Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/919367
Il-Ħadd 24 ta' Diċembru 2017 | illum Sports 35 fosthom Sport Malta u s-Segretarjat Parlamentari għall-isport l-ewwel ma' Dr Chris Agius u issa ma' Dr Clifton Grima sabiex inżidu aktar il- parteċipazzjoni f 'dan l-isport. Bħalissa ninsabu kuntenti bil- parteċipazzjoni tagħna fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar u ser niddiskutu ma' dawk kollha involuti dwar xi tibdil fosthom fil-format ta' kif jintlagħab dan il-logħob. Qegħdin f 'kuntatti kontinwi mal-federazzjoni Ewropea tal-volleyball f 'dan ir- rigward. Din l-istess federazzjoni qed tipprovdi xi affarijiet relatati mal- volleyball bħall-blalen u xbiek illi eventwalment jingħataw lill-iskejjel sabiex dan l-isport jiġi introdott lit- tfal. Aħna bħala pajjiż ukoll qed nipparteċipaw f 'dan il-programm u lesti li ngħinu sabiex dan l-isport jikber dejjem aktar fil-popolarità. Kif qed tħares lejn il-futur tal- volleyball f 'pajjiżna? Irridu nimxu 'l quddiem fid- deċiżjonjiet tagħna sabiex inżidu aktar l-popolarità ta' dan l-isport filwaqt illi tiżdied iktar il- parteċipazzjoni tas-subien b'mod partikolari. Ser naħdmu fuq din ir- riġenerazzjoni tal-volleyball biex isir sport aktar segwit f 'pajjiżna. "Issa bdejna programm sabiex inħarsu lejn il-futur fuq żewġ livelli. L-ewwel nett ser insaħħu s-settur tekniku sabiex bis-saħħa t'hekk nintroduċu din il- logħba lill-ġenerazzjonjiet żgħar u t-tieni nett ser intejbu l-kwalità tat-tim nazzjonali f 'kull livell fil- parteċipazzjoni tagħna fil-kompetizzjonijiet futuri." ir-riġenerazzjoni tal-volleyball f 'pajjiżna' Twieled t-12 ta' Mejju 1976. Huwa l-president tal-Malta Volleyball Association fejn ilu jokkupa din il-kariga għal dawn l-aħħar sentejn. Jaħdem qatigħ għall-akbar ġid tal- volleyball f 'pajjiżna, lwaqt li jkompli jixpruna r-riġenerazzjoni tiegħu. Jes Saliba