Illum previous editions

illum 29 October 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/893953

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 35

15 Il-Ħadd 29 ta' Ottubru 2017 | illum Fil-Kapitali Il-Kon-Katidral ta' San Ġwann NISIMGĦU ħafna fuqu minn ċkunitna imma qatt ma nafu biżżejjed dwaru, jew ejja ngħidu, qatt ma nixbgħu nisimgħu dwaru. Ġmiel imprezabbli. Personali nqisha bħala waħda mill-ifjen ġawhar f 'pajjiżna. Il-Knisja Konventwali ta' San Ġwann ġiet iddisinjata mill- perit Malti Ġlormu Cassar (1520-1586). Meta ħadem fuq il-pjanti tal-knisja, Cassar kellu fuq il-ħamsin sena, allura nistgħu ngħidu li kien matur fuq ix-xogħol tiegħu. Cassar studja l-inġinerija militari barra minn Malta. Il-faċċata ta' San Ġwann tirrifletti l-influwenza militari fuq Ġlormu Cassar. Tajjeb niftakru li l-Kavallieri kellhom ġa Knisja konventwali fil-Birgu. Il-bini ta' Knisja Konventwali ġdida beda fl-1573. Il-Granmastru La Cassiere ħallas minn butu bosta mill-ispejjeż għall-bini ta' din il-knisja. Il-faċċata tal-Knisja Konventwali ta' San Ġwann tfakkarna fil-fortifikazzjonijiet tal-Belt Valletta. L-istil użat minn Cassar fil-bini tal-faċċata u l-kampnari (qishom torrijiet) jissejjaħ 'Mannersita.' Stil li huwa sempliċi għall-aħħar. Ħafna Kavallieri, ta' nisel Nobbli Ewropej li għexu bejn is-16 u t-18-il Seklu jinsabu midfuna fil-Kon-Katidral. Il-paviment ta' San Ġwann, magħmul mill-irħam huwa ġawhra oħra fl-istess binja. Bilfors trid issemmi lil Mattia Preti, il-Kalabriż. Id- dekorazzjoni ta' San Ġwann minn ġewwa, did-darba fuq stil Barokk, tħalla f 'idejn il-pittur u Kavallier Mattia Preti. Preti ddisinja l-iskultura li biha San Ġwann huwa mżejjen fuq ġewwa, pitter il-pitturi li hemm mas-saqaf u l-altari tal-ġenb b'xeni mill-ħajja ta' Kristu. Fil-Kon-Katidral insibu kapolavur ieħor li huwa uniku fid-dinja għaliex huwa ffirmat: il-pittura ta' Michelangelo Merisi da Caravaggio, magħrufa wkoll bħala l-Qtugħ ir-Ras ta' San Ġwann. Din hija l-unika pittura ffirmata ta' Caravaggio. Il-kavallieri ddeċidew li jibnu l-Oratorju fl-20 ta' Marzu 1602. Tlesta sal-1605. L-iskop oriġinali tal-Oratorju kien dak li jintuża bħala post għad-devozzjonijiet privati. Kellu jintuża wkoll min-novizzi tal-Ordni, jiġifieri dawk li kienu għadhom qed jippreparaw biex isiru Kavallieri. Kellu għamla sempliċi, rettangolari. Jieħu d-dawl minn sitt twieqi li jagħtu fuq iċ- ċimiterju. Ġie mżejjen b'żewġ kolonni Doriċi wkoll. Kien propju f 'Lulju 1607 Michelangelo Merisi di Caravaggio, pittur kbir, imma li kellu ħajja mqallba, beda n-novizzjat tiegħu f 'Malta, dejjem bl-iskop li jilħaq Kavallier. F'dan iż-żmien l-oratorju kien għadu fil-bidu. Il-pittura famuża li llum iżżejjen dan l-oratorju magħrufa bħala l-Caravaggio probabbli ġiet esegwita fuq il-post. Il-pittura tpoġġiet bejn il-kolonni Doriċi. Il-pittura hija l-ikbar biċċa kanvas li qatt pitter Caravaggio (1562-1609). Hija wkoll speċjali għax hija l-uniku xogħol ta' Caravaggio li huwa ffirmat mill- pittur innifsu. Il-kritiċi jiktbu hekk fuq il- pittura tal-qtugħ ir-ras ta' San Ġwann: "…il-pittura tindika ċerta kalma, m'hemm l-ebda ħaġa li tindika l-inkwiet… speċi fix- xena, iż-żmien huwa wieqaf… kollox kalm… Nagħtuk parir biex tiffissa ħarstek fuq il- Caravaggio… u timmedita… tirrifletti… wara kollox dak kien l-iskop tal-post fejn inħadmet… l-oratorju… post għat-talb… il-figuri qishom tpoġġew hemm kollha parti minn tableau…. xena tal- palk…. Kollha għandhom skop għalfejn qegħdin hemm… m'hemm ħadd żejjed… San Ġwann qisu ħaruf qed jiġi ssagrifikat… il-bojja għadu biċ-ċwievet f 'idu… Il-pittura saret fuq il-post… il-firma ta' Caravaggio biż-żebgħa ħamra, l-istess demm… iżżid fid-drama u d-drammatiċità tal-pittura u tal-esekutur tagħha… jista' jkun li saret wara li kienet lesta… forsi b'rabja meta Caravaggio sar jaf li se jarrestawh..." Tassew pittura espressiva… Huwa fatt magħruf li l-ħajja ta' Caravaggio kienet waħda mqallba. Il-Granmastru Wignacourt (1601-1622) tant għoġbitu l-pittura li rregala żewġ skjavi lill-pittur. Il-Kappella tal-Madonna ta' Filermo: Din il-kappella fuq il-lemin hekk kif tħares lejn l-altar il-maġġur, għandha altar u faċċata maħdumin minn irħam tassew fin. Is-saqaf huwa maħdum fl-iskultura u fis-saqaf hemm ukoll il-pitturi ta' Marija Assunta (it-Tlugħ fis-Sema ta' Marija) u l-Inkurunazzjoni tal-Madonna. Il-kappella hija magħluqa minn xatba maħduma mill-fidda, irmuntata fuq balavostri tal- irħam. Pittura f 'din il-kappella hija kopja tal-Annunzjazzjoni, iddatata lejn il-XV-il Seklu. L-arkitett Ġlormu Cassar bena wkoll il-Palazz tal-Granmastri, is-seba' bereġ, is-Sacra Infermeria, il-fran tal-Ordni u l-Palazz Verdala fil-Buskett. M'hemmx dubju li Cassar kien influwenzat minn Michelangelo fix-xogħlijiet tiegħu. Malli Malta waqgħet f 'idejn il-Franċiżi mmexxija minn Napuljun, San Ġwann sari l-Katidral ta' Malta. Għall- ewwel darba wkoll, saċerdoti Maltin bdew jippritkaw f 'San Ġwann. Qabel, il-predikaturi kienu jkunu Taljani. Peress li San Ġwann ġie mibni mill-Kavallieri (li kienu jaħkmu lil Malta bejn l-1530 u l-1798) kien meqjus bħala propjetà tal-Gvern Malti. Allura l-Ingliżi riedu jagħmluh Katidral Protestant. Il-Knisja Maltija u Ruma tħabtu biex dan ma jiġrix. Fl-1882 San Ġwann sar Kon-Katidral. Il-Katidral (knisja prinċipali tad-djoċesi Maltija) baqa' dak tal-Imdina. Punt ħelu u ta' unur huwa li fl-1831 Sir Walter Scott sejjaħ il-Katidral "il-post l-iktar meraviljuż li qatt żort". Fil-Kripta hemm fost l-oħrajn il-qabar ta' La Valette, il- fundatur li ħolom u li beda l-bini tal-Belt Valletta fl-1566. Sliem mill-ġawhar li nsibu fil-kapitali tagħna- din id- darba mill-Kon-Katidral ta' San Ġwann. Il-Kon-Katidral ta' San Ġwann iddisinjat mill-perit Malti Ġlormu Cassar Cliord Galea

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 October 2017