Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/899905
Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 12 ta' Novembru 2017 'Il-każ issa huwa magħluq' Tkomoli minn paġna 1 Kien Tonio Fenech, bħala Ministru għall-Finanzi li qabel l-2013 kien ħajjar lill-bank Pilatus jiġi f 'Malta. Infatti l-awdituri tal-bank Pilatus kienu l-KPMG u l-avukati kienu Camilleri Preziosi. Tant hu hekk li għat-tieġ tas-sid tal-Bank iċ-Chairman Al Sadr, kien hemm mistiedna speċjali Maltin inkluż diretturi magħrufin ta' gazzetta prominenti. Ħafna mill- persuni li kienu nominati fuq il-bord kienu kollha nies li b'xi mod jew ieħor kienu ġew magħżula wara suġġeriment mill-Ministeru tal-Finanzi ta' dak iż-żmien. Qabel l-elezzjoni ġenerali bosta gazzetti u ġurnalisti Maltin kellhom aċċess għal dawn id-dokumenti imma ma ppubblikawx il-konkluzzjonijiet, u ppubblikaw biss l-akkużi u l-allegazzjonijiet. Il-konklużjoni li qed nippubblikaw illum tilmenta għall-mod kif il-bank Pilatus ma kinux attenti biex jgħassu fuq PEPs, iżda b'mod konklussiv ma sabu xejn inkriminanti jew kriminali. Fil-konkluzjoni datata s-26 ta' Settembru 2016, il-Kap tal-FIAU kiteb lill-bank Pilatus u qal: "Filwaqt li l-FIAU tirrikonoxxi li l-bank issa għandu d-dokumenti meħtieġa, l-FIAU tibqa' mħassba fuq il-fatt li din id-dokumentazzjoni, li ġiet mitluba oriġinar-jament waqt l-eżami ta' Marzu tal- 2016, ma ġietx ipprovduta lill-uffiċjali tal-istess FI-AU u tal-MFSA fil-ħin." "F'termini ta' 'due diligence' minħabba l-klijent u ż-żamma tar-rekords, din id- dokumentazzjoni kellha tkun faċilment disponibbli jew inkella b'mod li tkun tista' tinkiseb faċilment mill-'Money Laundering Reporting Officer'. Madankollu, din id- dokumentazzjoni kienet disponibbli biss wara l-ittra tas-17 ta' Mejju tal- 2016. "Ir-raġuni għaliex id-dokumentazzjoni inkwistjoni ma ġietx provduta lill-uffiċjali matul l-ewwel eżami tibqa' mhux ċara. L-FIAU tikkonferma li l-kwistjonijiet imqajma fl-ittra tas-17 ta' Mejju tal- 2016 issa huma magħluqa." F'rapporti estensivi, li l-ILLUM għandha wkoll, jikkonfermaw li ma nstab xejn inkriminanti għax il-bank kellu jgħaddi minn 'due diligence' minn KPMG u Camilleri Preziosi. Qabel l-elezzjoni kienet Daphne Caruana Galizia li allegat li s-sid tal- kumpanija Egrant fil-bank Pilatus kienet Michelle Muscat. Din l-allegazzjoni serja wasslet biex il-Prim Ministru jsejjaħ elezzjoni ġenerali bikrija u ppreżenta lilu nnifsu flimkien ma' martu Michelle quddiem il-Maġistrat Aaron Bugeja, li issa ilu seba' xhur fuq l-inkjesta. Kien hemm ukoll akkużi u allegazzjonijiet separati kontra Keith Schembri u Adrian Hillman. Dawn it-tnejn bħal fil-każ ta' Muscat poġġew lilhom infushom quddiem inkjesta Maġisterjali dwar allegazzjonijiet ta' ħasil ta' flus. Matul dan iż-żmien kollu, apparti l-allegazzjonijiet ma kien hemm l-ebda prova li Michelle Muscat kellha kont kurrenti fil-bank Pilatus. L-ittra tas-17 ta' Mejju Ittra lil bank mibgħuta mill-FIAU fis-17 ta' Mejju kienet titkellem dwar PEPs u kienet ċara li Manfred Galdes kien qed jaġixxi kif kien fid-dover tiegħu fuq 'allegazzjonijiet' li aktarx kienet għamlet is-sors Russa li kienet taħdem u tkeċċiet mill-bank Pilatus, minkejja li ma kellu xejn konkret f 'idejh. Li huwa ċert li l-investigazzjonijiet oriġinali kienu fuq suppożizzjonijiet u waqt l-ispezzjoni, l-FIAU rrimarkaw dwar nuqqas ta' attenzjoni tal-bank. Fl- ittra kien hemm referenza ċara għall-proċeduri ta' implimentazzjoni li tirrikjedi li l-applikant għan-negozju jissottometti informazzjoni meħtieġa f 'każ li huwa PEP. L-FIAU qalet li jekk l-familjari jew persuni qrib tal-applikant huma PEPs, dawn ukoll għandhom jissottomettu l-informazzjoni meħtieġa. L-uffiċjali tal-FIAU u tal-MFSA nnutaw mal- bank Pilatus, li filwaqt li normalment l-formola KYC hija mimlija mill-applikant għan-negozju jew mill- uffiċjali tal-bank, f 'dan il-każ din ma ġietx iffirmata mill-applikant għan- negozju. L-MFSA kienu Post ta' IAID Senior Auditor fid- Dipartiment tal-Awditjar Intern u Investigazzjonijiet, fl-Uffiċċju tal- Kabinett, Uffiċċju tal-Prim Ministru Id-Direttur Ġenerali (IAID), tilqa' applikazzjonijiet għall-post ta' Senior Auditor, fid- Dipartiment tal-Awditjar Intern u Investigazzjonijiet, fl-Uffiċċju tal- Kabinett, Uffiċċju tal-Prim Ministru. Aktar dettalji jistgħu jinkisbu mill- Gazzetta tal-Gvern tal-Ġimgħa, 3 ta' Novembru, 2017. L-applikazzjonijiet kif indikat fil-Gazzetta tal-Gvern imsemmija hawn fuq, jintlaqgħu mid-Direttur Ġenerali (IAID), Dipartiment tal-Awditjar Intern u Investigazzjonijiet, Lower Ground Floor, Valletta Buildings, Triq Nofs in-Nhar, Valletta, VLT 1103 jew jistgħu ukoll jiġu sottomessi permezz tal- Online Government Recruitment Portal fuq http://recruitment.gov.mt sa mhux aktar tard mill-Ġimgħa, 17 ta' Novembru, 2017. Uffiċċju tal-Prim Ministru 21237737 info.iaid@gov.mt 'Il-każ issa huwa magħluq' Ali Sadr Hashemenijad, Manfred Galdes, Caruana Galizia L-MFSA kienu talbu kjarifiki mill-bank Pilatus tant hu hekk li l-bank kien qabbad lil KPMG u Camilleri Preziosi biex jagħmlu 'due diligence'