Illum previous editions

illum 26 November 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/906958

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 35

illum | Il-Ħadd 26 ta' Novembru 2017 Opinjoni 18 S a Mejju li ġej, fl-Italja trid issir elezzjoni ġenerali u l-partiti diġà bdew bil- kampanja tagħhom. Aktar milli bdew bil-kampanja, qed jipposizjonaw ruħhom fl-alleanzi illi jeħtieġ illi jinbnew sabiex jassiguraw rebħa elettorali. Is-sistema Taljana tippreżenta bosta differenzi minn dik li aħna mdorrijin biha. Fl-ewwel lok, id- data tal-elezzjoni m'hijiex f 'idejn il-prim ministru imma f 'idejn il-president tar-repubblika. Fil-fatt din il- leġislatura bdiet fi Frar 2013 u tista tibqa' sejra sa Mejju 2018 mentri fil-każ tagħna, minkejja illi l-elezzjoni kienet saret f 'Marzu 2013, diġà kelna elezzjoni ġdida f 'Ġunju li għadda. Fl-Italja ser jiddeċiedi Mattarella meta ser issir elezzjoni u dana aktar u aktar meta l-gvern ta' Gentiloni hu sorprendentement stabbli u qed jottjeni riżultati mportanti. Matul is-sena l-previżjonijiet ekonomiċi tal-Italja komplew jitjiebu. Mentri fil-bidu tas-sena l-konsensus kienet tkabbir tal-Prodott Gross Domestiku ta' 0.9%, l-Istat, l-entità li tiġbor l-istatistika fl-Italja ftit jiem ilu ħabret illi qiegħda tipprevedi tkabbir ta' 1.5% fl-2017 u ta' 1.4% fl-2018. Din il-previżjoni taqbel ma' l-aħħar previżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea illi qiegħda tipprevedi tkabbir fil-P.G.D. ta' 1.5% fl-2017 u 1.3% fl-2018 u inflazzjoni moderata ta'1.4% u ta' 1.2% rispettivament. Il-Kummissjoni qiegħda ukoll tipprevedi illi l-qagħad ikompli jinżel minn 11.7% fl-2016 għal 11.3% fl-2017 u 10.9% fis-sena d-dieħla. Id-dejn pubbliku ser jibqa' jaqbeż 130% tal- P.G.D., wieħed mill-ogħla perċentwali fl-ewrożona wara l-Greċja minkejja illi d-defiċit m'hux ser jiżboq 3% fis-sena. Hemm bosta indikaturi posittivi oħra : l-esportazzjoni sejra tajba, l-istaġun turistiku kien wieħed rekord, in-numru ta' żgħażagħ li għadhom igħixu mal-ġenituri tagħhom nieżel ftit u din il-ġimgħa, l-Confesercenti, l-għaqda tal-bejjiegħa bl-imnut stqarret illi rċeviet anqas rapporti dwar l-użura. Dan it-titjib fil-qagħda ekonomika għandha tirridimensjona l-appell tal-partiti populisti bħall- Muviment 5 Stelle u l-Lega Nord. Madankollu, dan it- titjib ma jidhirx illi qiegħed jgħin lil Partit Demokratiku fil-gvern illi jinsab imkisser minn diviżjonijiet interni. Fattur ieħor fl-elezzjoni tas-sena d-dieħla hi s-sistema elettorali l-ġdida illi kellha tiġi approvata wara illi l-Qorti Kostituzzjonali ddikjarat bħala antikostituzzjonali dik preċedenti. Din is-sistema kienet imlaqqma l-Porcellum mill-istess bniedem illi kien ivvintaha (is-senatur legista Roberto Calderoli) tant kemm kienet ħniżrija. Fis- sistema ta' qabel, is-segretarji tal-partiti kienu prattikament jiddeċiedu huma min jitla' fil-Parlament. Dan peress illi kienu jiddeterminaw il-lista elettorali illi n-nies jivvutaw mingħajr il- possibilità illi jesprimu preferenza bejn kandidat u ieħor. Għaldaqstant, min il- partit kien ipoġġih fl-ewwel postijiet tal-lista kien ikollu ferm aktar possibilità illi jiġi elett. Is-sistema l-ġdida ġiet ivvutata mill-Parlament wara trattatattivi twal bejn il-partiti. Effettivament qablu dwarha l-Partit Demokratiku u Forza Italia ta' Silvio Berlusconi bil-ħsieb ċar illi jimbarraw it-triq għall-poter tal-Grillini tal-Muviment 5 Stelle. Is- sistema l-ġdida telimina l-premju ta' maġġoranza illi permezz tagħha, fis- sistema preżenti, il-partit bil-maġġoranza relattiva jakkwista l-maġġoranza tas-siġġijiet fil-Kamra tad- Deputati. Madankollu, dan il-premju ta' maġġoranza ma jeżistix fis-Senat ħlief fuq bażi reġjonali bir-riżultat illi l-Partit Demokratiku fl-aħħar elezzjoni ma ġabx maġġoranza fis-Senat. Fis-sistema l-ġdida, kull partit irid iġib 3% tal-voti biex jirnexxielu jkollu siġġu fil-Parlament mentri koalizzjoni trid iġġib 10% tal-voti. 36% tas-siġġijiet elettorali ser itellgħu deputat jew senatur wieħed li jkun il-kandidat li jġib l-aktar voti mentri fis-siġġijiet l-oħrajn, ser tiġi applikata sistema ta' rappresentanza proporzjonali. Ir-riżultat deludenti tal- elezzjoni tal-2013 ġagħal lis- segretarju tal-epoka tal-PD biex jiftaħ trattattivi mal- Grillini sabiex jappoġġjaw il-gvern tiegħu. Madankollu, il-Grillini umiljaw lil Bersani u rrifjutaw kwalunkwe kollaborazzjoni u Bersani kellu jirriżenja minn segretarju biex minfloku laħaq Matteo Renzi. Il-president Napolitano rrifjuta illi jsejjaħ elezzjoni ġdida u twieled gvern immexxi minn Enrico Letta, esponent ewlieni tal-PD bl- appoġġ tal-UDC ta' Angelino Alfano u l-partit imwaqqaf minn Mario Monti, Scelta Civica. Il-gvern ta' Letta kellu ħajja qasira għax Renzi mmina l-istess gvern ta' Letta li sfiduċjah fih fi ħdan il-PD li kellu għalhekk jirriżenja. Renzi saħħaħ il-posizzjoni tiegħu billi akkwista l-appoġġ ta' wieħed mit- tenenti l-aktar fdati ta' Silvio Berlusconi, Dennis Verdini. Verdini kien il-moħħ ta' ħafna mis-suċċessi elettorali ta' Berlusconi imma fl-2013, meta l-ħajja politika ta' Berlusconi dehret illi kienet intemmet wara li ġie misjub ħati kriminalment u kien interdett u mkeċċi mis- Senat, Verdini abbandunah. Verdini hu fjorentin bħal Renzi, huhu nvolut f 'bosta skandli u ġie kkundannat kriminalment ukoll imma mhux definittivament. Miegħu ħa bosta deputati u senaturi illi assiguraw l-maġġoranza ta' Renzi. Kif ilkoll nafu, Renzi pprova jirriforma s-Senat u jneħħilu ħafna mill-poter tiegħu imma din ir-riforma ma ġietx approvata bil-kbir f 'referendum kostituzzjonali. Renzi kien rabat il-futur tiegħu ma' din ir-riforma kostituzzjonali u spiċċa billi rriżenja minn prim ministru biex witta t-triq għall-gvern ta' Gentiloni illi jista jkun ferm sodisfatt bl-operat tiegħu. Bis-sistema elettorali l-ġdida jidher illi ser ikun ferm diffiċli illi xi skjerament jakkwista maġġoranza tas- siġġijiet fil-Parlament Taljan. Għaldaqstant, bħalissa qed isiru ħafna manuvri sabiex jitwaqqfu alleanzi elettorali. Fil-kamp taċ-ċentru lemin, il-ġlieda hi min ser imexxi l-alleanza bejn Forza Italia ta' Silvio Berlusconi, il-Lega Nord ta' Matteo Salvini illi qiegħda tipprova tikkompeti fuq bażi nazzjonali u anke kienet preżenti fl-aħħar elezzjoni tal-Assemblea Reġjonali Siċiljana u l-lemin ta' Fratelli d'Italia tal-karismatika Giorgia Meloni. Normalment, il- posizzjoni ta' Berlusconi ma tkunx ikkontestata imma Berlusconi għadu interdett u ma jistax jikkontesta l-elezzjoni. Berlusconi qed jittama illi jirbaħ l-kawża li fetaħ fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem illi żammet l-ewwel seduta tagħha din il-ġimgħa. Minħabba f 'hekk, Berlusconi jippreferi illi l-elezzjoni ssir tard kemm jista' jkun, f 'Mejju u m'hux f 'Marzu, sabiex forsi jilħaq jiġi riabilitat. Imma l-aktar li hemm moviment hu fil-kamp taċ- ċentru xellug fejn Bersani u oħrajn telqu mill-P.D. u waqfu partit ġdid. Bersani qed jipprova jgħaqqad ix- xellug tradizzjonali u qed jirrifjuta illi jidħol f 'alleanza mal-P.D.minkejja l-isforzi ta' medjazzjoni illi saru minn Romano Prodi u l-eks sindku ta' Torino, Piero Fassino. Jidher illi Bersani u Renzi qegħdin f 'taqtiegħa min ser ikun l-akbar partit tal-iskjetament taċ-ċentru xellug u kruċjali ser tkun il-posizzjoni illi ser jieħu l-eks sindku ta' Milan, Giuliano Pisapia. Jidher illi l-alleanza ta Bersani ser tkun immexxija mill-president tas-Senat, Pietro Grasso, ex maġistrat illi hu ferm stmat u li ser jiġi pprojetat bħala l-anti-Renzi fil-kamp taċ-ċentru xellug. Sabiex jintgħoġob fuq ix-xellug, il-moviment ta' Bersani qed jerġa' jpoġġi in dubju r-riforma tas-suq tax-xogħol illi wettaq Renzi u jrid jirriabilita l-projbizzjoni kontra t-tkeċċija mix-xogħol ħlief f 'każijiet rari. Kif dejjem jiġri fl-Italja, il-ħajja politika qajla tkun monotona. Spiss tkun ikkundizzjonata aktar mill- personalitajiet milli minn kwalunkwe kunsiderazzjoni oħra. Imma bis-sistema elettorali l-ġdida, huwa ferm diffiċli illi bl-elettorat maqsum kif inhu bejn tlett skjetamenti ewlenin, illi xi skjerament jirbaħ maġġoranza assoluta tas- siġġijiet. Għalhekk, hu wisq probabbli li ċ-ċentru xellug u ċ-ċentru lemin ikollhom jidħlu fi Grosse Koalition tipo tedeska sabiex jassiguraw il-governabilità tal-pajjiżu jagħlqu t-triq għall-Grillini. F'dan il-każ, il-makkak Dennis Verdini jkun wera t-triq u l-Italja tibda titmexxa b'mod illi ħadd ma kien joħolmu sa ftit snin ilu. Iż-żmien jagħtini parir jekk dan hux bidu ġdid għall- Italja. Bidu ġdid għall-Italja ? JOE ELLIS

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 November 2017