Illum previous editions

illum 26 November 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/906958

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

14 illum | Il-Ħadd 26 ta' Novembru 2017 Aħbarijiet Jekk taraw xi ħaġa interessanti ibgħatuhieli. Jekk taraw lil xi ħadd interessanti ibagħtuli ritratt bil-mowbajl. Ibagħtu lil illum@mediatoday.com.mt Il-poodle isejjaħ … Kitba satirika li twasslek biex tifhem li kulħadd l-istess u l-kelb poodle mhux daqstant injorant għax jaf x'inhu għaddej! Manwel, Manwel Kemm ħadt pjaċir nisimgħu lil Manwel id-Delia jitkellem f 'dik il-konferenza organizzata minn Metsaola. Għax ħa ngħidlek jien għoddni niftakru jaħdem ma' Gheorg Sapiano dak il-ħelu fuq it- TVM. Ħa ngħidlek bravu r-raġel, smajt li lanqas jaħdem għax il-mara il-'bread winner', togħġobni li jobgħod dak kollu li hu la-burist. That is the way! F*** them. Anzi iktar minn hekk jogħġobni għax arroganti, pompuż u jaħseb li hu xi ħaġa. Imnalla ħadem taħt Austin Gatt għax kieku qisu butir, soft u ma jiswa għal xejn. Keep it up Mannie! It-Trust baby Mela issa nafu li l-PN għandhom Trust. Trust għamluh għax il-bank l-HSBC kien inkwetat li jekk jiġu biex jiġbru d-dejn ma jsibu xejn. Mhu veru xejn ta, għax il-partit għandu ħafna x'joffri bħalis-sa, bħal pereżempju 'ħafna dwejjaq'. Mela li għamlu hu li neħħew xi propjetajiet minn taħt il-partit u poġġewhom f 'Trust taħt Joe Borg l-eks kummissarju tal-ħut. Biex jekk jiġu biex jiġbru l-flus ikollhom minn fejn jiġbru. Insejt ngħidilkom li apparti t-trust għandhom iċ-ċedoli. Kemm hu kbir dan il-partit!. David Stellini spjegali Spjegali ftit… hija prassi li deputat Malti jagħmilha tal-assistent ta' Deputat Parlamentari mill-Ewropa?. Għax jekk ma tridx David Stellini li huwa Għawdxi u Deputat Parlamentari Malti għoddu joħroġ stqarrijiet għal David Casa. U għandi nifhem dan ma jagħmlux b'xejn iżda kontra xi forma ta' renumerazzjoni mill-Ewropa. Xejn ħażin tafx! Kulħadd irid jiekol, bħal ta' David Bonel-lo tafux li mħallas bħala t-tim ta' Francis Zammit Dimech fl- Ewropa u jagħmilha bħala PRO tal-PN full-time. Prosit David! U Casa is the boy Qabel xejn niddikjara li David Casa m'għandux parokka u xagħru kollu tiegħu mhux bħal ta' Fredu Sant. La darba qed nitkellmu fuq Casa, irrid ngħid li l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus għandu jestendiha lill-awdituri kollha Maltin u dawk barranin li jaħdmu Malta. Ħafna minnhom ħbieb intimi tiegħu u tal-partit glorjuż tagħna. U dwar il-banek jekk skont hu l-Pilatus qed jaħslu l-flus, jien nissuġġerixxi jirraporta l-banek l-oħra privati li għandha Mal-ta, għax nassigurah li dawn kollha joperaw bħal Pilatus. Imma mhux billi tgħid li jaħslu l-flus, trid tippruvah dear David. Għax tal-ECB mhux bħal ħafna bloggers Maltin, ikunu jridu l-fatti. FACTS tafx!. Il-ġimgħa d-dieħla nwegħdkom li nikteb BISS fuq tal-Lejber. Narakom! X-Ray scanner ġdid għad-Dipartiment tad-Dwana Anthony Agius Decelis jattendi l-konferenza Grandparents' first European day f 'Pariġi IDDWANA kompliet bil-programm ta' investiment biex tkun lesta għall-isfidi tal-futur. Id-Dipartiment tad-Dwana għalhekk xtara kontejner ġdid li huwa x-ray scanner. Dan sar b'investiment ta' €2 miljun li kien kofinanzjat mill- Unjoni Ewropea. Il-kontejner diġà ġie nstallat fil-Port Ħieles. Id-Dwana wettqet ukoll investiment ieħor ta' nofs miljun ewro fil-Port Ħieles, fl-immodernizzar tal-imħażen u l-faċilità tal- eżaminar. Dan il-proġett se jiġi inawgurat aktar kmieni s-sena d-dieħla mill-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna. Aktar kmieni l-ġimgħa li għaddiet, l-Awtorità tal-Ippjanar approva l-applikazzjoni għall-iżvolupp ta' taqsima tal-klieb f 'Ħal Far. Dan il-proġett ukoll se jiġi kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea. Issa li l-applikazzjoni ġiet approvata, d-Dwana se tkun tista' toħroġ tender fil-ġranet li ġejjin. ISSEGRETARJU Parlamentari Agius Decelis stqarr li l-persentaġġ ta' adulti 'l fuq minn 55 sena li jipprovdu kura lin-neputijiet tagħhom tal-inqas għal darba f 'ġimgħa huwa ta' 32%. Is-Segretarju Parlamentari qal li l-prijorità tas-Segretarju Parlamentari hija li jiġu mħarsa d-drittijiet fundamentali tal-anzjani. Is-Segretarju Parlamentari Agius Decelis semma li l-Gvern Malti fl-aħħar snin nieda l-Politika tal-Anzjanità Attiva, l-Istrateġija għad-Dimensja u l-Istandards Minimi Nazzjonali għad-Djar tal-Anzjani. Iċ-ċentri ta' matul il-jum tal-anzjani ġew mibdula f 'ċentri ta'anzjanità attiva u attivitajiet kreattivi, kienu introdotti fid-djar tal-anzjani. Is-Segretarju Parlamentari stqarr li l-protezzjoni tal-anzjani kienet ukoll imsaħħa b'servizzi ta' xogħol soċjali u bl- inklużjoni tal-abbuż fuq persuni anzjani fil-Kodiċi Kriminali. Agius Decelis semma wkoll il-ħidma li preżentament qegħda ssir sabiex jkun jista' jitlesta l-att dwar il-protezzjoni tal- persuni anzjani vulnerabbli. Is-Segretarju Parlamentari Anthony Agius Decelis irrikonoxxa l-irwol tan-nanniet fil- familji Maltin, li fil-maġġoranza tagħhom jkunu ta' spalla għal uliedhom u ulied uliedhom.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 November 2017