Illum previous editions

illum 12 November 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/899905

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 12 ta' Novembru 2017 | illum Sports 27 SPORTSillum Malta taspira għal riżultat pożittiv kontra l-Estonja minn Cristian Antony Muscat WAQT konferenza stampa li saret ilbieraħ fis-sala li tinsab biswit l-Istadium Nazzjonali f 'Ta' Qali, ingħataw l-aħħar dettalji qabel il-logħba ta' ħbiberija tal-lum li fiha t-tim nazzjonali Malti mmexxi mill-kowċ Belġjan Tom Saintfied se jkun qed jospita lit-tim nazzjonali tal-Esttonja, liema partita tibda fit-3pm u se tkun qed tintlagħab fl-Istadium Nazzjonali f 'Ta' Qali. Ta' nota huwa l-fatt li din se tkun l-ewwel logħba għal Tom Saintfied fit-tmun tat-team nazzjonali Mallti wara li ħa t-tmexxija tat-tim f 'Ottubru li għadda. Il-coach Belġjan beda biex qal li wara ġimgħa ta' taħriġ mat-team nazzjonali, iħoss li l-players tiegħu jinsabu fl-aqwa forma tagħhom u qed jaspira li l-Maltin illum ikollhom wirja pożittiva ħafna kontra l-Estonjani. Huw saħaq li se jkun qed jaddotta formazzjoni iktar offensiva minn dik tal-eks kowċ tat-tim nazzjonali, Pietro Ghedin, fejn illum mistenni jaddotta sistema ta' 4-2-3-1. Dan għalkemm ma ta l-ebda dettalji rigward liema se jkunu l-ewwel 11 tiegħu. Mistoqsi minn dan il-ġurnal x'kienu r-raġunijiet li ma sejjaħx lill-midfielder ta' Hibernians, Bjorn Kristensen, fl-iskwadra Maltija, huwa wieġeb li għandu f 'moħħu li jilgħab b'żewġ midfielders u li għalhekk l-MFA Player tas- Sena 2017 ma kienx jidħol fil-pjanijiet tiegħu. Dan iżda ma jfissirx li huwa mhux se jkun qed jiġi msejjaħ mill- kowċ Saintfiet fil-futur. Tom Saintfiet kompla billi qal li għalkemm l-Estonja jidher team nazzjonali mhux daqshekk ikkwotat, da huwa team ferm b'saħħtu b'numru ta' players fi ħdanu jilagħbu fl-ogħla diviżjoni tal-Kampjonati tal-Estonja, Fillandja u n-Norveġja. Madankollu, għall-partita tal-lum, l-Estonjani mhux se jkollhom numru ta' players li bdew b'mod regolari fil- kampanja ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal- 2018. Fost dawn, hemm id- difensur ta' Liverpool, Ragnar Klavan li qed jiġi utilizzat minn Jurgen Klopp bħala sostitut għall-Kroat Dejan Lovren. Kien propju rigward dan il-fatt li dan il-ġurnal saqsa lill-coach tat-team nazzjonali x'inhi l-aspirazzjoni tiegħu għall-partita tal-lum u jekk ikunx sodisfatt biss b'rebħa. Huwa wieġeb li ovvjament li qed jaspira li l-Maltin joħorġu mill- ground b'rashom mgħollija preferibilment b'rebħa, iżda l-iktar importanti għalih huwa li l-Maltin ikollhom wirja tajba u joħolqu diversi okkażjonijiet perikolużi. Fit-tweġiba tiegħu għall- mitoqsija imposta minn dan il-ġurnal, Tom Saintfiet, kompla li għalkemm jista' jkun li l-Estonja mhux ġejjin bl-aqwa skwadra possibli, xorta waħda, il-fatt li l-players tagħhom huma kollha professjonali u jilagħnu f 'kampjonati importanti għandhom joffru sfida denja lill-Maltin. Madankollu, huwa saħaq li jinsab persważ li l-Maltin illum se jkunu qed jagħtu l-100% tagħhom u joħorgu mill-ground b'riżultat pożittiv. Indirizza din il-konferenza stampa wkoll il-captain tat- tim nazzjonali Malti, Michael Mifsud, li ta' 36 sena jidher li għadu fl-aqwa kundizzjoni fiżika tiegħu. Huwa saħaq li din tal-lum għandha titqies bħala partita difiċli għat-team nazzjonal Malti, madankollu huwa saħaq li l-ambjent fid-dressing room Maltija bħalissa huwa wieħed ferm san u li għandu jawgura ferm tajjeb għal din il-partita. Mistoqsi minn dan il-ġurnal jekk wara ġimgħa taħriġ mal- kowċ Tom Saintfied, il-plejers Maltin ġewx affettwati b'xi mod jew ieħor minn xi tip ta' transizzjoni speċjalment f 'dak li għandu x'jaqsam ma' metodu tattiku impost minn Saintfied li qed jitqies bħala wieħed differenti għal dak li kien impost minn Pietro Ghedin, huwa qal li jista' jkun li l-metodu ta' Saintfied huwa wieħed iktar offensiv, madankollu, saħaq li jħoss li l-players Maltin diġà draw is-sistema ta' Saintfied u li għandhom joħorġuha fid- deher illum fil-grawnd. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, kemm Tom Saintfied, kif ukoll Michael Mifsud, appellaw bis-sħiħ lill- pubbliku sportiv Malti biex illum jattendi bi ħgaru fl-Istadium Nazzjonali f 'Ta' Qali, bid-dħul għal din il-partita se jkun wieħed mingħajr ħlas. Kevin Azzopardi, Tom Sainted u Michael Mifsud

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 November 2017