Illum previous editions

illum 26 November 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/906958

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 35

6 illum | Il-Ħadd 26 ta' Novembru 2017 Aħbarijiet ILKAP tad-Delegazzjoni Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew David Casa talab lill-Bank Ċentrali Ewropew (ECB) sabiex jintervjeni u tiġi revokata l-liċenzja tal- bank Pilatus. Casa talab l-intervent tal-ECB wara li appella lill- Awtorità tas-Superviżjoni u l-MFSA. Fl-appell tiegħu, Casa qal li l-bank Pilatus jinsab fiċ- ċentru ta' investigazzjonijiet li wettqet Daphne Caruana Galizia u saħaq li r-rapport tal-FIAU wera li l-klijenti tal-bank kienu persuni esposti politikament (PEP) mill- Ażerbajġan. David Casa qal li minn investigazzjonijiet li kienet għamlet Caruana Galizia kien irriżulta li ħaddiem ta' Accenture Strategy, li nnegozja f 'isem Shangai Electric biex tinxtara l-power station tal- BWSC u parti mill-Enemalta, li kellu kont fil-bank Pilatus. L-MEP Nazzjonalista appella lill-ECB biex juża l-poteri disponibbli biex tiġi revokata l-liċenzja lill- bank, speċjalment wara li l-Parlament Ewropew approva r-riżoluzzjoni dwar is-saltna tad-dritt f 'Malta. Filwaqt li qatt ma kien hemm dan it-tip ta' preċedent, David Casa qal li l-Bord tas-Superviżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew għandu jagħmel użu mill- Mekkaniżmu tas-Superviżjoni u jintervjeni. Fis-sena 2016 pajjiżna ġarrab l-umiljazzjoni qawwija li fi f 'perjodu qasir ta' 3 xhur irriżenjaw mill-karigi rispettivi tagħhom kemm il-Kummissarju tal-Pulizija Michael Cassar kif ukoll id-Direttur ta' l-FIAU Dr Manfred Galdes. Dan kollu ma seħħx f 'vakum, iżda fid-dawl ta' rapport tal-FIAU li jippunta s-swaba' ta' din l-istituzzjoni lejn indiviwdwi fis-saffi għolja tal-poter politiku Malti. Is-Civil Society Network titlob għal rieda biex tkun stabbilita l-verità Intant fi stqarrija s-Civil Society Network fakkar kif ftit tal-jiem wara l-elezzjoni ġenerali tal-2017 'l-FIAU itterminat l-impjieg ta' żewġ uffiċjali ewlenin tagħha, Jonathan Ferris u Charles Cronin. Dawn il-persuni kienu jmexxu l-financial analysis section u l-compliance section tal- FIAU rispettivament. Is-Civil Society Network tinnota li t-tkeċċija ta' dawn l-uffiċjali mill-FIAU seħħet fl-istess żmien li l-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna kien staqsa pubblikament jekk rapporti tal-FIAU kinux inktibu bil- ħsieb li jkunu leaked. Is-Civil Society Network qiegħda pubblikament titlob lill-Ministru Edward Scicluna sabiex jinforma lill-poplu Malti jekk hu kellux xi forma ta' involviment, imqar jekk involviment indirett, fid- deċiżjoni li jitkeċċew l-uffiċjali tal-FIAU Jonathan Ferris u Charles Cronin bl-eżatt wara li tħabbar ir-riżultat tal-aħħar elezzjoni ġenerali.' Is-Civil Society Network tisħaq li l-poplu Malti jixraqlu li l-istituzzjonijiet tiegħu tassew joperaw fl-interess tal-ġid komuni u jagħmlu dak kollu li huwa meħtieġ sabiex tkun stabbilita l-verità fir-rigward tar-riżenji tal- Kummissarju Michael Cassar u Dr Manfred Galdes u t-tkeċċija ta' Jonathan Ferris u Charles Cronin. Fil-fehma tas-CSN in-nuqqas ta' rieda li tkun stabbilita l-verità dwar materji daqstant vitali jkollha isem wieħed: omerta istituzzjonali. [Type a quote from the document or the summary of an interesting point. You can position the text box anywhere in the document. Use the Text Box Tools tab to change the formatting of the pull quote text box.] Sejħa għall-proposti rigward proġetti ta' l-akkwakultura ikkofinanzjati mill- Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd 2014-2020 Il-Programm Operattiv għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd fir-rigward tal-perjodu ta' programmazzjoni kurrenti, jagħti opportunitajiet ta' finanzjament lill-industrija tas-sajd u l- komunitajiet kostali sabiex jgħinhom jaddattaw għal kundizzjonijiet settorjali li dejjem qegħdin jinbidlu, filwaqt li jindokkra r-reżistenza ekonomika u s-sostenibbilità ekoloġika tagħhom. Il- Fond ser ikun qed jipprovdi assistenza bl-għan li jintlaħqu l-miri tal-Politika Komuni tas-Sajd u l-implimentazzjoni tal-Politika Marittima Integrata, hekk kif stipulat fir-Regolament (UE) Nru. 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Id-Diviżjoni għall-Fondi u Programmi qegħda tinforma lill-benefiċjarji potenzjali li sejħa għall- proposti rigward proġetti ta' l-akkwakultura ġiet varata fl-24 ta' Novembru 2017. Artikolu 48(i) a-d, f-h Miżura II.2 Investimenti produttivi fl-akkwakultura Artikolu 48(i) e, i, j Miżura II.3 Investimenti produttivi fl-akkwakultura Effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, tnaqqis fl-użu ta' l-ilma u sustanzi kimiċi, sistemi ta' riċirkolazzjoni li jiminimizzaw l-użu ta' l-ilma Data finali għas-sottomissjoni tal-Applikazzjonijiet: 12 ta' Jannar 2018 Din is-sejħa (li tkopri ż-żewg Miżuri msemmija qabel) għandha allokazzjoni totali ta' madwar €3.50mn f'fondi pubbliċi eliġibbli (sehem l-Unjoni Ewropea u Malta). L-Awtorità ta' Ġestjoni qegħda tirriserva d-dritt li żżid din l-allokazzjoni. Sessjoni ta' informazzjoni ser tiġi organizzata fl-04 ta' Diċembru 2017 10.00am fil-binja tad-Diviżjoni fi Triq il-Kukkanja, Sta. Venera. L-Applikazzjoni u l-annessi rispettivi jistgħu jitniżżlu mill-web link elenkata hawn taħt: http://eufunds.gov.mt/en/EU%20Funds%20Programmes/Agricultural%20Fisheries%20Fund/ Pages/News-and-Events.aspx Aktar informazzjoni u/jew reġistrazzjoni għas-sessjoni ta' informazzjoni tista tintalab fuq 22001108 jew via e-mail lil fpd.meae@gov.mt. Programm Operattiv għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd 2014-2020 Parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS) Rata ta' ko-finanzjament: 37.5% fondi Ewropej; 12.5% fondi nazzjonali; 50% fondi privati Investiment f'sajd u akkwakultura sostenibbli Casa jitlob lill-Bank Ċentrali Ewropew jintervjeni fil-bank Pilatus Il-'whistleblower' Russa tgħid li jekk tiġi lura Malta ma tibqax ħajja MARIA Efimova, ir- Russa li kienet fiċ-ċentru ta' allegazzjonijiet qabel l-elezzjoni ġenerali stqarret ma' The Times ta' Londra li jekk terġa' tiġi lura Malta tinqatel. Hija kienet sostniet li beżgħet għal ħajjitha u li għalhekk kienet ħarbet minn Malta fix-xhur li għaddew. Ir-Russa, li għamlet żmien impjegata tal-bank Pilatus, kienet għaddiet informazzjoni lill-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Dawn l-allegazzjonijiet fuq kumpanija fil-Panama kienu ġew ippubblikati fil-blogg ta' Caruana Galizia. Efimova kienet sostniet li rat dokument dwar din il-kumpanija b'assoċjazzjoni ta' ħlasijiet mill-Ażerbajġan. Fil-ġranet li għaddew, il-Qorti ta' Malta ħarġet mandat ta' arrest internazzjonali fil- konfront tar-Russa, li għandha 35 sena, wara li naqset milli tidher biex tixhed. Wara l-ħruġ tal-mandat tal-arrest, il-Partit Nazzjonalista appella lill-Gvern biex tingħata l-protezzjoni ta' 'whistleblower'. Il-post fejn qed tgħix ir-Russa mhux magħruf mill- Pulizija Maltija.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 November 2017