Illum previous editions

illum 24 December 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/919367

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 24 ta' Diċembru 2017 | illum Sports 29 Jurgen Balzan jirbaħ il-kategorija ta' taħt id-19-il sena tat-Table Football f 'Milan FILJIEM li għaddew, ġie organizzat il-Grand Prix tat-Table Football tal-Italia ġewwa Milan. Fl-ewwel ġurnata, kien hemm il- logħob ta' timijiet fejn it- tim Malti Valletta Subbuteo Club waslu sal-kwarti tal-finali. Valletta Subbuteo Club kien magħmul mill- plejers; Derek Conti, Mario Camilleri, Roderick Vassallo u l-plejer Belġjan, Pascal Sheen. Valletta Subbuteo Club ġew l-ewwel, fil-fażi tal-gruppi, b'punti massimi u baqgħu għaddejjin sakemm inqalgħu fil-kwarti tal-finali kontra t-tim Salernitana bl-iskor ta 3-1. Il-plejer Malti Jason Pisani kien qed jilgħab mat- tim tiegħu Master Sanremo, fejn ukoll ġew eliminati fil- kwarti tal-finali. Plejer ieħor Malti Jean Tabone lagħab mat-tim tiegħu Salernitana. Salernitana waslu sas-semi- finali meta nqalgħu mit-tim rebbieħ Fiamme Azzurre. Fit-tieni ġurnata, kien hemm il-kompetizzjonijiet tal- kategoriji individwali, fejn kien hemm ħames plejers Maltin jikkompetu. Fil-kategorija Open ipparteċipaw, Massimo Cremona u Jean Tabone. Massimo Cremona wasal sal-kwarti tal-finali fejn inqala' kontra t-Taljan Luca Battista bl-iskor tal-logħba jispiċċa 0-0 u kellhom jagħtu 'shots' li spiċċaw 4-5. Jean Tabone ġie l-ewwel fil-fażi tal-gruppi u nqala' mal-aħħar 16, mit-Taljan Simone Bertelli bl-iskor ta' 6-1. F'din il-kategorija ħa sehem ukoll il-plejer ta' 16-il sena Jurgen Balzan. Balzan għadda l-fażi tal-gruppi u nqala' fil-barrages kontra Marcello Bodin de Chatelard bl- iskor ta' 2-1. Fil-kategorija tal-veterani kien hemm żewġ Maltin oħra jipparteċipaw, Mario Camilleri u Jason Pisani. Jason Pisani għadda l-grupp b'punti massimi u wasal sal-kwarti tal-finali. Pisani tilef kontra l-Awstrijak David Busch fejn il-logħba spiċċat bl-iskor ta' 1-1 u kellhom jagħtu 'shots' li spiċċaw 3-1. Mario Camilleri ġie fl-ewwel post fil-fażi tal- gruppi u nqala' mal-aħħar 16 mit-Taljan C. Santanicchia bl-iskor ta 3-1. Fil-kategorija ta' taħt id-19- il sena kellna rebbieħ Malti. Jurgen Balzan rebaħ din il-kategorija kontra l-Franċiz Theo Modeste. Balzan fis- semi- finali lagħab mal-plejer Taljan Luca Gatti u rebaħ bl- iskor ta 5-0. Fil-finali ltaqa' mal-plejer Theo Modeste u ma tantx kellu bidu tajjeb għaliex kien qed jitlef 3-0, imma Balzan irnexxielu jdawwar l-iskor u għamel rebħa sabiħa bl-iskor ta' 6-3. Ir-Rebbieħ tal-kategorija Open kien it-Taljan Luca Battista u tal-kategorija tal-Veterani kien it-Taljan Gerardo Patruno. Clayton Schembri fuq mutur KTM waqt l-Enduro SportMalta tippreżenta l-aħħar għajnuniet nanzjarji lill-assoċjazzjonijiet u atleti SPORTMALTA ppreżentat l-aħħar sett ta' għajnuniet finanzjarji lill-assoċjazzjonijiet u atleti individwali biex b'kollox, matul is- sena 2017, tat madwar €1,073,627f 'assistenza finanzjarja li jinkludu l-għotja finanzjarja ta' €524,000 lill-Kumitat Olimpiku Malti, li saret permezz ta' ftehim separat li ġie ffirmat din is-sena. B'kollox kienu 98atleta u assoċjazzjoni li bbenefikaw minn assistenza finanzjarja matul din is-sena. SportMalta organizzat erba' ċerimonji sabiex l-assoċjazzjonijiet sportivi u l-atleti ma jkollhomx jistennew żmien twil għall- assistenza finanzjarja. Dawn huma parti mir-riforma ta' SportMalta għall-benefiċċju tal-assoċjazzjonijiet u federazzjonijiet, biex b'hekk tagħtihom aktar ċertezza biex jippjanaw finanzjarjament. Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat Dr Clifton Grima saħaq li permezz tal-assistenzi minn SportMalta, qed naraw li l-assoċjazzjonijiet u klabbs qed ikunu pro-attivi u qed jieħdu inizjattivi biex jiġġeneraw dħul. Kien għalhekk li l-Gvern ħaseb biex idaħħal il-liġi ta' kummerċjalizzazzjoni ta' artijiet sportivi sabiex jagħti libertà regolata lill-klabbs u assoċjazzjonijiet biex jużaw l-artijiet fdati lilhom mill- Gvern biex ikomplu jkabbru l-likwidità u jużawha biex l-isport tagħhom jikber. L-Aġent Kap Eżekuttiv ta' SportMalta, Dr Chris Bonett saħaq li dan kollu ma jkunx possibli mingħajr l-għajnuna tal-Gvern li jikkommetti ammont ta' flus kull sena sabiex jingħataw dawn l-assistenzi, liema assistenzi żdiedu għaliex fl-2018 il-vot tal-assistenzi se jkun ta' €1.54 miljun, jiġifieri €70,000 iktar f 'għajnuniet li SportMalta se tkun qed tqassam fis-sena li ġejja. Waqt l-istess ċerimonja ġew ippreżentati wkoll 22 ċertifikat lil dawk l-applikanti li spiċċaw il-Kors għall-Volontarjat Sportiv b'suċċess. Dan il-Kors kien imfassal għal dawk li jixtiequ jitgħallmu dwar il-valuri u l-kompetenzi tal-volontarjat fl-isport meħtieġa fl- ippjanar, l-organizzazzjoni u t-tmexxija ta' avvenimenti jew kompetizzjonijiet sportivi differenti. Permezztal-Kors għall- VolontarjatSportiv, SportMalta, ngħaqdet mal-MCAST biex jinħoloq "MQF Level 2 Sport Volunteering Course Certificate bl- għan ewlieni li tinvesti f 'korsijiet edukattivi għall-assoċjazzjonijiet sportivi sabiex tippromwovi l-professjonaliżmu u tikseb aktar għarfien espert fil- qasam sportiv. Dr Clifton Grima jippreżenta għotja nanzjarja lil Trevor Fenech

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 24 December 2017