Illum previous editions

illum 24 December 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/919367

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 24 ta' Diċembru 2017 | illum Sports 31 Inawgurata l-faċilità tal-Federazzjoni Maltija Lotta ISSEGRETARJU Parlamentari għaż- Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat Clifton Grima, inawgura il-faċilita' tal-Federazzjoni Maltija Lotta fin-Naxxar b'investiment ta' madwar €25,000. Dan huwa wieħed minn diversi inizjattivi li jkompli jibni fuq il-miri u l-impenn ta' dan il-Gvern fil-qasam tal-isport. Dan jixhed mill-budget 2018 li ġie ppreżentat ftit tal-ġimgħat ilu fejn kien hemm żieda sostanzjali fil-vot kapitali tal-isport li għall-ewwel darba, minn €2.7 miljun żdied għal €8.1 miljun u li dan ser jirriżulta f 'aktar proġetti fil-qasam tal-isport. Is-Segretarju Parlamentari għaż- Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat Clifton Grima, saħaq li: "Dan il-proġett hu fost ħafna proġetti oħra li l-Gvern hu mpenjat li jinvesti fihom sabiex ikomplu jissaħħu l-faċilitajiet sportivi f 'Malta għax nemmen li b'faċilitajiet tajbin jogħla l-livell tal-isport f 'Malta. Huwa propju l-għan tagħna li kull dixxiplina sportiva tingħata l-opportunità li tifjorixxi. Is-suċċess fl- isport ma jiġix biss għax wieħed jitkellem dwaru iżda bi pjan serju u fit-tul b'investiment konkret." Il-proġett kien jikkonsisti f 'installazjoni ta' parquet u għamara ġdida fl-uffiċju, il-ħitan u s-soqfa kollha tal-gym u l-uffiċini ġew miżbugħa u mkaħħlin mill-ġdid, inbidlet is-sistema tal- elettriku, ġew mibdula it-twieqi tal-madwar, installazjoni ta' fannijiet ġodda mas-saqaf, ġew installati monitors sabiex jgħin lill-atleti janalizzaw il-ġlidiet tagħhom, ġiet installatha PA system ġdida u fil-futur qarib se jiġi se jiġi installar arloġġ diġitali li se jgħin lill-atleti fit-taħrig tagħhom. Il-Federazzjoni Maltija Lotta twaqqfet fl-1969 minn Kav. Simon Bonello. Il-Federazzjonihijaaffiljata mal-Kumitat Olimpiku Malti u l-United World Wrestling Federation. Għal din l-inawgurazzjoni kienu preżenti wkoll l-Aġent Kap Eżekuttiv ta' SportMalta Dr Chris Bonett u s-Segretarju tal- Federazzjoni Maltija Lotta is-Sur Pierre Cassar. Mix-Xellug għal-Lemin: Dr Chris Bonett, Pierre Cassar u Dr Clifton Grima Parteċipazzjoni rekord t-tlielaq tal- Eurosport BSJ Fleur-de-Lys Road Running Series TEMP perfett laqa' numru rekord t'atleti li rreġistraw għat-tellieqa ewlenija tal- Birkirkara St. Joseph Sports Club, il-Eurosport BSJ Fleur-de-Lys Road Running Races, li saru fuq medda ta' 5 kilometri u 10 kilometri. B'parteċipazzjoni totali ta' 350 atleta, dawn it-tlielaq dejjem qegħdin jiżdiedu fil-popolarità, hekk biex għalqu staġun ta' suċċess ieħor għall-klabb Karkariż. Kważi 200 atleta ħadu sehem fit-tellieqa 10k li kienet tikkonsisti f 'żewġ dawriet ta'korsa madwar Birkirkara. Il-favoriti tat-tellieqa kienu Charlton Debono u Andrew Grech kif ukoll wiċċ ġdid fuq ix-xena tal-atletika Shifa Mohammed Nuradin. Mil-bidu tat-tellieqa kien evidenti li dawn kienu ser jkunu, wisq probabli, l-il-protagonisti ta' din it- tellieqa. Hekk kif kompliet tiżvolġi it-tellieqa, kienu Debono u Nuradin fuq quddiem, sewgiti b'distakk żgħir minn Andrew Grech. Dik li saret karatteristika ta 'Debono, kienet sprint finali lejn l-ewwel post, meta Debono rnexxielu jwaqqaf l-attentat ta' Nuradin li jgħaddiħ. Debono rebaħ it-tellieqa f 'ħin ta' 32 minuta u 27 sekonda. Nuradin daħal 11- il sekonda warajh. Andrew Grech, li tejjeb il-ħin tiegħu mis-sena l-oħrab'ħames sekondi, ħa it-tielet post b'ħin ta '33 minuta 3 sekonda. Fil-kategorija tan-nisa, Josann Attard Pulis tat prestazzjoni b'saħħitha u żammet distakk komdu, matul it-tellieqa kollha. Hi rreġistrat ħin ta' 39 minuta u 35 sekonda. Catherine Chetcuti, daħlet fit-tieni post b'ħin ta' 42 minuta u 24 sekonda u kienet segwita minn Karen Amato li rreġistrat ħin ta' 43 minuta u 38 sekonda. Fit-tellieqa 5k, kien hemm attendenza tajba oħra, fejn l-ewwel tliet postijiet fuq il-podju tal- irġiel kienu meħuda minn Bernard Kibet Too (16-il minuta u 17-il sekonda), żewġ sekondi warajħ kien Joseph Azzopardi u fit-tielet post Matthew Cutajar (16-il minuta u 36 sekonda). Il-podju tan- nisa kien magħmul minn atleta veterana Monalisa Camilleri (18-il minuta 28sekonda), segwita minn Paula Grech (18-il minuta u 58 sekonda). Fit-tielet post daħlet Celine Pace (19-il minuta 50 sekonda). Ċerimonja tal-għoti tal-premijiet saret immedjatament wara t-tellieqa u kienet ippreseduta mis-Sur Joseph Cassar, Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Olimpiku Malti u Sinjura Christina Peresso, Direttur, Eurosport Malta. Wara l-preżentazzjoni, il- Club ippreżenta donazzjoni lis-Sinjura Esther Sant, Chairperson the Action for Breast Cancer Foundation li kienet karità magħżula mill-Club għall-2017. "Huwa sodisfaċenti ħafna għall-Klabb li jagħlaq staġun ta' suċċess b'dan it-tip ta' parteċipazzjoni, li huwa rekord. It-tlielaq tagħna wrew żieda konsistenti fil-parteċipazzjoni. Dan huwa frott l-isforzi magħmula mill-uffiċjali u voluntier tal-Club sabiex jipprovdu esperjenza mill- aqwa lil-atletli li jieħdu sehem", stqarr Euchar Camilleri, Segretarju Ġenerali, Birkirkara St. Joseph Sports Club. "Barra minn kalendarju sħiħ, il-Klabb ipprovda wkoll assistenza teknika f 'għadd ta' avvenimenti oħra bħat-tlielaq tal- Università, l-Ocean Lava Malta 113k Triathlon u l-Malta Employees Sports Association. Il-Klabb diġà beda jippjana sew għall-2018". Aktar tagħrif dwar l-avvenimenti tal-Birkirkara St. Joseph Sports Club jinstab fuq is-sit elettroniku, www.bkarastjoseph.com. L-atleti kollha li pparteċipaw l-Eurosport BSJ Fleur-de-lys Road Running Series Ritratt - Roberto Runza Ritratt - DOI - Pierre Sammut

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 24 December 2017