Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/919367
illum Il-Ħadd 24 ta' Diċembru 2017 Sports 28 ITTROPHIES Lounge illi tinsab fit-tieni sular tal-MIllenium Stand tal-Istadium Nazzjonali f 'Ta' Qali ġiet inawgurata uffiċjalment mill-Prim Ministru Dr Joseph Muscat fil-preżenza tal-president tal-MFA Norman Darmanin Demajo u Dr Clifton Grima, is-segretarju parlamentari għaż-żgħażagħ u sport. Din is-sala hija unika fejn ser tospita nies distinti u membri fl-MFA waqt xi partita mportanti li ser tkun qed tintlagħab. F'diskors tal-okkażjoni, Dr Muscat faħħar l-inizjattiva tal-MFA li tkompli tkabbar kif ukoll ittejjeb l-infrastruttura tagħha. Il-Prim Ministru jinsab sodisfatt bil-mentalita' pożittiva ta' din l-assoċjazzjoni fejn qed tfittex illi żżid it-talent żagħżugħ sabiex ikollna atleti u plejers futuri tajbin. Hekk kif sostna illi jinsab kuntent illi qiegħed jiftaħ uffiċjalment din is-sala, Dr Muscat saħaq illi l-MFA hija waħda mill-għaqdiet illi għandu ħafna għal qalbu minħabba l-ambizzjonijiet kbar illi qed tħaddan. Il-Prim Ministru kompla jgħid illi l-MFA u l-gvern għandhom viżjoni komuni dik li jkomplu jtejbu l-infrastruttura tal-pajjiż sabiex il-poplu Malti jkollu faċilitajiet ta' livell illi jixraqlu. Huwa tenna illi l-futbol jeħtieġ ikompli jimxi 'l quddiem b'investiment ċar u b'aktar parteċipazzjoni minn dawk kollha konċernati. Dr Muscat qal illi bħala partitarju tal-futbol, it-tim nazzjonali huwa prijorita' fejn bħala gvern mhux ser joqgħod lura milli jagħti opportunitajiet għal talenti Maltin li jridu jkomplu juru progress. Meta tkellem fuq iċ- ċittadinanza, Dr Muscat ħeġġeġ lill-MFA biex tieħu vantaġġ minn din l-iskema hekk kif saħaq li din mhux ser itellef lill-atleti Maltin anzi jkompli jgħollilhom il-livell ta' kompetizzjoni. Huwaqal illi din is-sena tlesta proġett importanti li huwa aktar ta' infrastruttura umana milli fiżika. Dan huwa ċ-ċittadinanza tal-mertu li qed tiġi użata minn pajjiżi oħra anke minn dawk ikbar minna. Persuni illi jagħtu kontribut pożittiv lill-isport Malti, b'mod partikolari l-futbol jistgħu jiġu eliġibbli illi jilagħbu mat-tim nazzjonali. Il-Prim Ministru jinsab kuntent illi din il-liġi għaddiet mill-parlament u ħeġġeġ lill-MFA li tibda tieħu l-frott minn din il-miżura. Meta tkellem matul din l-inawgurazzjoni, il-president tal-MFA Norman Darmanin Demajo qal illi l-Federazzjoni Maltija tal-Futbol qed tkompli tinvesti mhux biss biex tkabbar l-infrastruttura tagħha iżda anke biex iddaħħal nies magħha illi jaqsmu din il-viżjoni. Kompla jgħid illi jekk jagħtu kas dawn l-ideat kollha, jinsab fiduċjuż illi l-assoċjazzjoni jkollha aktar stabilta' għall-futur u bil-mod il-mod jkun hemm aktar titjib fl-isport tal-futbol. Darmanin Demajo qal illi l-infrastruttura waħedha ma taħdimx jekk ma jkollokx in- nies it-tajba li kapaċi jmexxu u jħaddmu dawn ir-riżorsi. Dawn in-nies mistennija illi jżommu, jieħdu ħsieb u jaraw x'jista' jonqos sabiex jagħmlu l-qabża fil-kwalita'. Huwa temm id-diskors tiegħu billi qal illi l-MFA qed dejjem tara illi n-nies illi jkunu fi ħdanha ikun kapaċi joffru u jkomplu din il- filosofija għas-snin illi ġejjin. ILMALTA Motorsport Federation (MMF) flimkien ma' Island Car Club (ICC) waslu għall- ftehim biex jassistu lir- Racing team tal-Università ta' Malta (UOMR) fil- preparazzjoni fi sfida bejn l-universitajiet imsejħa Formula Challenge fiċ- ċirkwit ta' Silverstone fl-Ingilterra. L-MMF kienet mistiedna mit-tim u ġiet mogħtija informazzjoni ġenerali dwar il-proġett ta' bini ta karozza tat-tlielaq. Matul iż-żjara, l-MMF ġiet ippreżentata wkoll bir- riżultati pożittivi miksuba s'issa mit-tim fl-isfidi tal- passat. Minħabba n-nuqqas ta' ċirkwit f 'Malta, l-UOMR m'għandux aċċess għall- post xieraq u addattat li fih jista' jiġbor informazzjoni li tgħin biex tittejjeb il-prestazzjoni. L-MMF avviċina lil Island Car Club (ICC) biex tassisti li mmedjatament aċċettaw illi jgħinu lit-tim billi tliet sewwieqa jkunu jistgħu jipparteċipaw fil-Kampjonat Nazzjonali Hill Climb 2018. Dan jippermetti lis-sewwieqa biex isiru eliġibbli għal- liċenzja nazzjonali obbligatorja tal-MMF. Bil-liċenzja nazzjonali tal-MMF, is-sewwieqa tal- Università se jkunu jistgħu jsuqu l-karozza tagħhom matul l-istaġun tal- Kampjonat Nazzjonali Hill- Climb 2018. Dan jipprovdi pjattaforma ta' ttestjar aħjar biex it-tim itejjeb il-karozza għall-isfida bejn l-universitajiet fiċ-cirkwit ta' Silverstone fl-Ingilterra. Il-President tal-MMF, TonioCini, qal li: "Il- Federazzjoni kienet impressjonata bl-enerġija u l-istamina ta' dan it-tim żagħżugħ, speċjalment meta wieħed jikkunsidra l-ħin u l-isforz li dawn l-istudenti għamlu fl-istess ħin mal-istudji akkamediċi tagħhom. Anke jekk taħdem fuq baġit limitat ir- riżultati huma promettenti ħafna. Grazzi għal dan il-ftehim mal-MMF u l-ICC, it-tim tal-Università se jkun jista' jimmeljora aktar il-vettura, u jittama f 'riżultati aktar pożittivi fil- kompetizzjonijiet li ġejjin." Nicholas Sammut, il- President tat-tim tal- Università stqarr li: "Permezz ta' din is-sħubija bejn l-MMF, l-ICC u t-tim se jibbenefika b'diversi modi bħall-aċċess għal toroq li ser jippermettielna niġbru informazzjoni, aktar ħin ta' sewqan fuq triq li tikkumpara ma' dik ta' barra, il-fatt li niltaqgħu mal-komunità tal-motorsport tippermetti li nibnu relazzjonijiet u nikkomunikaw ma' dilettanti b'esperjenza, kemm fuq livell lokali kif ukoll internazzjonali u li jistgħu joffrulna l-kompetenza u l-għarfien tagħhom." L-aspett tal-inġinerija tat- tim huwa wkoll importanti biex jgħin it-tkabbir tal- għarfien, l-MMF se jkun qed jaħdem mat-tim biex tlieta mill-membri jinaqdu fil-Proġett Erasmus mat-tim ta' skrutinju u inġinerija f 'ċirkwit barra min Malta biex jakwistaw esperjenza u jiddiskutu ma 'inġiniera mis-serje GT, Fórmula u Supercar. L-MMF u l-ICC jixtiequ li t-tim jingħata l-aħjar opportunita fl-isforzi tagħhom, filwaqt li jemmen li dan huwa mod wieħed minn ħafna biex iġib iż- żgħażagħ lejn id-dinja tal- Motorsport. L-istudenti kollha tal- Università ta' Malta huma mistiedna jipparteċipaw fil-programm ta' għażla għas-sewwieq tat-tim. Kull min hu interessat għandu jirreġistra billi jsegwi dan il- link www.uomracing.com/ driver-selection-2018/. Il-Prim Ministru jinawgura t-Trophies Lounge tal-MFA Il-Malta Motorsport Federation tilħaq ftehim ma' Island Car Club biex jassitu lir-Racing Team tal-Università ta' Malta Dr Joseph Muscat, Dr Clifton Grima u Norman Darmanin Demajo jiftħu t-Trophies Longe tal-MFA b'mod uċjali Sewwieq tat-tim tal-Università -azzjoni Ritratt - Dominic Borg