Illum previous editions

illum 12 November 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/899905

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

11 Il-Ħadd 12 ta' Novembru 2017 | illum Aħbarijiet Jekk taraw xi ħaġa interessanti ibgħatuhieli. Jekk taraw lil xi ħadd interessanti ibagħtuli ritratt bil-mowbajl. Ibagħtu lil illum@mediatoday.com.mt Il-poodle isejjaħ … Kitba satirika li twasslek biex tifhem li kulħadd l-istess u l-kelb poodle mhux daqstant injorant għax jaf x'inhu għaddej! Il-bewsa ta' Ġuda Ġejt lura tafux. Għax xbajt nisma' u nara u ma ngħid xejn. Qed jaqbadni ħruq ta' stonku. Mela din il-ġimgħa rajt li l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia mar iżur dak x'jismu… l-Isqof. Kemm ħariġlu jdejh is-siclun! U mbagħad wara li telqu l-press bdew ituha flimkien. Kontra Muscat u l-labour. M'hemmx x'tagħmel. Ma tafx int birds of the same feather, flock together. Pia tal-Occupy Justice Vera ħadt pjaċir nara l-Pia Zammit mal-Occupy Justice. Għax apparti li hija kummidjanta u taf tirreċta u tagħmilha ta' Michelle Muscat, għandha ħafna virtujijiet oħra. Għax bħal nies oħra għandi ftit skeletri fil-gwardarobba u daqxejn goffi wkoll. Issa jien mhux daqshekk kattiv għax kieku kattiv niddeskrivi episodju fejn inkwetat lil xi wħud mhux ħażin bl-atteġjament tagħha. Xejn dekoruż u f 'għajnejn xi nies anki inaċċettabli – ngħidilha biss don't worry. Apparti hekk meta kont għaddej dakinhar tal-protesta wara l-qtil oxxen ta' Defni rajtha mdawra bi tfal, taqralhom storja ta' fantasija ovvjament kollha kemm huma kontra Joseph. Xejn ħażin tafux. Imma kieku daħlet lil Drian, konna forsi neħoduha ftit aktar bis-serjetà. Wara kollox Defni lil Drian tamal qalgħet mhux kumplimenti. Ole! Bundy adieu Mela Michelle Muscat mistgħaġba kemm bkiet hekk kif semgħet li l-Bundy tilef xogħlu bħala Kap Eżekuttiv tal-PBS. U dan wara li ġimgħat ilu l-istess board tal PBS wera Ii kien tilef il-fiduċja fil-Bundy. Isma', ħa nagħmluha ċara, dan Bundy ma kienx ħaqqu dan il-post. Mhux ta' jdejh u kieku xi ħadd kellu ċans jaħseb ftit kienu forsi joffrulu xi programm fuq ir-radju għal wara nofsillejl. Imma ma hemmx x'tagħmel. Lil Michelle ngħidulha toqgħodx tinkwieta żgur isib biker ieħor għal Pink October. Nicky says NO U la darba qbadt ma' Michelle, tajjeb insemmu lil Nicky, ajma kemm hi ħelwa, imma jkolli ngħid li nippreferi li tkun naturali bħal Michelle. L-iscoop li għandi għalikom hi li dakinhar li Delia (miskin) mar jieħu l-ġurament għand Marie Louise, u mar siegħa tard kellu battikata mhux ħażin ma' Nicky. Aħna ġibna t-tapes tal-konverżazzjoni privata tagħhom. "Drian, drian, I am not coming, no way, that ***** will write something else about me. I CANNOT take it anymore. NO, NO, NO, NO." "Nicky dear, please, I'll do anything but ser twaqqagħni għan-nejk, please ejja dress up." "Alla *****, I'm not, I CANTTTT." "Nicky, if you do not come, insa l-holiday li wegħdtek!" Matthew Pace ma jħobbx il-Farsons Issa ma nistax nifhem kif mill-Awtorità tal-Ippjanar qed jargumentaw kontra l-proġett ta' Farsons. U ejja tgħidulix li ser ifottu l-ambjent, għax jekk tħares lejn l-Imrieħel ħlief ġungla ta' bini ma tarax. Li hu interessanti li mill-membri kollha tal-Planning Authority l-ewwel wieħed li qam jitkellem kien Matthew Pace. Li biex tkunu tafu tpoġġa hemm għax żgur ma jifhimx fil-planning. Lanqas mid- dehra fil-financial planning għax ma tantx beda tajjeb. Imma insomma, jekk veru jridu negozju fil-pajjiż trid tagħlaq għajnejk u anke meta jkun hemm gruppi finanzjarji bħal Farsons u periti antipatiċi bħal Alex Torpiano. 19-il sena priġunerija lil koppja Belġjana li kienu se jitraffikaw il-kokaina ŻEWĠ Belġjani; raġel ta' 46 sena u mara ta' 51 sena, ingħataw is-sentenza ta' 19-il sena priġunerija u mmultati €35,000 wara li fil-Qorti ammettew li impurtaw u kienu se jittraffikaw bi 15-il kilogramma kokaina f "Malta. Huma ammettew l-akkużi mressqa kontrihom fosthom li impurtaw il-kokaina, li kellhom id-droga u li kienu se jqassmu l-kokaina flimkien ma' persuni oħra. Huma ammettew ukoll li f 'April kellhom 5 kilogrammi kokaina li kienu impurtaw u biegħu f 'Malta. Il- Belġjani ġew arrestati mill- Pulizija f 'Ġunju li għadda wara li kienu waslu Malta permezz tal-katamaran minn Sqallija. Il-Pulizija kienu ilhom josservaw lill-koppja sakemm ġew arrestati fl-Msida fejn sabu d-droga moħbija fil-vettura tagħhom. Il-Pulizija arrestaw ukoll żewġt irġiel Maltin wara investigazzjonijiet li damu 10 xhur f 'ħidma bejn l-awtoritajiet Maltin u Belġjani. Fl-għoti tas- sentenza, il-Qorti kkunsidrat li għalkemm il-koppja kellha l-ħsieb li tittraffika d-droga f 'aktar minn okkażjoni waħda, ikkoperaw fl- investigazzjonjiet li wassal għal aktar arresti. Il-Qorti ordnat li jiġu kkonfiskati l-propjetà kollha mobbli u immobbli tal-Belġjani kif ukoll il-qerda tad-droga kollha li nstabet mill-Pulizija. Rumeni jammettu li serqu minn ħwienet fl-ajruport ŻEWĠ Rumeni ta' 41 u 45 sena ngħataw is-sentenza ta' 13-il xahar priġunerija wara li fil-Qorti ammettew li serqu minn żewġt iħwienet fl-ajruport qabel ma kienu se jitilqu minn Malta. Wara tfittxija mill-Pulizija rriżulta li l-irġiel kellhom b'madwar €5,000 f 'affarijiet misruqa fil-bagalji tagħhom. Fil-Qorti ntqal li l-għan li għalih ir-Rumeni ġew Malta kien biss dak li jisirqu. Żieda fil-multi għas-sigaretti tal-kuntrabandu ĠEW emendati l-provvedimenti tal-liġi tal-multi fuq evażjoni tas-sisa. Dan wara li potenzjalment l-effett tad- deterrent fuq min jikser il-liġi kien baxxa u li ma kienx qiegħed jiskoraġġixxi l-kuntrabandu. Il-multi minimi fuq deċiżi bi ftehim barra l-Qorti żdiedu minn €250 għal €1,500. Multi minimi fuq reati trattati mill-Qorti żdiedu minn €500 għal €3,500 fil-każ ta' konfiska u minn €600 għal €4,000 fil-każ ta' evazjoni. Il- multa massima fuq reati trattati mill-Qorti issa hija ta' €25,000. Se jkun jiżdied ukoll l-infurzar billi jissaħħu r-riżorsi fid-Dwana u l-Pulizija.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 November 2017