Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/914281
7 Il-Ħadd 10 ta' Diċembru 2017| illum Aħbarijiet Preca... 9 Presidenti fi 43 sena Ċensu Tabone 1989-1994 Ċensu Tabone, kien ir-raba' President ta' Malta u l-ewwel wieħed maħtur mill-Partit Nazzjonalista. Qabel ma ġie inkarigat bħala President ta' Malta, Tabone kien ukoll is-segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista (1962- 1972) u anke Deputat Mexxej tal-istess Partit bejn l-1972 u l-1977. Fl-1966, kien ġie elett fil-Parlament bħala l-Ministru tax-Xogħol, Impjieg u Welfare (1966-1971). Fl-1987 reġa' ġie elett fil-Parlament din id-darba bħala Ministru għall- Affarijiet Barranin. Fl-1988, huwa talab lill-Ġnus Maqgħuda, sabiex il- problema ta' tibdil fil- klima tad-dinja tiġi ddikjarata problema għall-wirt komuni tal-umanità. Tabone kien strumentali wkoll sabiex laqqa' flimkien lill-President George Bush Snr u Mikhail Gorbachev fis-summit li ġab il-Gwerra Bierda fi tmiemha. Huwa kien involut ukoll fl-ewwel żjara tal-Papa f 'Malta, meta Ġwanni Pawlu t-II żar Malta fl-1991. Huwa miet fl-età ta' 98. Il-monument b'tifkra għal Ċensu Tabone jinsab ġewwa l-Balluta, San Ġiljan. Ugo Mifsud Bonnici 1994-1999 Mifsud Bonnici kien il-ħames President ta' Malta. Qabel ma nħatar bħala President huwa serva wkoll bħala Ministru tal-Edukazzjoni (1987-1990) u Ministru tal- Edukazzjoni u l-Intern (1900-1992). Bejn l-1992 u l-1994, huwa serva bħala Ministru tal-Edukazzjoni u Riżorsi Umani. Mifsud Bonnici hu l-uniku Kap ta' Stat Malti li għal darbtejn għamel id- diskors tal-ħatra ta' Prim Ministru, fl- 1996 meta l-gvern ta' Sant ġie elett, u fl-1998 meta l-gvern ta' Fenech Adami reġa' ġie elett. Meta Mifsud Bonnici kien ġie avviċinat sabiex jieħu post Ċensu Tabone, dan wera nuqqas ta' rieda sabiex jieħu l-pożizzjoni fejn kien anke ppropona persuna oħra biex tinħatar. Mifsud Bonnici jgħid li dan kien minħabba, li kien għadu żgħir fil-politika u filwaqt li kien fil-proċess li jwaqqaf il-Junior College fost riformi oħra fl-edukazzjoni. Eddie Fenech Adami 2004-2009 Fenech Adami huwa l-uniku President Malti li qabel kien Prim Ministru ta' Malta (1987-1996 u 1998-2004). Fit-23 ta' Marzu 2004, huwa rriżenja minn Prim Ministru kif ukoll ċeda s-siġġu parlamentari tiegħu. Inqas minn ġimagħtejn wara, Fenech Adami nħatar President fejn ħa post Guido de Marco bħala l-President tar-Repubblika Maltija. Il-Partit Laburista, dak iż-żmien fl-oppoiżizzjoni, kien oppona b'saħħa l-ħatra ta' Fenech Adami bħala President. L-oppożizzjoni kienet saħqet li Fenech Adami kien figura wisq diviżiva sabiex jieħu l-kariga ta' Kap ta' Stat. Min-naħa tiegħu Fenech Adami dejjem sostna li "President għandu jintgħażel biss abbażi tal-idoneità tiegħu, irrispettivament minn jekk xi darba serviex bħala Prim Ministru jew jekk qattx kien involut fil-politika." Minkejja dan kollu, tul il-presidenza, Fenech Adami ċertament qam għall-okkażjoni u wera l-aqwa kwalitajiet li politiku jista' joffri. Apparti mix-xogħol siewi li għamel sabiex wassal lil Malta biex tissieħeb fl-Unjoni Ewropea, Fenech Adami kien strumentali sabiex iwassal lill-Partit Nazzjonalista iktar lejn iċ-ċentru tal- ispektrum politiku. George Abela 2009-2014 Qabel ma nħatar President fl-2010, Abela prattika l-liġi fis-settur privat għal 33 sena fejn speċjalizza fil-Liġi Ċivili, Kummerċjali u Industrijali. Għal 25 sena Abela kien konsulent legali tal-GWU u rrappreżenta l-ħaddiema fil-pjan ta' salvataġġ tal-Air Malta fl-2002. Għal ħafna snin, Dr Abela kien involut fix-xena tal-isports lokali, b'mod partikolari fil-futbol. Huwa l-ewwel serva bħala teżorier fil-klabb tal-futbol tar-raħal tiegħu, Qormi FC, u aktar tard bħala l-President tiegħu. Fl-1982, wara li serva bħala Viċi President, ġie elett President tal-Malta Football Association, pożizzjoni li żamm għal 10 snin. Il-kariga ta' President tar-Repubblika, iġġorr magħha r-responsabbilità ta' għadd ta' xogħol filantropiku fosthom; il-Malta Community Chest Fund, li annwalment torganizza l-Istrina. Fl-2009, taħt id-direzzjoni ta' Abela, għall-ewwel darba, l-Istrina ma tatx rigali lin-nies li jagħmlu donazzjoni. Dan wara snin twal ta' kontroversji madwar l-enfasi fuq ir-rigali u d-donazzjonijiet. Guido De Marco 1999-2004 Matul il-karriera politika tiegħu De Marco kellu l-karigi ta' Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Intern, Ġustizzja u Affarijiet Barranin. Fl-1990, inħatar President tal-45 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti. Bħala President tal-Assemblea hu appoġġja lill-Kuwajt wara l-invażjoni tal-Iraq kif ukoll ħa ħsieb għad-dħul tal-Korea ta' Fuq u l-Korea t'Isfel fl-istess Nazzjonijiet Uniti. De Marco kien parti mill-forza politika li kkampanjat għad-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea. Fl-1990 De Marco formalment issottometta t-talba ta' Malta sabiex tingħaqad mal-UE. Huwa sigriet magħruf, li DeMarco ftit li xejn xtaq isir President tar-Repubblika, dan minħabba l-fatt li wara xogħol siewi kollu li kien għamel sabiex Malta tidħol fl-EU, l-avukat xtaq li jkun hu li jiffirma Trattat ta' Adeżjoni mal-Unjoni Ewropea. De Marco kien ukoll avukat kriminali magħruf. Fl-2004, wara li ntemm il-mandat tiegħu hu kien ġie elett President tal-Commonwealth Foundation. Huwa miet fl-età ta' 79 fl-2010. Fl-2014, il-monument ta' De Marco tpoġġa quddiem il-Qrati tal-Ġustizzja, ġol-Belt Valletta. Marie-Louise Coleiro Preca 2014-Preżent Marie-Louise Coleiro Preca hija d-disa' President tar-Repubblika ta' Malta u hija wkoll it-tieni mara li qed tokkupa l-kariga ta' Kap ta' Stat wara 32 sena. Fil-passat, Marie-Louise Coleiro Preca kienet il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali. Matul il-kariga Ministerjali tagħha bdiet sensiela ta' riformi fis-settur soċjali fosthom, hi introduċiet għadd ta' miżuri bħall-għoti tal-pensjoni sħiħa lir-romol li jkunu jaħdmu kif ukoll indirizzat l-anomaliji fil-pensjonijiet tal-eks-ħaddiema tat-Tarzna. F'Diċembru tal-2013, flimkien mal-Kummissarju Ewropew għax- Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni László Andor, Coleiro Preca nediet il-proġett LEAP. Proġett li qed jara t-twaqqif taċ-Ċentri li se jipprovdu servizzi fil-qalba tal-komunitajiet. Huwa sigriet magħruf li Coilero Preca damet tirreżisti t-talba tal-Prim Ministru Joseph Muscat sabiex din issir Kap ta' Stat. Albert Hyzler u Pawlu Xuereb it-tnejn servew bħala Aġent President bejn l-1981 u 1982 u bejn l-1987 u l-1989 rispettivament.