Illum previous editions

illum 12 November 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/899905

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

Aħbarijiet 12 illum | Il-Ħadd 12 ta' Novembru 2017 Il-Parlament Ewropew qed jaħdem biex jidħlu fis-seħħ miżuri li jgħinu lil persuni vulnerabbli biex ikunu f 'pożizzjoni aħjar li jagħmlu rapporti fuq abbuż sesswali li jkunu għaddew minnu. Dawn il-miżuri se jkunu qed joffru wkoll aktar protezzjoni. L-MEPs qablu li min iwettaq fastidju jew vjolenza sesswali għandu jgħaddi mill-id tal-ġustizzja u li l-ebda reat bħal dan m'għandu jibqa' għaddej qisu mhu xejn. Għal dan il-għan saret ukoll riżoluzzjon li ġiet approvata b'580 favur, 10 kontra u kien hemm 27 astensjoni, fejn talbu lill-Kummissjoni Ewropea tipproponi strateġija għall- Unjoni Ewropea kollha, kif ukoll abbozz ta' liġijiet li jorbtu lill-pajjiżi membri, li jipproteġu lin-nisa kontra l-vjolenza inkluż il-fastidju, l-abbuż u l-vjolenza sesswa-li. Dawn il-miżuri qed jaslu wara l-inkixef l-iskandlu ta' Harvey Weinstein u l-kampanja onlajn li qed issir bħalissa #MeToo, fejn nisa li għaddew minn xi forma ta' fastidju jew vjolenza sesswali qed jgħidu l-istorja u l-esperjenzi tagħhom. Din ma kinitx l-ewwel darba li l-MEPs tkellmu fuq il-fastidju u l-abbuż sesswali tant li l-aħħar seduta tal-plenarja li matulha ġie diskuss dan is-suġġett kien fi Frar tal-2016. Fl-2001 kienu saru rimarki kif iż-żieda ta' nuqqas ta' sigurtà fl- impjieg kienet se twassal u li jkun hemm lok għal aktar abbuż u għalhekk kienu saru appelli lill-pajjiżi Ewropej biex jissaħħu l-liġijiet biex tingħeleb din il-problema. Dan wassal għall-Konvenzjoni ta' Istanbul tal-Kunsill tal- Ewropa. Il-Kummissjoni Ewropa se tkun qed twettaq stħarriġ ġdid dettalji dwar il-vjolenza sesswali u vjolenza abbażi tal-ġeneru. Rapporti ta' fastidju sesswali u abbuż ieħor fil- Parlament Ewropew Sfortunatament każijiet bħal dawn mhux dejjem jiġu rrappurtati minħabba l-biża' min-naħa tal-vittmi. Lejn strateġija biex tingħeleb jbaldacchino@mediatoday.com.mt Jesmar Baldacchino • Miżuri ġodda biex persuni vulnerabbli jagħmlu l-kuraġġ u jirrappurtaw • Task force tal-Parlament Ewropew biex jiddaħħlu liġijiet u regoli ġodda 'Fl-2001 kienu saru rimarki kif iż-żieda ta' nuqqas ta' sigurtà fl-impjieg kienet se twassal u li jkun hemm lok għal aktar abbuż u għalhekk kienu saru appelli lill-pajjiżi Ewropej biex jissaħħu l-liġijiet biex tingħeleb din il-problema' L-MEP Elisabeth Morin-Chartier li ħadmet fuq rapport dwar abbużi fil-PE L-Ewropa tipprova tibqa' fuq quddiem fil-liġi kontra l-abbuż sesswali

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 November 2017