Illum previous editions

illum 12 November 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/899905

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

illum | Il-Ħadd 12 ta' Novembru 2017 Aħbarijiet Il-Funtana tat-Tritoni lura f 'postha d-daħla tal-Belt Valletta u mixgħula wara r-restawr estensiv li sarilha -Italja. Dan il-proġett ġie jiswa mal-€4 miljun u l-funtanta se tkun qed terġa' ssebbaħ il-kapitali hekk kif is-sena d-dieħla, il-Belt Valletta se tkun il-Belt Ewropea tal-Kultura. Ritratt: Kenneth Cauchi Ritratt tal-ġimgħa DIN il-gżira żgħira tagħna, f 'nofs il-baħar tal-Mediterran reġgħet sabet ruħha fil- quċċata tal-aktar pajjiżi b'qalbhom tajba fid-dinja. Skont l-istudju, Malta ġiet fis-27 post mill-163 li pparteċipaw. Dan l-istudju mħejji minn 'The Good Country', kien ibbażżat fuq 163 pajjiż. L-istudju jkejjel il- kontribuzzjoni li kull pajjiż jagħti kemm liċ-ċittadini tiegħu kif ukoll lill-bqija tad- dinja. L-indiċi, huwa bbażat fuq sitt binarji, li huma x-Xjenza u t-Teknoloġija, il-Kultura, il-Paċi u s-Sigurtà Internazzjonali, il-Pjaneta u l-Klima, il-Prosperità u l-Ugwaljanza kif ukoll is-Saħħa u l-Benessri tal-Bniedem. Malta marret tajjeb ferm fil-kategorija tal-Ordni Dinija, fejn ġiet ikklassifikata bħala s-7 l-iktar pajjiż b'qalbu tajba, filwaqt li fil-kategorija tal-kultura, Malta ġiet ikklassifikata fid-9 post. Madankollu skont l-indiċi, Malta għadha lura fuq ċertu aspetti bħalma huma, sigurtà u l-paċi internazzjonali, hekk hawnhekk klassifikat fil-129 post. Intant skont ir-Rapport Dinji tal-Kuntentizza,(World Happinnes Report), imħejji minn 'Sustaniable Development Solutions Network' bi ħsieb mal-Ġnus Magħquda, elenka lil Malta bħala s-27 pajjiż l-iktar kuntent tad-dinja. L-għan primarju ta' dawn l-istudji u oħrajn simili hu li l-mexxejja tal-pajjiżi jkollhom idea ta' kif it-tmexxija tagħhom qed taffettwa lill- pajjiż u anke lil pajjiżi oħra. Skont it-tim wara dan il- proġett, The Good Country pajjiż tajjeb hu dak li mhux biss jaħdem fl-interess taċ- ċittadini tiegħu iżda dak li jżomm f 'moħħu l-interessi taċ-ċittadini ta' pajjiżi oħrajn ukoll b'hekk għall-ġid tal- umanità kollha. Malta għal darb'oħra identifikata bħala wieħed mill-aktar pajjiżi kuntenti u ġenerużi • Studju internazzjonali jimbotta l-Malta fi l-quċċata tal-indiċi lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 November 2017