Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/919367
15 Il-Ħadd 24 ta' Diċembru 2017 | illum Aħbarijiet L-aktar films The Shop around the Corner (1940) Wieħed mill-favoriti ta' żmien il-Milied li jaffaxxinak żgur. Dan il-film hu dwar raġel (James Stewart) u mara (Margaret Sullivan) li jaħdmu flimkien f 'ħanut f 'Budapest u li ma jindunawx mill- ewwel li qed jibagħtu ittri ta' mħabba lil xulxin. Tassew film grazzjuż u ġenjali. Home Alone (1990) Kummiedja maġika u tassew pjaċevoli dwar tifel (Macauley Culkin) li, bi żball, jitħalla waħdu d-dar meta l-familja tiegħu jmorru Pariġi għall-vaganzi tal-Milied. Meta żewġ ħallelin ta' nofs kedda jippruvaw jisirquh f 'daru, hu jirribattihom b'mod farsesk permezz ta' apparat inġenjuż. Film imfittex ħafna li kien għamel suċċess kbir. The Polar Express (2004) Xogħol klassiku modern b'teknoloġija mill-aqwa dwar tifel li ħames minuti qabel nofsilejl, f 'lejliet il-Milied ikun qed jistenna l-wasla ta' Santa Klaws, jisma' ġejja ferrovija li tieqaf quddiemu, jitla' u din tieħdu n-North Pole, fejn tibda avventura straordinarja. Dan il-film kien il- pijunier ta' forma ta' animazzjoni ġdida msejħa 'performance capture'. The Nightmare before Christmas (1993) Film animat, immaginattiv ħafna, maħdum bil-proċess ta' 'stop-motion'. Il- film huwa dwar Jack Skellington, ir-Re Qagħra Aħmar li, imdejjaq mir-rutina tas-soltu fil-belt ta' Halloween, isir iħobb il-Milied mingħajr ma jintebaħ li din ix-xalata xitwija ma tgħoddx għalih. Mużika u kanzunetti tassew evokattivi. Proġett ġdid biex aktar persuni jidħlu fid-dinja tax-xogħol SUPPORTED Employment huwa proġett immexxi mill-Ministeru għall- Edukazzjoni u l-Impjiegi bl- għan li jgħin lill-individwi b'diżabbilitajiet intellettwali, fiżiċi u mard mentali, sabiex jintegraw fid-dinja tax- xogħol. Dan il-programm jiffoka fuq il-kwalitajiet tajbin u l-abbiltajiet ta' dawn il-persuni. Sabiex dan il-proġett ikun ta' suċċess, jeħtieġ li jkun hemm kollaborazzjoni sħiħa bejn min iħaddem, min qiegħed ifittex ix-xogħol u l-job coaches li huma grupp ta' nies li jgħinu lill-individwi jintegraw fuq il-post tax- xogħol. Billi ħafna mill- individwi li se jagħmlu użu mis-servizzi tal-programm x'aktarx li se jkunu ilhom neqsin jew qatt ma ħadmu, huwa probabbli li dawn mhux se jkollhom idea ċara tax- xogħol li jixtiequ jagħmlu u tal-abbiltajiet tagħhom. Supported Employment joffri sistema ta' Work Placements u Job Tasters fejn jingħataw l-opportunità li jesperjenzaw ambjent ta' xogħol u b'hekk jifhmu aktar x'jogħġobhom u jgħarfu aktar dak li huma għanhom x'joffru fix-xogħol. Ħafna drabi min iħaddem jispiċċa jimpjega lil dawn l-individwi għall- perjodu itwal u fuq bażi aktar permanenti wara li jkun ra l-abbiltajiet tagħhom . Il-persuni li jkunu qegħdin ifittxu xogħol se jiġu mgħejjuna mill-Job Caoches biex jiffamiljarizzaw ruħhom u jagħrfu l-aħjar mod li jitgħallmu. Il-Job Coaches jaħdmu id f 'id kemm ma' min iħaddem u l-imjegat biex jintegra sew fuq il-post tax- xogħol. Għan ieħor tal-Job Coach huwa dak li jgħin lill- impjegati sakemm fl-aħħar ma jkollhomx bżonn ta' aktar assisstenza. Projezzjoni mill-istudenti tal- MCAST mal-faċċata tal-Palazz PROJEZZJONI awdjoviżiva li saret mill-istudent tal- Istitut tal-Arti Kreattiva tal-MCAST se tkun qed issebbaħ il-faċċata tal-Palazz fi Pjazza San Ġorġ għal żmien il-Milied. L-istudenti tat-tielet sena tal-Istitut tal-Arti Kreattiva tal-MCAST ħadmu mill- qrib mal-Valletta 2018 kif ukoll mat-tim ta' Mad About Video. Il-protagonist huwa Pitu l-Pitirross, li jiddeċiedi li jinżel f 'Malta biex jgħin fit-tiżjin. Il-projezzjonijiet se jsiru kull 30 minuta mit-22 sat-30 ta' Diċem-bru mis-6 ta' filgħaxija sal-11 ta' billejl. Se jkun qed isir ukoll spettaklu finali fil-31 ta' Diċembru fl-aħħar lejl tas-sena waqt l-attivitajiet li se jsiru fil-Belt Valletta. Dan l-ispettaklu awdjoviżiv ġie mniedi mill-President ta' Malta Marie-Louise Coleiro Preca flimkien maċ-Chairman tal- Valletta 2018 Jason Micallef u s-Segretarju Parlamentari Deo Debattista. Ir-rokna Il-Poodle isejjaħ se tirritorna l-ġimgħa d-dieħla