Illum previous editions

illum 24 December 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/919367

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 35

Aħbarijiet 22 illum | Il-Ħadd 24 ta' Diċembru 2017 Anton Tabone: Il-Pont bejn Għawdex Kien l-ewwel Ministru ta' Għawdex, kien Speaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti, kien Aġent President u missieru kien jismu eżatt bħalu – Anton Tabone u l-ħajja politika tiegħu KIENU diversi l-personaġġi politiċi li ħarġu fi ktieb l-awtobijografija tagħhom jew li xi awtur kiteb il-biografija tagħhom. Il-ktieb "Anton Tabone – Il-Pont Bejn Għawdex Reġjun u Malta Nazzjon" huwa tip ta' ktieb differenti li għalkemm it-tema prinċipali tiegħu huwa l-persuna ta' Anton Tabone bħala politiku u persuna pubblika importanti, l-argument prinċipali hu propju l-kunċett ta' Għawdex bħala reġjun u l-importanza t'Għawdex bħala gżira reġjun fil- Arċipelagu Malti, milli sempliċiment distrett elettorali bħall-oħrajn. Dan il-ktieb ta Sergio Grech Kite hu msejjes fuq id-diskorsi li Anton Tabone għamel fil- ħajja twila tiegħu ta' rappreżentant t'Għawdex fil-Parlament Malti u diskorsi oħra importanti li hu għamel fil-funzjoni tiegħu ta' Ministru Għal Għawdex u fuq numru t'artikli li kiteb fir-revista "Il-Ħajja f 'Għawdex". Mhux dejjem kellu l-appoġġ tal-kollegi... Sa minn meta beda l-ħajja pubblika tiegħu fl-1966 bħala deputat Anton Tabone dejjem poġġa lil Għawdex l-ewwel u qabel kollox fuq l-aġenda tiegħu. Anton Tabone ġej mid- "dinastija Tabone" għax kompla fejn ħalla missieru t-tabib Anton Tabone jew kif kien magħruf "Il- Prinċipal" u flimkien ma' zijuh, ħu missieru, Ċensu Tabone magħruf bħala Ċensinu li wkoll kien protagonist fil-politika għal nofs seklu. Fil-politika, fejn il-klijentaliżmu huwa parti integrali u mezz ta' kif kandidat jirbaħ il-voti, din l-attitudni taħdem kontra dak il-kandidat li ipoġġi l-ġid komuni qabel l-interessi tal- votanti individwali. Dan ma jfissirx li Anton ma kienx jgħin lill-kostitwenti tiegħu imma kemm dam membru parlamentari għal 42 sena sħaħ, dejjem poġġa l-ġid t'Għawdex l-ewwel u qabel kollox. Skont Anton stess, "Għawdex jixraqlu serjetà u jixraqlu li jkollu rappreżentanti tiegħu serji u li jitkellmu b'serjetà". Anton mhux dejjem sab l-appoġġ anke minn sħabu stess fl-istess partit għat- twettieq tal-proġetti tiegħu. Anton kien iqis lilu nnifsu kif jgħid Ugo Mifsud Bonniċi fil-daħla tal-ktieb, bħala politiku nazzjonali u mhux biss sempliċiment deputat li jirrappreżenta l-interessi t'Għawdex. Fil- ħsieb tiegħu Anton kien jemmen li dak li hu kien jipproponi għal Għawdex ma kienx biss għal ġid ta' Għawdex imma għal Malta kollha. Tabone bħala rappreżentant t'Għawdex fil-Parlament u aktar meta kien membru tal-Kabinett tkellem u rsista biex l-ideat tiegħu mhux biss ikunu mismugħa, imma wkoll ikunu mwettqa u jsiru realtà biex il-ħajja tal-Għawdxin titjieb u Għawdex ma tibqax "l-art tal-missjoni" imma jsir reġjun fejn jista' jsir ċertu "investiment li jirrendi". Għawdex m'għandux jibqa' jiddependi fuq Malta u kien kontra l-idea li "m'għandekx tiddupplika f 'Għawdex dak li diġà jeżisti f 'Malta". L-ewwel Ministru għal Għawdex Mhux talli hekk, talli Anton dejjem ħadem biex jintroduċi servizzi ġodda f 'Għawdex. Dan kien possibbli bit-twaqqif tal- Ministeru Għal Għawdex u Anton Tabone kien l-ewwel Ministru Għal Għawdex u mhux t'Għawdex! Permezz tal-Ministeru sar titjib sostanzjali, iktar indafa, tisbieħ ta' roundabouts u attenzjoni immedjata għall-problemi li jinqalgħu. L-attitudni ta' ħutna l-Maltin lejna l-Għawdxin minn dejjem kienet waħda superjuri. Fil-Kabinett mhux dejjem kellu l-appoġġ tal-Ministri l-oħra, imma bil-perswasjani tiegħu u l-argumenti sodi kien jirnexxilu jipperswadi anke lil dawk li ma kinux jeħduh bis-serjetà u għalhekk ma kinux jaħsbu li ser jasal. Wieħed mill- Mario Saliba Wieħed mill-kollegi tiegħu fil-Kabinett li dejjem emmen f 'Anton kien Ugo Mifsud Bonnici li kif stqarr fid-daħla tal-ktieb kien jikkonsidra lil Anton Tabone bħala politiku nazzjonali Il-messaġġ rikorrenti f 'din il- bijografija huwa ċar: "l-Għawdxin daqs il-Maltin"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 24 December 2017