Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/899905
Il-Ħadd 12 ta' Novembru 2017 | illum 19 Opinjoni 19 Il-ġimgħa li għaddiet kienet ikkaratterizzata mill- pubblikazzjoni ta' rapport miktub mill-kumitat PANA tal-Parlament Ewropew li kellu l-għan li jinvestiga, fost oħrajn, is-sistemi tas- servizzi finanzjarji ta' għadd ta' pajjiżi fl-Unjoni Ewropea, fosthom pajjiżna. Fix-xhur ta' qabel il- pubblikazzjoni ta' dan ir- rapport intqal ħafna diskors kontra s-servizzi finanzjarji tagħna. Kien hemm personalitajiet barranin li għamlu hekk, kien hemm mezzi tax-xandir barranin li għamlu hekk u kien hemm ukoll l-Oppożizzjoni li għamlet hekk. Kulħadd kellu l-mottivi tiegħu: il- barranin jista' jkun kellhom mottivi differenti milli kellha l-Oppożizzjoni. Ir- riżultat kien però identitiku: kritika bla preċedent fuq Malta, fuq is-servizzi finanzjarji tagħna u fl- aħħar mill-aħħar ħsara lil eluf ta' postijiet tax-xogħol tal-Maltin. Li barrani jkun jixtieq li dak il-ġid li ġej Malta minflok imur pajjiżu nista' nifhimha mingħajr ma naqbel magħha. Imma li Malti bħali jirkeb fuq il- karru ta' kritika salvaġġa fuq is-servizzi finanzjarji tagħna bil-għan li jara li ssir il-ħsara f 'pajjiżna, dika ma nista' qatt nifhimha. Fix-xhur ta' qabel il- pubblikazzjoni tar-rapport tal-kumitat PANA kien hemm min ħadha kważi ovvja li pajjiżna kien se jinstab li hu tax haven u li minn kemm ilu li tela' l-Labour kollox illaxka u tħawwad biex kulħadd jisker u jaħtaf. Ġie ppubblikat ir-rapport u fih intqal ċar u tond li pajjiżna mhu tax haven xejn u li s-settur tas- servizzi finanzjarji f 'Malta jobdi l-liġijiet kollha li trid l-Unjoni Ewropea u entitajiet internazzjonali oħra fis-settur. Ċertifikat b'saħħtu li l-qasam tas- servizzi finanzjarji hu inregola u jissodisfa dak li jridu minna r-regoli Ewropej u internazzjonali. Nistgħu nitkellmu fuq id-dettalji u l-irqaqat: il- bottom line hu li dan hu pajjiż li l-qasam tas-servizzi finanzjarji jobdi mija fil- mija dak li hu mistenni minna bħala pajjiż membru fl-Unjoni Ewropea. Il-jiem li ġejjin Huwa f 'dan il-kuntest li l-Parlament Ewropew matul il-ġimgħa d-dieħla se jiddiskuti mozzjoni tal-Partit tal-Popolari Ewropej (li fih il-Partit Nazzjonalista hu membru). Meta ħareġ ir-rapport tal-kumitat PANA kien hemm sinjali kbar ta' maturità mill-media lokali indipendenti li fil-fehma tiegħi mxiet b'mod mill- iktar korrett fir-rigward tal-qasam tas-servizzi finanzjarji. Il-ġurnali ewlenin bl-Ingliż, jiġifieri l-Maltatoday, Malta Independent u t-Times of Malta, fil-fehma tiegħi kienu korretti ħafna fl-imġiba tagħhom fuq dan il-punt u raw li fir- rapportaġġ tagħhom ikunu fidili u leali lejn dak li ntqal u allura poġġew l-interess tal-verità u ta' pajjiżna fl-ewwel post. Imbagħad tkellmet l-Oppożizzjoni, partikolarment il-klikka estremista tagħha, li ħarġet tfajjar bl-addoċċ u tpinġi r-rapport tal-kumitat PANA bħala konferma li f 'pajjiżna qed immexxu l-qattiela u d-delinkwenti u l-innoċenti qegħdin kollha maqfulin ġo karma mudlama bil-ġrieden u fl-umdità. Fl-aħħar jiem rajna kif ikun hemm mumenti fejn l-irġiel u n-nisa jintgħarfu mit-tfal. Il-jiem li ġejjin huwa mument ieħor simili fejn se ssir diskussjoni fil- Parlament Ewropew fejn kull min għandu l-istonku juġgħu dwar is-suċċessi ekonomiċi ta' pajjiżna jkollu ċ-ċans li jfajjar kemm jiflaħ taħt pretest jew ieħor. U se jkollu ċ-ċans li jfajjar kemm jiflaħ kontra Malta għaliex hemm Maltin – partikolarment Roberta Metsola u David Casa – li ddeċidew li jintefgħu mal- barranin kontra pajjiżna. Meta jaraw hekk il-barranin ikomplu, sintendi, jiftħulha kemm jifilhu konfortati li hemm ukoll Maltin li qed iwaddbu l-ġebel u l-knatan bil-għan li tixxaqqaq il-ħġieġa tas-suċċess ekonomiku Malti. Nibqgħu sodi Biss, kbira kemm tkun kbira l-qawwa tal-attakk verbali fuq Malta fil-jiem li ġejjin, ikbar se tkun ir- resolve tal-Gvern u n-nies kollha ta' rieda tajba li nibqgħu magħqudin u nissalvagwardjaw dak li hu tagħna waqt li nimxu skont dak li hu mistenni minna mir-regoli Ewropej fl- oqsma ewlenin, inkluż dawk finanzjarji. Jien nista' nagħmel mitt argument politiku kontra dak li qed jingħad mill- Partit tal-Popolari Ewropej. U nista' nikkwota għal ġranet sħaħ l-affarijiet tajba li qed nagħmlu aħna biex insaħħu r-rule of law, il- governanza u d-demokrazija f 'pajjiżna sa din il-ġimgħa stess. Hemmhekk qegħdin fis-sod u ninsabu b'saħħitna għax qegħdin fuq in-naħa tas-sewwa. Id-dispjaċir hu, nistqarr, li nara Maltin bħali u bħalek iżommu mal-barranin u mhux ma' pajjiżna. Id- dispjaċir hu li nara l-Partit suppost Nazzjonalista jżomm mal-barranin u mhux mal-Maltin. Malta l-ewwel Fl-aħħar jiem kelli (u bħali esponenti oħra tal-Gvern kellhom) għexieren ta' intervisti ma' mezzi tax- xandir ewlenin fl-Ewropa. Intbaħt li ħafna minn dawn il-ġurnalisti kellhom fehmiet skorretti għall-aħħar fuq pajjiżna u bis-saħħa ta' dawn l-intervisti indirizzajna ħafna ineżattezzi li ħaddieħor nibbtilhom f 'moħħhom. Fil-fatt fil- maġġoranza assoluta tal- għexieren ta' laqgħat li kelli mal-foreign press sar ħafna ġid għal pajjiżna u kulħadd fehem wieħed lil ieħor aħjar. Uħud minn dawn il-mezzi tax-xandir, partikolarment dawk it-tmienja li kitbu lill-Viċi-President Frans Timmermans ftit tal-jiem ilu, kienu ostili lejn il-Gvern u uħud minnhom kienu ostili iktar minn oħrajn f 'livelli inimmaginabbli. Iktar żvilupp ekonomiku Fil-kuntest ta' dan kollu ħadt gost ħafna naqra kif il-Kummissjoni Ewropea qed tara u se tkompli tara f 'Malta pajjiż li fih l-ekomomija tkompli tikber u timxi 'l quddiem. Pubblikazzjonijiet li ħarġu din il-ġimgħa juru s-sens kbir ta' ottimizmu li jeżisti favur il-performance ekonomika ta' pajjiżna u favur ix-xogħol tant tajjeb li qed iwettaq il-Prim Ministru Joseph Muscat. Ejja nibqgħu pożittivi, ejja nibqgħu ottimisti u magħqudin wara min irid li Malta tkompli timxi 'l quddiem u ssaħħaħ is- suċċessi tagħha. Suċċess kulturali wieħed wara l-ieħor Ħadt gost naqra bis-suċċess li kiseb is-settur kulturali f 'rapport li ħareġ dwar "it- Tjubija tal-Pajjiżi" fejn f 'dan l-istudju s-settur kulturali u kreattiv ġie fid-9 post minn madwar id-dinja kollha. Fl-aħħar jiem sfortunatament il- ħidma kulturali ħadet il-backburner minħabba d-dibattiti li kellna dwar is-saltna tad-dritt u oqsma relatati mal-Ġustizzja u wieħed jifhem li kellu jiġri hekk. Biss m'għandix dubju li fil-jiem li ġejjin se nissoktaw bid-diversi aħbarijiet tajba li għandna mħejjijin għal iktar ġid u progress f 'dan il-qasam kruċjali għalina. OWEN BONNICI Ma' Malta jew kontra Malta Hemm Maltin – partikolarment Roberta Metsola u David Casa – li ddeċidew li jintefgħu mal- barranin kontra pajjiżna. Meta jaraw hekk il-barranin ikomplu, sintendi, jiftħulha kemm jifilħu konfortati li hemm ukoll Maltin li qed iwaddbu l-ġebel u l-knatan bil-għan li tixxaqqaq il- ħġieġa tas-suċċess ekonomiku Malti. Il-Kummissjoni Ewropea qed tara u se tkompli tara f 'Malta pajjiż li fih l-ekomomija tkompli tikber u timxi 'l quddiem.