Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/919367
illum | Il-Ħadd 24 ta' Diċembru 2017 16 Opinjoni C arlo Carretto hu wieħed mill-kittieba dwar l-ispiritwalità li hu tassew għal qalbi! Tant hu għal qalbi li jiena anke qlibt għall-Malti xi wħud mill-kotba tiegħu. Illum se nġib paġna mill- ktieb tiegħu Ogni Giorno un Pensiero, li jikkonsisti f 'silta kuljum mid-diversi kotba tiegħu. Naħseb li hi addattata ħafna għal żmien il-Milied. Biżżejjed Titlifx żmien iżjed, issaqsi jekk Alla jeżistix. Ir-realtà taħseb biex tgħidlek b'mod jew ieħor. Kulma jeżisti itennihulek. U jekk inti ma tarahx, ifisser sewwasew li int għama, u jekk ma tisimgħux ifisser li int trux. Tkomplix tipprova, huwa xogħol, bla fejda. Fittex li tmissu, u tista' tmissu fl-imħabba. Ħobb, u kollox isir loġiku, ħafif, minnu. Tista' tmissu direttament fil-lejl tal-kontemplazzjoni, meta Hu juri ruħu fil- passività tiegħek kollha mħabba. Tista' tmissu indirettament, billi taqdi l-ħlejjaq fil-qadi awtentiku u b'xejn. Iħobbni. Il-problema t'Alla hi problema ta' komunikazzjoni. U l-komunikazzjoni jisimha Spirtu Santu. Lil Alla nsiru nafu bih billi niltaqgħu miegħu, imma fina, mhux barra minna... Fina, mhux barra minna. Tabilħaqq, Ġesù jgħid fil-milja tal-ferħ tiegħu fil- laqgħa tiegħu mal-Missier: "Inti fija u jiena fik... ħaġa waħda." (Ara Ġwanni 17: 21, 22) U lilna wkoll jagħtina l-possibbilità, billi jwegħidna l-Ispirtu. U biex jikkonvinċina jgħidilna verità li jista' jkun hi l-akbar esperjenza tiegħu li aħna nistgħu ngħixu: "F'dak il-jum ma titolbuni xejn iżjed". (Ġwanni 16: 23). Qatt ma kont ħsibt li fil- ħajja hemm waqt bħal dan... Waqt hekk imdawwal li ma jkollix iżjed ix-xewqa li nitolbok iżjed. "F'dak il-jum ma titolbuni xejn iżjed". Ma jkunx hemm iżjed il- ħtieġa. F'dak il-waqt kollox ikun hekk ċar li tgħid biss: biżżejjed! Kollox ikun hekk li tgħidlu biss grazzi! Talba Għal Min Jiddubita (Għandi ktieb ieħor għal qalbi, did-darba Amerikan, mis-soċjetà missjunarja Maryknoll) Tina l-kliem, Mulejja, biex nagħtu parir lil dawk li bl-akbar onestà waslu biex jiddubitaw mill-ħniena, mill-imħabba, mill-maħfra tiegħek jew mill-istess eżistenza tiegħek. Igħinna ħalli nagħtu ġieħ u siwi lill-verità tagħhom u mhux inċaħħduhom mis- sentimenti tagħhom fiduċjużi li meta jogħġbok inti għad turihom l-iskop Tiegħek għal ħajjithom Kif inhu d-dlam għad-dawl, hekk id- dubju hu għall-fidi la darba ma nistgħux nagħrfu wieħed mingħajr l-oħra Għinna għalhekk ħalli b'umiltà noffrulek anke d-dubji tagħna bil-fiduċja li meta jintemm id-deżert tal-jasar tagħna għad insibu lilek tistenniena niġu d-dar. Ammen. Nerfgħu qlubna 'l fuq DUN ANG SEYCHELL I L L U M . C O M . M T DWAR L-ILLUM L-ILLUM hija l-aktar sors indipendenti tal-aħbarijiet bil-Malti preferuta kemm bil-websajt illum.com.mt u l-gazzetta tal-Ħadd. L-ILLUM kienet ippubblikata għall-ewwel darba fl-2006 u sal-lum għadha qed toff ff f ri lill-qarrej ej e jaġurnaliżmu frisk u dinamiku bil-Malti lil hinn mit-ton politiku tal-gazzetti l-oħra. Opinjonisti diff ff f erenti joff ff f ru kontribuzzj zj z oni bil-kitba tagħhom bil-Malti fil-gazzetta kullġimgħa. STATISTIKA TAL-WEBSAJT STATISTIKA TAL-MEZZI SOĊJALI 21k+ iżuru l-ILLUM kuljum 650k+ iżuru l-ILLUM kull xahar 104k+ jużaw u jaqraw is-sit b'mod regolari 25.9k+ 1.1k+ 30% mill-kompjuter 60% mill-mowbajl 95% 9 jżuru l-websajt minn Malta 10% mit-tablet Għal aktar informazzjoni dwar reklamar ibgħat imejl lil info@mediatoday.com.mt