Illum previous editions

illum 26 November 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/906958

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

7 Il-Ħadd 26 ta' Novembru 2017| illum Aħbarijiet "Għandna bżonn nirreaġixxu bil-qawwa kontra l-vjolenza domestika" ILPROFESSUR u Dekan fl-Università ta' Malta Andrew Azzopardi, appella lill-politiċi sabiex jieqfu jinku lil xulxin għaliex skontu "x-xogħol tagħhom huwa biex jirrispondu għall-problema ta' vjolenza domestika u li jressqu l-liġijiet li jagħtu saħħa, kemm lill-vittmi u kif ukoll lill-Pulizija." Azzopardi kien qed jindirizza konferenza dwar il-vjolenza kontra n-nisa. Il-konferenza nidiet uffiċjalment kampanja ta' għarfien u attiviżmu ta' 16-il jum li se tiffoka fuq id-diversi kwistjonijiet bħal vjolenza relatata mal-ġeneru, inkluż it-tfal u l-abbuż domestiku. "Missna nistħu li nitkellmu fuq dawn l-affarijiet b' ċertu serenità meta hawn tant każijiet" qal Azzopardi. Fil- verità din hi tebgħa li tibqa' għal ħajtek kollha, irridu nirreaġixxu bil-kbir", temm jgħid il-Professur. Ma' dak li qal Azzopardi taqbel perfettament Dr Marceline Naudi, lekċerer fid-Dipartiment tal- Istudji tal-Ġeneri. Naudi ddeskriviet din il-vjolenza domestika bħala "muntajna li aħna bħala soċjetà rridu nċaqalqu." Waqt il-konferenza dettalji xokkanti kienu żvelati fosthom li waħda minn kull tliet nisa, (minn 15-il sena 'l fuq) fl-Unjoni Ewropea hi vittma ta' vjolenza fiżika jew sesswali. Filwaqt li waħda minn kull 20 mara ġiet stuprata. Intant waqt il-konferenza kontra l-vjolenza fuq in- nisa, il-Ministru Helena Dalli saħqet li l-vjolenza domestika qatt ma tista' tkun aċċettabli għalhekk "għandna naħdmu biex inqajmu aktar kuxjenza, sabiex finalment inwaqqfu dan il-kankru tal- vjolenza domestika." Aċċennat ukoll għat- tfal li jkunu qed jaraw u jesperjenzaw vjolenza domestika fid-dar u li din "tibqa' ssegwihom tul ħajjithom kollha." Il- Ministru fakkret ukoll kif bħalissa għaddej it-tieni qari tal-liġi tal-vjolenza domestika li se taċċerta li pajjiżna jiġi konformi mat- trattat ta' Istanbul. lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter X'tgħid il-Konvenzjoni ta' Istanbul Id-dritt tal-vittma għall-protezzjoni Iktar setgħa biex l-ag- gressur jitneħħa mid-dar Il-prevenzjoni aħjar mill-kura ILKONVEZJONI ta' Istanbul tindirizza l-forom kollha ta' vjolenza domestika fuq in-nisa, permezz ta' miżuri mmirati lejn il-prevenzjoni tal-vjolenza, il-protezzjoni ta' vittmi, u l-prosekuzzjoni ta' min jagħmel il-vjolenza. Il-konvenzjoni ġiet imnedija fl-2011, mill-Kunsill tal- Ewropa, bl-għan li tiġġieled il-vjolenza in-nisa u l-vjolenza domestika. Il-konvenzjoni ta'Istanbul tindirizza l-vjolenza fuq in- nisa permess ta' miżuri mfassla fuq tliet binarji fosthom il-prevenzjoni tal-vjolenza, il-protezzjoni tal-vittmi u l-prosekuzzjoni ta' min jagħmel il-vjolenza. Importanti l-fatt li skont il-Konvenzjoni ta' Istanbul, il- vjolenza fuq in-nisa hi rikonoxxuta bħala ksur tad-drittijiet tal-bniedem. ILVITTMI għandhom ikunu sostnuti b'aċċess għal informazzjoni ċara u konċiżi f 'lingwa li jifhmu. Skont il-Konvenzjoni ta' Istanbul, il-professjonisti għandhom jagħtu lill-vittma l-informazzjoni kollha dwar is-servizzi li huma disponnibli għalih, bħal xelter aċċessibbli. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li hemm biżżejjed postijiet sikuri u aċċessibbli li huma mferrxa b'mod xieraq mal-pajjiż kollu. Apparti minn hekk l-Istati Membri huma obbligati li jiżguraw li hemm linji telefoniċi għal għajnuna, disponibbli 24 siegħa sebat ijiem fil-ġimgħa mingħajr ebda forma ta' ħlas. L-Istati Membri huma obbligati wkoll li jiżguraw ċentri ta' riferiment aċċessibbli faċilment għal każijiet ta' stupru jew vjolenza sesswali li jipprovdu servizzi immedjati ta' konsulenza medika, kura u forensika. ILKONVENZJONI ta' Istanbul jagħti iktar setgħa lill- Pulizija biex tneħħi l-persuna responsabbli tal-vjolenza domestika minn daru jew minn darha. Għalhekk grazzi għall-Konvenzjoni ta' Istanbul, il-Pulizija għandha s-setgħa li tneħħi lill-aggressuri minn darhom anke jekk id-dar hija tagħhom. Fl-istess waqt, hu mhux se jkun jista' jirritorna lura d-dar u ma jitħalliex jikkuntattja lill-vittma u lit-tfal, jekk ikun hemm. Apparti minn hekk, ir-ratifikazzjoni tal-Konvenzjoni mill-pajjiż tagħna tfisser li l-vjolenza domestika morali, jiġifieri meta wieħed ikisser u jżeblaħ bil-kliem, se ssir reat kriminali Il-Konvenzjoni taċċerta li l-investigazzjoni tkun effettiva u fil-ħin sabiex toffri l-protezzjoni immedjata għall-vittmi kollha filwaqt li toffri ħarsien u appoġġ għal tfal esposti għall-vjolenza domestika. ILKONVENZJONI ta' Istanbul tħares ukoll lejn il- promozzjoni ta' għarfien permezz ta' kampanji li jżidu l-għarfien permezz ta' edukazzjoni fil-livelli kollha. Dan sabiex jiġi żgurat li l-pubbliku ġenerali huwa totalment infurmat dwar il-forom diversi ta' vjolenza li jesperjenzaw in-nisa. Apparti minn dan l-Istati Membri għandhom ir-responsabbiltà li jsaħħu t-taħriġ għall- professjonisti li qed jaħdmu ma' vittmi ta' vjolenza. Waħda minn kull tliet tfajliet fl- EU hi vittma ta' vjolenza fiżika jew sesswali

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 November 2017