Illum previous editions

illum 26 November 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/906958

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 35

illum | Il-Ħadd 26 ta' Novembru 2017 Intervista 10 Clyde Puli: Qed nieħu l-pariri A ssolutament ma kien hemm l-ebda tip ta' ħadma l- konfront ta' David Casa. Hekk stqarr mal-ILLUM is- Segretarju Ġenerali l-ġdid tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli, li kien l-uniku wieħed li tefa' n-nomina għal din il-kariga hekk kif kollox kien qed jindika li kienu se jkunu David Casa u Pierre Portelli li jikkontestaw. Jum qabel għalqu n-nomini David Casa għażel li jibqa' MEP lwaqt li Pierre Portelli nħatar 'chairman' tal-midja tal-partit, il-Media.Link. Matul l-intervista mal-ILLUM, Clyde Puli għamilha ċara li din ma kinitx xi ħadma kontra Casa, u li hu għandu relazzjoni tajba mal- MEP Nazzjonalista. Puli qal li mhux l-istil tiegħu li jagħmel dawn it-tip ta' ħadmiet u li "nista' ngħidlek illi jiena tant għandi relazzjoni tajba ma' David Casa, tant għandna ħbiberija illi tmur lura, li ma nafx u m'iniex ċert liema kandidatura kienet toħloqlu l-akbar diffikultà. Jekk hux jikkontesta lil ħaddieħor (Pierre Portelli) jew lili." Sostna li David Casa tkellem ċar li ma kkontestax il-kariga ta' Segretarju Ġenerali irrispettivament mill-persuna u min kien se jikkontestaha. Puli qal li jinsab lest li jkompli jaħdem ma' David Casa. Mal-ILLUM, Clyde Puli qal li kkontesta għal Segretarju Ġenerali għax intalab li jagħmel dan mill-Kap Adrian Delia, għalkemm kien għamel żmien jikkunsidra li jikkontesta għall-kariga ta' Viċi Kap. Puli qal li kien Delia li ssuġġerixxa li Pierre Portelli jingħata r-responsabbilità tal-midja u li hu jkun Segretarju Ġenerali, u dan minħabba l-esperjenza rispettiva tagħhom fiż-żewġ setturi. Clyde Puli żvela li Adrian Delia stqarr magħhom li kien jagħmel aktar sens li jindirizzaw l-affarijiet fejn għandhom l-aktar esperjenza, u li qallu "jekk il- partit għandu bżonni bħala segretarju ġenerali jiena nservi bħala segretarju ġenerali." Dwar id-deċiżjoni li ma jikkontestax għall-kariga ta' Viċi Kap, Clyde Puli stqarr li "deherli li fil-mument partikolari kelli nagħmel pass lura għall-għaqda tal-partit" Kien hemm kwistjonijiet li kienu morali fejn ma kienx ingħata 'free vote' "Huwa ċar li huma ma fehmux il- mozzjoni, kif fehmitha l-maġġoranza tal-Grupp Parlamentari." Hekk stqarr Clyde Puli għall- mistoqsija tal-ILLUM dwar il- pożizzjoni li ħadu numru ta' deputati tal-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista dwar il-mozzjoni tal- għoti tal-'leave' għall-prokreazzjoni assistita. Qal li din ma kinitx mozzjoni li kellha l-intenzjoni li twaqqaf lil dak jew lil ieħor. Dwar id-dikjarazzjoni li għamlu d-deputati Simon Busuttil, Mario De Marco, Chris Said, Therese Comodini Cachia u Karol Aquilina li din kienet kwistjoni morali, Puli qal li ma kien hemm xejn morali fil-mozzjoni u li l-linja tal-partit kienet fuq kwistjoni legali. Spjega li għalkemm dawn id- deputati ħadu l-pożizzjoni li ħadu, xorta m'għażlux li jivvutaw mal- Gvern u astjenew mill-votazzjoni. Is- Segretarju Ġenerali l-ġdid tal-Partit Nazzjonalista qal iżda li fil-passat, taħt tmexxija oħra, kien hemm kwistjonijiet li kienu morali u fejn ma kienx ingħata 'free vote', "kien hemm il-kwistjoni tal-'Gay Marriage', fejn kien hemm min xtaq li jingħata l-'free vote' u dan ma ngħatax". Qal li bit-tmexxija ta' Adrian Delia qed jingħad ċar u tond li meta jkun kwistjoni morali se jingħata l-'free vote'. Dwar il-mozzjoni, Clyde Puli qal li l-Gvern kellu quddiemu liġi li tirregola l-IVF u li l-Gvern ried ibiddel il-liġi, "b'tibdil li ma kienx fil-programm elettorali u jista' jkun li m'għandux l-appoġġ sħiħ. Ipprova jgħaddi mit-tieqa u jingħata l-100 siegħa 'leave' lil kull min irid jagħmel l-IVF." Saħaq li l-oġġezzjoni tal-Oppożizzjoni dejjem kienet waħda legali fuq li jingħata 'leave' biex issir xi ħaġa li preżentament hija llegali f 'Malta. "Mela le ma nagħtux 100 siegħa, tridx nagħtu 150 siegħa, iżda ma kienx dak l-argument. Daħħalna l-IVF aħna se nkunu kontra? Imma ejja ndaħħluha fuq il-prinċipji tal-liġi Maltija, min jista' jagħmilha u min ma jistax." Clyde Puli qal li hawn kwistjonijiet bħalma huma l-kiri tal-ġuf, li huma illegali li jsiru f 'Malta u għalhekk l-Oppożizzjoni qalet li jekk se tinbidel il-liġi jeħtieġ li ssir diskussjoni fuqha u li fi tmiemha kien jingħata 'free vote'. Sostna li din kienet il-linja uffiċjali tal-partit, li hija kwistjoni legali u li l-'free vote' kellu jingħata wara li ssir diskussjoni. Fil-Grupp Parlamentari jrid ikun hemm parametri li ma jistgħux jinqabżu L-ILLUM staqsiet jekk hemmx xi pożizzjoni minn xi deputati fil- Grupp Parlamentari kontra Adrian Delia u dwar il-ħsieb li kien hemm li jittieħed xi vot ta' sfiduċja fih. Clyde Puli qal li "jiena lili ħadd ma avviċinani u qatt ma smajt b'din id-diskussjoni, jiena kulma smajt opinijonijiet differenti fuq kwistjonijiet differenti." Puli saħaq li filwaqt li jista' jkun hemm 'issues' li mhux kulħadd jindirizzahom bl- istess mod, jista' jingħata l-ispazju, iżda jrid ikun hemm parametri li jkunu ċari u li ma jistgħux jinqabżu. Qal li "jekk taqbeż dik il-linja tkun qbiżtha u naħseb illi wieħed Ftit jiem wara li nħatar Segretarju Ġenerali tal-PN, l-ILLUM tintervista lil Clyde Puli jbaldacchino@mediatoday.com.mt Jesmar Baldacchino Nista' ngħidlek illi jiena tant għandi relazzjoni tajba ma' David Casa, tant għandna ħbiberija illi tmur lura, li ma nafx u m'iniex ċert liema kandidatura kienet toħloqlu l-akbar dikultà " "

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 November 2017