Illum previous editions

illum 26 November 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/906958

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 35

Il-Ħadd 26 ta' Novembru 2017 | illum 19 Opinjoni 19 N har il-Ġimgħa se jidħlu fis-seħħ ir- riformi dwar il-liġijiet tat- traffiku. Mill-ewwel ta' Diċembru li ġej se jiddaħħal fis-seħħ pakkett ta' liġijiet li għandu l-għan li jagħmel it-toroq iktar siguri għall-ġid tal- familji tagħna. Dan il- pakkett ta' liġijiet se jidħol fis-seħħ wara konsultazzjoni vasta li baqgħet għaddejja matul dan iż-żmien kollu. Jiena personalment, kif jaf kulħadd, kont involut f 'inċident sfortunat tat- traffiku li nirringrazzja 'l Alla ma kellux konsegwenzi iktar serji u kull min xi darba għadda minn inċident ta' traffiku jħossu sensittiv għall-ħtiġijiet li nagħmlu dak kollu li nistgħu biex it-toroq ta' pajjiżna jkunu iktar siguri. Minn esperjenza diffiċli u qarsa provajt nislet silver lining u nikkontribwixxi dak kollu li naf biex it-toroq ikunu iktar siguri u tiżdied id- dixxiplina. Irrid nirringrazzja żewġ Ministri li ħdimt magħhom matul dan il-vjaġġ – il- Ministru Joe Mizzi u l-Ministru Ian Borg li fl-istili differenti tagħhom sibt kollegi ddedikati għal iktar sigurtà fit-toroq. Sintendi jien bħala Ministru għall-Ġustizzja nista' nara l-affarijiet minn lenti legali u kien ma' Joe u Ian li flimkien wettaqna pakkett li kiseb il-kunsens unanimu fil-Parlament (Att XIV tal-2017) u nemmen ukoll fis-soċjetà ċivili. Bidla fil-kultura Din ir-riforma trid iġġib magħha bidla fil-kultura. Li ssuq il-karozza u tilgħab bil-mobile trid issir xi ħaġa tal-passat. Li tmur il-każin jew f 'bar u tixrob kemm Alla ħalaq vodka jew birra u mbagħad ssuq bil-karozza trid issir xi ħaġa tal-passat. Kulħadd irid jagħti sehmu mill-kbir saż-żgħir biex inbiddlu l-kultura tagħna. Aħjar uff milli aħħ M'għandix dubju li kif tidħol fis-seħħ ir-riforma minn nhar il-Ġimgħa li ġej se ngħaddu minn perjodu ta' aġġustament fejn dak li jkun se jgħid uff. U sintendi meta wieħed jgħid uff imbagħad jipprova jaqbad il-pakkett legiżlattiv u jikkritikah minn rasu sa saqajh. Jgħid li ħaġa missha saret mod u mhux ieħor. Jgħid li dik il-kelma missha tneħħiet jew tħalliet. Jien għandi biżżejjed esperjenza fil-Gvern biex nifhem li meta tbiddel l-affarijiet, meta ċċaqlaq l-ilmijiet, se jkun hemm an equal and opposite reaction ta' reżistenza li timmanifesta ruħha b'mod differenti. U għandi biżżejjed esperjenza biex inżomm widnejja mal-art u nsegwi b'attenzjoni. Il- punt kardinali hu li aħjar kaldarun uffijiet milli niskata aħħ. Jien personalment xbajt nara stejjer ta' nies iweġġgħu jew jimmankaw irwieħhom wara inċidenti tat-traffiku. Tlift anke studenti milli ngħallem l-Università li jkunu tilfu ħajjithom f 'inċident tat-traffiku. U r-realizzazzjoni hi waħda u b'saħħitha- jista' jkun li dak li allaħares qatt iweġġa' jkun xi ħadd għażiż għalik jew membru tal-familja. Mela ejja naqblu li aħjar naqra uff milli aħħ. L-emendi li se nimplimentaw Imħatra li nsejt x'se jinbidel mill-1 ta' Diċembru li ġej? Hawnhekk se nipprova nirrifriskalek il-memorja: 1. Se tiżdied il-piena għal min isuq bla liċenzja; 2. Se tiżdied il-piena għal min juża numri ta' reġistrazzjoni li ma jappartjenux għall-vettura; 3. Il-gwardjani lokali se jingħataw dritt ġdid li jassistu lill-Pulizija fejn jidħlu testijiet tal- breathalyser. It-test irid isir dejjem u f 'kull ħin mill-Pulizija imma l-gwardjani se jkollhom dritt iżommu xi ħadd xurban sakemm jiġu l-Pulizija; 4. Se jkun hemm żieda fil-piena għal min isuq taħt l-influwenza tax- xorb jew drogi. Min jeħel dawn il-pieni issa se jkun jista' jiġu soġġettat għal ordni ta' probation jew/u programm ta' riabilitazzjoni mill- problema tax-xorb; 5. Il-limiti tal-alkoħol permessibbli se jiġu konformi ma' dak li nsibu fl-Ewropa. Se ssir distinzjoni bejn min isuq għal għanijiet privati jew għanijiet kummerċjali fejn min isuq għal għanijiet ta' ġarr tan-nies jew tfal se jkun mistenni minnu li ma jixrob assolutament xejn jekk se jkun se jsuq; 6. Kull min għandu liċenzja issa se jkun suġġett hu wkoll għal sistema tal- punti; 7. Jekk wieħed jeħel 12- il punt fi 12-il xahar se titteħidlu l-liċenzja u jeħodha lura biss skont regoli ċari li jiddistingwu jekk ir-revoka saritx għall- ewwel darba jew it-tieni, tielet jew raba' f 'perjodu partikolari ta' snin; 8. Mhux kull ċitazzjoni twassal biex wieħed jeħel il-punti imma huma biss dawk li huma meqjusa l-iktar serji li jwasslu biex wieħed jeħel il-punti u l-ammont ta' punti jvarja skont il-gravità. Jekk tipparkja barra mill-kaxxa jew fuq l-isfar ma jwassalx biex wieħed jeħel il-punti pereżempju, imma jekk ittajjar lil xi ħadd iva; 9. Il-punti jinżammu biss għal perjodu ta' sena. Li jfisser li jekk pereżempju fl-1 ta' Jannar, 2018 is- sur X weħel 5 punti, fl-1 ta' Jannar, 2019 is-sur X jeħles minn dawn il-punti sakemm ma jkunx weħel ammont ieħor ta' punti li jwasslu għal total ta' 12-il punt. Jekk is-sur X weħel 5 punti fl-1 ta' Jannar, 2018 u 4 punti oħra fl-1 ta' Marzu, 2018 u xejn iktar, huwa jeħles mill-5 punti fl-1 ta' Jannar, 2019 u mill-4 punti fl-1 ta' Marzu 2019; 10. Il-punti jistgħu jitnaqqsu jekk wieħed imur għal kors awtorizzat mill- Awtoritajiet relattivi skont regoli ċari li jassiguraw serjetà. 11. Is-sistema tal-punti tiġi imposta fuq il-persuna li jkun qed isuq u mhux fuq is-sid. Id-dritt li wieħed jagħmel petizzjoni fir- rigward ta' offiżi tat- traffiku li jinstemgħu quddiem Kummissarju għall-Ġustizzja japplika biss sakemm il-każ jiġi deċiż minn Kummissarju għall-Ġustizzja jew, f 'każ ta' Appell, minn Maġistrat. L-istaġun tal-festi Aħna ridna li dawn ir- riformi jidħlu fis-seħħ qabel jibda l-istaġun tal-festi biex nibagħtu messaġġ b'saħħtu favur iktar serjetà, dixxiplina u attenzjoni. Konvint li se nsib ħafna nies li se jħarsulna bl- ikrah iżda konvint li hemm maġġoranza silenzjuża li se jgħidu – fl-aħħar hawn Gvern li kellu l-kuraġġ itejjeb l-affarijiet fejn tidħol is-sigurtà fit-triq. OWEN BONNICI Toroq iktar siguri għall-ġid tal-familji tagħna Din ir-riforma trid iġġib magħha bidla fil-kultura. Li ssuq il-karozza u tilgħab bil-mobile trid issir xi ħaġa tal-passat. Li tmur il-każin jew f ' bar u tixrob kemm Alla ħalaq vodka jew birra u mbagħad ssuq bil-karozza trid issir xi ħaġa tal- passat.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 November 2017