Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/899905
Aħbarijiet 10 illum | Il-Ħadd 12 ta' Novembru 2017 Spazju għal Uffiċċju meħtieġ il-Marsa jew fil-viċinanzi Il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjeta` Socjali, jixtieq jilqa' offerti għall-kiri ta' spazju għal uffiċċju fil-Marsa jew fil-viċinanzi, tal- kejl ta' mhux anqas minn 200 metru kwadru u preferibilment f'żona fejn hemm spazji adegwati ta' parkeġġ. L-informazzjoni għandha tiġi depożitata f'envelop magħluq, u sottomessa fid-Direttorat għas-Servizzi Korporattivi, Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjeta` Socjali f' Livell 4, Palazzo Ferreria, Triq ir-Republica, Valletta sa nofsinhar l-Erbgha 22 ta' Novembru, 2017. Il-Kummissjoni Ewropea tikkonferma s-'surplus' u t-tkabbir ekonomiku ILKUMMISSJONI Ewropea kkonfermat li Malta għamlet surplus matul din is-sena. Mit-tbassir ekonomiku għall-ħarifa tal-Kummissjoni, li jsir fuq il-pajjiżi kollha tal- Unjoni Ewropea, jirriżulta li sal-aħħar tal-2017, Malta se tkun għamlet surplus ta' 0.9% tal-Prodott Gross Domestiku. Dan it-tbassir jindika li matul is-sena d-dieħla, wara li jidħlu fis-seħħ il-miżuri tal-baġit, se jkun hemm surplus fiskali sa 0.5% tal-Prodott Gross Domestiku. Il-Kummissjoni Ewropea faħħret il-miżuri ekonomiċi li qed twettaq Malta tant li qalet li l-ekonomija se tkompli tikber matul is-sena d-dieħla wkoll. Matul din is-sena, il-Prodott Gross Domestiku reali kien jammonta għal 6.3% matul l-ewwel nofs tas-sena u se jkun qed jammonta għal 5.6% għas-sena kollha. Dan huwa tkabbir akbar minn dak tas- sena li għaddiet. Fit-tbassir tagħha, il-Kummissjoni Ewropea qed tara li l-konsum privat se jkun il-fattur ewlieni għat-tkabbir li huwa mistenni s-sena d-dieħla. Dan hekk kif il-popolazzjoni se tikber speċjalment bil-barranin li qed jaħdmu f 'pajjiżna u għalhekk biż-żieda wkoll tad-disponibbilità tad- dħul. Matul is-sena 2018, is-settur tal-kostruzzjoni se jkompli jikber filwaqt li l-esportazzjoni se tiżdied. Il-Kummissjoni tqis li r-rilokazzjoni ta' kumpaniji li joffru servizzi finanzjarji mir-Renju Unit lejn Malta minħabba l-Brexit se jkomplu jżidu fit-tkabbir ekonomiku, b'mod speċjali fl-2019. Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna laqa' b'sodisfazzjoni t-tbassir ekonomiku tal-Kummissjoni dwar Malta Mhux se jkun aktar il-pajjiż li fih jaslu l-immigranti li jieħu ħsieb l-ażil Dan wara li l-kumitat responsabbli fil-Parlament Ewropew ivvota għat- tibdil tar-regolamenti ta' Dublin MHUX se jkun aktar il-pajjiż fejn jaslu l-immigranti fih li jkollu jipproċedi bl- applikazzjonijiet għall-ażil. Dan wara li ġiet approvata verżjoni ġdida tar-regolamenti ta' Dublin III, li jirregolaw l-immigrazzjoni, bit-tama li jkun hawn sistema tal-ażil aktar effiċjenti fl-Unjoni Ewropea. Din ir-riforma mistennija li twassal għal tibdil fil-proċeduri li bihom jingħata l-ażil lill-immigranti irregolari li jidħlu fl-Ewropa. Il-verżjoni ġdida tar- regolamenti, li jagħmlu parti mit-trattat ta' Dublin, ġew approvati mill-Kumitat għal- Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (LIBE). Se jidħlu fis-seħħ diversi kriterji ġodda li se jkunu qed jiddefinixxu liema pajjiż ikollu d-dmir li jmexxi bl-applikazzjonijiet għall-ażil. F'dan il-proċess se tibda tingħata ħarsa lejn l-assoċjazzjoni tal- immigrant irregolari mal- pajjiż partikolari kif ukoll lejn il-kunċett tal-familja tal-persuna. Dan fil-każ li jekk immigrant ikollu familjari li qed jgħixu f 'pajjiż partikolari, huwa jiġi rilokat f 'dan il- pajjiż ukoll. Meta dan ma jkunx possibbli, l-immigranti irregolari se jibdew jitqassmu fuq sistema ta' kwota, sistema li ġiet ippruvata bla suċċess fil-kuntest tal-immigranti Sirjani mill-Greċja. Issa li l-Kumitat LIBE approva dan it-tibdil, il-pass li jmiss huwa li dawn jiġu approvati wkoll fil-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-Prim Ministri tal- pajjiż, li iżda mhux se jkun faċli minħabba r-reżistenza li ntweriet fil-passat minn numru ta' pajjiżi. Il-ħsieb wara dan ir-rapport iżda huwa li għandu jiġi evitat li jkun hemm pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea li jkun l-'fruntiera' għall-wasliet tal-immigranti irregolari, bħalma huma Malta, l-Italja u l-Greċja, li fi kliem l-MEPs qed jispiċċaw iġorru fuq spallejhom il-piż kollu u l-obbligi internazzjonali li dan iġib miegħu biex isalvaw il-ħajjiet. Bir-regoli preżenti l-ewwel pajjiż li fih jidħlu l-immigranti irregolari jispiċċa jkun responsabbli għalihom