Illum previous editions

illum 17 December 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/916776

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

7 Il-Ħadd 17 ta' Diċembru 2017 | illum Aħbarijiet etiċi, soċjali u reliġjużi Id-donazzjoni tal-bajd u l-mistoqsijiet dwarha Il-kirja tal-ġuf u l-mistoqsijiet dwarha Il-pożizzjoni tal-partiti politiċi f 'Malta Fit-13 ta' Novembru illi għadda, ir-rappreżentanti tal-poplu Malti fil- Parlament iskrutinizzaw mozzjoni mressqa mill-Partit Nazzjonalista. Il-mozzjoni kienet immotivata mill-avviż legali li ġie introdott mill- Gvern fit-30 ta' Mejju illi għadda. L-avviż legali jagħti 60 siegħa ta' frank, lill-impjegati li jkunu se jgħaddu mit-trattament tal-IVF u 40 siegħa oħra lill-ġenitur prospettiv l-ieħor. Il-frank jista' jittieħed kollu f 'daqqa jew maqsum f 'perjodi ta' żmien differenti skont in-natura tat-trattament, u huwa applikabbli kemm għall-impjegati fis-settur pubbliku kif ukoll f 'dak privat. Fid-dawl ta' dan il-Partit Nazzjonalista sostna li l-avviż legali propost mill-Gvern, jikser l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijun stabbilit fl-2012. Għalhekk huma talbu emenda għall-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni tal- 2012 jekk id-definizzjoni ta' 'ġenituri' prospettivi kellha tkun differenti fl-avviż legali ġdid. Fl-aħħar mill-aħħar din il-mozzjoni lanqas biss ma rnexxielha tikseb l-appoġġ kollu tal-grupp Parlamentari Nazzjonalista, hekk kif sitt Membri Parlamentari Nazzjonalista astjenew mill-votazzjoni. Intant, lura għall-2015, l-eks Kummissajru għat-tfal Helen D'Amato sostniet li d-donazzjoni tal-isperma u tal-bajda, ma għandhomx ikunu legali. Bosta esperti ħafna drabi jitfgħu dubju dwar il-kunsens involut fil-proċess ta' donazzjoni tal-bajd. Dan għaliex f 'każ fejn inċentivi finanzjarji għoljin huma offruti lid-donaturi, dawn jistgħu jipprovdu pressjoni li tfixkel il-kapaċità li tieħu deċiżjonijiet ċari u infurmati. Filwaqt li l-biċċa l-kbira tad-donaturi tal-bajd fl-Istati Uniti jirċievu madwar $4,000 bħala kumpens, ċertu reklami kurrenti joffru sa $100,000 għal donaturi żgħażagħ b'saħħithom b'karatteristiċi 'mixtieqa'. L-istudji juru li n-nisa li jagħmlu donazzjoni għal raġunijiet finanzjarji jsofru aktar diffikultajiet emozzjonali mill-proċedura u x'aktarx jiddispjaċihom mid-deċiżjoni tagħhom. In-natura ferm teknika tar-riproduzzjoni assistita teknoloġika tista' wkoll toħloq mistoqsija ta' etika, dan għaliex id-donaturi jistgħu ma jifhmux bis-sħiħ ir-riskji potenzjali u l-għażliet ta' trattament mingħajr sfond sostanzjali fil-bijoloġija u l-mediċina. Apparti minn hekk, ħafna esperti huma tal-fehma li minħabba n-nuqqas ta' donaturi kkwalifikati tal-bajd, it-trattamenti tal-infertilità huma suġġetti għal inġustizzja. B'nuqqas ta' donaturi tal-bajd, it-tobba jistgħu ma jkunux f 'pożizzjoni li jipprovdu l-aħjar trattament lill- pazjenti infertili tagħhom, u jagħmlu r-reklutaġġ tad-donatur meħtieġ. Dan iwassal għal kunflitt ta' interess fil-ħtieġa tat-tabib biex iservi lill- pazjenti tiegħu billi jinkoraġġixxi donazzjoni minn nisa żgħażagħ u r-responsabbiltà tiegħu li jipproteġi s-saħħa ta' dawn id-donaturi li altrimenti ma jkunux involuti fir-riskji mediċi tal-proċedura. Għaldaqstant, l-użu ta' dawn il-mediċini beda reċentement, u għadhom iridu jsiru studji lonġitudinali dwar l-effetti tagħhom għat- tul. Għalkemm is-Soċjetà Amerikana għall- Mediċina Riproduttiva tirrikonoxxi l-ħtieġa għal aktar studju, hi ta' tħassib il-frekwenza ta' rapporti kliniċi li jgħaqqdu flimkien il- proċess ma' mard bħal b'kanċer tal-ovarji. Riskji dokumentati oħra jinkludu; trawma fl-ovarji, infezzjoni, infertilità u laċerazzjonijiet. Fl-aħħar nett il-prinċipju ta' prekawzjoni, kunċett ta' etika medika li jħeġġeġ użu limitat ta' teknoloġiji fin-nuqqas ta' informazzjoni konklużiva dwar effetti fit-tul, jidher li jiskoraġġixxi l-prattika tad-donazzjoni tal-bajd fost nisa żgħażagħ b'saħħithom. Speċjalment għal din il-proċedura, mingħajr benefiċċju ċar għad-donatur u ħafna riskji potenzjali, jistgħu jinqalgħu mistoqsijiet etiċi serji. L-argumenti rigward il-kiri tal-ġuf, magħrufa bl-Ingliż bħala 'surrogacy,' ġeneralment jinvolvu diversi saffi kumplessi fosthom l-emozzjonalità, drittijiet ta' awtonomija tal-ġisem, u kwistjonijiet tad-drittijiet tan-nisa fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw. L-aħħar punt joħloq klima ta' dibattitu waħdu hekk kif, nisa minn pajjiżi tat-tielet dinja sikwit ikunu reklutati għal 'surrogacy'. Kritiċi jargumentaw li l-esternalizzazzjoni ta' kiri tal- ġuf lejn dawn it-tip ta' pajjiżi, fejn sikwit jinvolvu ħlas attraenti għas-servizzi tal-ġisem hu ta' disprezz lejn l-omm surrogata u jargumentaw ukoll fuq il-punt li jisfrutta l-organi riproduttivi tagħha u l-kapaċità għall-qligħ personali tal-għonja. Kritiċi voċiferi tal-kiri tal-ġuf bħal, Dr John Lantos miċ- Ċentru għall-Bijoetika Prattika f 'Kansas City isostni li l-prattika f 'pajjiżi tat-tielet dinja, toħloq ir-riskju ta' 'rziezet' tat-trabi. Madankollu, dawk li jappoġġjaw il-kiri tal-ġuf, jenfasizzaw fuq l-opportunitajiet ekonomiċi enormi għal dawn in-nisa fid-dawl tal-isfond edukattiv u ċ-ċirkostanzi soċjali tagħhom. Jekk il- kuntratti ta' kiri tal-ġuf huma trasparenti u l-ommijiet sostituti huma protetti minn liġijiet adegwati, wieħed jista' jargumenta li d-dħul għall-ommijiet twassal għal titjib fil-ħajja personali tagħhom. Apparti minn dan, jeżistu wkoll kwistjonijiet ta' koerzjoni u kontroll fuq il-kapaċitajiet riproduttivi tan-nisa. Gruppi femministi jargumentaw li d-drittijiet ugwali għan-nisa jfisser li l-mara għandha tkun libera li tagħżel għaliha nnfisha l-istil ta' ħajja li trid tgħix, il-libertà sesswali u riproduttiva. Hemm ukoll argumenti bbażati fuq il-punt ta' demokrazija li jsostnu l-ħtieġa għal-libertà riproduttiva, filwaqt li jikrittikaw id-dritt tal-gvern li jintervjeni f 'kwistjonijiet ta' għażla personali. Id-dibattitu etiku dwar il-kiri tal-ġuf għandu wkoll għeruq reliġjużi. Notevolment waħda mill-ewwel referenzi antiki għall- infertilità tinsab fil-Ġenesi, meta l-mara ta' Ġakobb, ma setgħetx ikollha tfal. Id-dikjarazzjoni tal-Knisja Kattolika dwar ir-riproduzzjoni assistita hija ċara: ir-riproduzzjoni assistita mhix aċċettata filwaqt li l-Knisja Ortodossa tal-Lvant tappoġġja trattament mediku u kirurġiku ta' infertilità. Il-liġi Iżlamika min-naħa tagħha, tħeġġeġ it-tentattivi biex tfejjaq l-infertilità, iżda biss sa fejn it-teknoloġiji IVF jinvolvu r-raġel u l-mara.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 17 December 2017