Illum previous editions

illum 12 November 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/899905

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

7 Il-Ħadd 12 ta' Novembru 2017| illum Aħbarijiet inħarsu l-ambjent, noħolqu aktar nadifa s-settur tat-trasport hekk kif il-vetturi jammontaw għal kwart tal-emissjonijiet kollha fl-Ewropa, li 22% minnhom ġejjin mill- karozzi privati. Għal dan il-għan, l-Ewropa qed tipprepara fondi li jammontaw għal €800 miljun li jiffinanzjaw proġetti li jwasslu għall-użu ta' enerġija alternattiva għall-fjuwils. Hekk kif is-settur tal- manifatturar tal-karozzi se jimxi lejn it-tħaddim ta' metodi u miżuri ġodda biex jonqsu l-emissjonijiet u fil-futur jieqaf l-użu tal-petrol u d-dijżil, dan ma jeskludix li jkun hemm żidiet fil- prezz tal-produzzjoni tal-vetturi. Sal-lum iżda m'hawnx qbil fuq kwota għal karozzi elettriċi. Dan meta mill- Ewrobarometru jirriżulta li n-nofs tal-Ewropej iqisu li l-kwalità tal-arja marret lura matul dawn l-aħħar snin. 35% iqisu li l-aħjar mod ikun li jintuża ferm aktar it- trasport pubbliku. Il-maġġoranza tal- Maltin jemmnu li l-industrija mhix tagħmel biżżejjed għall- ħarsien tal-ambjent 94% tal-Ewropej jaqblu li dawk l-industriji jew fabbriki li qed jaffetwaw il-klima jew iħammġu l-ambjent, għandhom ikunu huma l-ewwel li jagħmlu tajjeb għall- ħsara li jkunu għamlu. 65% jaqblu totalment ma' din l-istqarrija. 79% jemmnu li l-industrija mhix tagħmel biżżejjed biex tħares l-ambjent u jonqos it-tibdil tal- klima, 67% tal-Ewropej iqisu li l-Gvernijiet mhux qed jagħmlu biżżejjed f 'din l-isfida mentri n-nofs jemmnu li l-belt jew lokalità fejn jgħixu mhix tagħmel kunsiderazzjonijiet biżżejjed. Jammontaw għal 74%, il-Maltin li għandhom tħassib fuq it-tniġġis fl-ajru mill- industija filwaqt li 82% jemmnu li l-industrija mhix tagħmel biżżejjed għall-ħarsien tal- ambjent. Il-miri globali Dawn huma l-miri ambjentali li d-dinja qed taħdem biex tipprova tilħaq sat-tmiem tas-sena 2030: • Il-miri dinjija (mhux biss Ewropej) dwar it-trażżin tat-tibdil fil-klima u l-użu ta' sorsi moderni tal- enerġja huma: • Aċċess universali għal servizzi aktar moderni, affordabbli u tista' torbot fuqhom • Żieda qawwija tal-enerġija rinovabbli fl-'energy mix' • Tirdoppja r-rata globali fl-iżvilupp tal-effiċjenza tal- enerġija • Żieda fil-koperazzjoni internazzjonali li tiffaċilità l-aċċess għar-riċerka u t-teknoloġija għal enerġija nadifa, li tinkludi l-enerġija rinovabbli • Tissaħħaħ l-infrastruttura u t-teknoloġija li twassal għall-provista moderna tas-servizzi abbinati mal-enerġija rinovabbli għall-pajjiżi żgħar jew li għadhom qed jiżviluppaw. L-Ewropa qed taħdem biex l-industrija tnaqqas l-emissjonijiet permezz tal-investiment fl-innovazzjoni

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 November 2017