l-aħħar 24 xahar. agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Ħadd ma jmut f 'bomba li waqqfet arterja prinċipali Fejn seħħet? Triq Aldo Moro, il-Marsa Min miet? Ħadd. Imma l-bomba ħalliet lil Josef Cassar, ix-xufier, f 'qagħda gravi. X'tip ta' karozza kienet? Vann, tat-tip Ford Transit Kemm kienet qawwija l-bomba? Qawwija imma mhux daqs l-oħrajn. Minkejja dan kienet taħt is-seat tax-xufier. L-intenzjoni kienet ċara; qtil. Setgħet kienet agħar? Iva. L-isplużjoni seħħet għall-ħabta tas- 6:15pm f 'arterja prinċipali mimlija karozzi. Solvut? Le. ...Suppost kien hemm bintu miegħu Fejn seħħet? Il-bypass ta' Marsaskala Min miet? Martin Cachia, ta' 56 sena X'tip ta' karozza kienet? Alfa Romeo Kemm kienet qawwija l-bomba? Qawwija. Mal-isplużjoni, il- karozza ħadet in-nar u baqgħet dieħla f 'ħajt. Setgħet kienet agħar? Iva. Bintu suppost kienet fil-karozza miegħu dak il-ħin, imma dakinhar ma kienx għadda għaliha. Solvut? Le.