Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/899905
Il-Ħadd 12 ta' Novembru 2017 | illum Sports 29 Marquez jikkraxxja iżda xorta jirbaħ il-pole ta' Valencia ISSEWWIEQ fenomenu Spanjol, Marc Marquez, rebbieħ ta' tliet titli mondjali, rebaħ il-pole ta' Valencia fi Spanja, u dan għalkemm kraxxja. B'hekk huwa jibda b'ċans akbar li llum jirbaħ ir-raba' titlu fil-karriera tiegħu, fejn iżda żgur li se jkollu sfida denja mis-sewwieq Taljan, Andrea Dovizioso, li llum se jkun qed jibda biss mid-disa' post tal- gradwatorja. Johann Zarco fuq Yamaha u Andrea Iannone se jkunu qed jibdew mit-tielet u r-raba' post rispettivament, waqt li Jorge Lorenzo fuq Ducati, u Dani Pedrosa fuq Honda se jkunu qed jibdew mir-raba' u l-ħames post rispettivament. Intant, dawn huma l-postijiet li fihom ikklassifikaw ilbieraħ is-sewwieqa kollha tal-Moto GP, flimkien mal-ħinijiet diversi li huma rnexxielhom jirreġistraw: Poż. Sewwieq Mutur Ħin Distakk 1. M. Márquez Repsol Honda 01:29.897 6 2. J. Zarco Tech 3 01:30.246 8 3. A. Iannone Suzuki 01:30.399 9 4. J. Lorenzo Ducati 01:30.460 5 5. D. Pedrosa Repsol Honda 01:30.589 9 6. M. Pirro Ducati 01:30.764 7 7. V. Rossi Yamaha 01:30.848 9 8. A. Espargaro Aprilia 01:30.857 8 9. A. Dovizioso Ducati 01:30.961 9 10. A. Rins Suzuki 01:30.972 9 11. P. Espargaro KTM 01:31.044 7 12. J. Miller Marc VDS 01:31.190 7 Bottas jirbaħ il-pole tal-Brażil u Hamilton jikkraxxja Mix-Xellug għal-Lemin: Sebastian Vettel, Valtteri Bottas u Kimi Raikkonen Marc Marquez - azzjoni f 'Valencia Spanja ISSEWWIEQ ta' Williams, Valtteri Bottas, rebaħ il-pole ta' Sao Paulo fil-Brażil. Intant, iż-żewġ sewwieqa ta' Ferrari, Sebastian Vettel u Kimi Raikkonen se jkunu qed jibdaw mit- tieni u t-tieley post rispetivament, waqt li ż-żewġ sewwieqa ta' Red Bull, Max Verstappen u Daniel Ricciardo se jkunu qed jibdew mir-raba' u mill- ħames post rispettivament. Ta' nota huwa l-fatt li s-sewwieq Ingliż champion tad-dinja għar- raba' darba ftit tal-ġimgħat ilu Lewis Hamilton kellu jħalli ċ-ċirkwit ta' Interlagos fl-ewwel fażi ta' kwalifikazzjoni minħabba żball rari li wettaq u li rah jikkraxxjja ġol-barriera tat-tyres.