Illum previous editions

illum 24 December 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/919367

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 35

5 Il-Ħadd 24 ta' Diċembru 2017 | illum Aħbarijiet FLISFOND tal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia u rapporti ta' serq u arresti ta' persuni parti minn ċrieki kriminali, il-kriminalità telgħet fuq nett tal-aġenda ta' ħafna mill-Maltin. Fil- fatt jirriżulta li din il-ħarifa l-kriminalità fil-forom differenti tagħha kienet l-aktar kwistjoni li semmew il-Maltin li pparteċipaw fi stħarriġ tal- Ewrobarometru. Mhux wisq inqas minn nofs il-popolazzjoni, jew 45%, iħossu li l-kriminalità hija waħda mill-akbar żewġ problemi li għandha Malta bħalissa. Fil- fatt dan il-persentaġġ ipoġġi lil Malta fil-quċċata f 'dak li jirrigwarda tħassib dwar kriminalità mill-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea anke dawk li probabbilment għandhom rata ta' kriminalità li hija ħafna ogħla minn ta' Malta. Dan ir-riżultat huwa probabbilment ir-rispons tal-pubbliku ġenerali għall-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, f 'waħda mill-agħar karozzi bombi li seħħew f 'Malta. Minħabba li din il-ġurnalista kienet persuna pubblika, il- poplu kien partikolarment aktar sensittiv għal dan il-qtil u għall- mod metikoluż li twettaq. Il-qtil ta' Caruana Galizia iżda reġa' tella' fil-wiċċ numru ta' karozzi bomba oħrajn, ħamsa b'kollox, li seħħew f 'dawn l-aħħar sentejn u li s'issa ebda wieħed minnhom ma ġie solvut. Apparti minn dan iżda, fuq il-midja bdew ħerġin diversi stejjer, l-aktar dwar ċrieki ta' kriminali mdaħħlin f 'serq. Din il-gazzetta stess illum tirrapporta kif is-serq mill-ATMs permezz ta' apparat apposta hemm warajh persuni li jista' jkollhom assoċjazzjoni mal-Mafja. Rapporti oħrajn fuq din il- gazzetta matul dawn l-aħħar ġimgħat kien dwar medja ta' 10 rapporti ta' 'pickpocketing' kuljum fl-Għassa ta' Tas-Sliema. Matul l-aħħar xhur tressqu diversi nies marbutin ma' dawn iż-żewġ ċrieki ta' serq. Intant, apparti l-kriminalità, t-tieni l-akbar problema li qed tinkwieta lill-Maltin hija l-immigrazzjoni. Fil-fatt minn dawk li pparteċipaw fl-istħarriġ tal-Ewrobarometru jirriżulta li 32% tal-Maltin huma inkwetati bl-immigrazzjoni. Din hija kwistjoni li għal tul ta' żmien kienet fuq nett fit-tħassib tal- Maltin u l-Għawdxin anke jekk id-dimensjonijiet tagħha nbidlu mas-snin. Infatti llum in-numru ta' persuni li jiġu pajjiżna permezz ta' dgħajsa mill-Afrika naqas b'mod drastiku ħafna, hekk kif infetħu metodi ġodda u rotot ġodda ta' traffikar. Illum, jidher illi ħafna mill-immigranti qed jiġu b'mod legali u xi kultant ukoll minn pajjiżi li huma membri tal-Unjoni Ewropea. Il-fatt li wħud, anke jekk ftit, minn dawn qed jispiċċaw ikunu arrestati b'konnessjoni ma' reati li warajhom ikun hemm ċrieki ta' kriminalità qed iżżid mal- perċezzjoni li l-maġġorparti tal- kriminalità hija kawża indiretta tal-immigrazzjoni, kemm minn pajjiżi fl-Ewropa tal-Lvant iżda wkoll saħansitra minn Sqallija u l-Italja. Rapporti fuq ġurnali lokali oħrajn jirrapportaw dwar attentati mill-Mafja Taljana biex tinfiltra fis-settur tal-'online gaming'. It-tielet l-aktar kwistjoni li ssemmiet hija dik relatata mal-ambjent. L-istħarriġ tal-Ewrobarometru juri kif 22% jħossu li dak kollu relatat mal-ambjent, tibdil fil-klima u l-enerġija hija problema f 'pajjiżna. Fin-nuqqas ta' kwistjonijiet dwar kontijiet tad- dawl u l-ilma u fin-nuqqas ta' dibattitu meħtieġ dwar it-tibdil fil-klima, jidher għalhekk li qed tikber il-kuxjenza dwar l-ambjent Malti. Iktar iva milli le, il-kwistjoni ddur ma' dik relatata mal-art u l-ispazji pubbliċi, għalkemm jista' jkun li dan it-tħassib huwa wkoll riżultat ta' attività qawwija fil-kostruzzjoni. Il-preżenza qawwija ħafna u ovvja minn mili 'l bogħod ta' krejnijiet kbar tal-bini f 'postijiet bħal Buġibba, l-Qawra, Tas-Sliema u San Ġiljan, fejn għaddejja attività qawwija ta' bini, jista' jkun ir- raġuni għalfejn ħafna persuni huma ġenwinament inkwetati dwar l-ambjent immedjat li jgħixu fih. Dawn ir-riżultati jiġu wkoll fiż-żmien meta l-Gvern qed ikompli bil-proġett tat-twaqqigħ tal-power station l-antika tal- Marsa, li minnu nnifsu huwa proċess b'impatt pożittiv ħafna fuq iż-żona tal-madwar. Jiġi wkoll fiż-żmien meta l-power station il-ġdida bdiet taħdem bil-gass. Jista' jkun għalhekk li l-inkwiet ta' ħafna Maltin huwa aktar dwar l-ambjent mibni u dak li jitratta termini ta' spazju. L-istħarriġ tal-Ewrobarometru jirrifletti l-kważi kunsens li hawn bħalissa li l-ekonomija sejra tajjeb. Fil-fatt il-persentaġġ ta' nies li bħalissa jinsabu inkwetati dwar ix-xogħol, l-ekonomija u d-dejn tal-pajjiż huwa baxx ħafna. Huma 2% biss tan-nies li jinsabu inkwetati bis-settur tax-xogħol f 'Malta, jiġifieri ftit jew kważi ħadd. Dan jikkumpara ma' persentaġġi għoljin ħafna fi Spanja (58%), il-Greċja (49%), Ċipru (48%), l-Italja (42%) u l-Portugall (42%). Huma biss 4% tal-Maltin li huma inkwetati minħabba l-ekonomija meta mqabbel mat-48% f 'Ċipru u l-istess fuq dak li huwa dejn tal-pajjiż hekk kif 5% biss huma inkwetati. Minkejja dan, 10% tal- Maltin huma inkwetati dwar l-għoli tal-ħajja u l-prezzijiet. Hawnhekk pajjiżna ma jmurx tajjeb daqs kemm imur fl- oqsma tal-ekonomija, li jfisser illi minkejja hawn qbil ġenerali li l-ekomomija sejra tajjeb jew mhux problema għall-pajjiż, numru ta' nies konsiderevoli għadhom qed isibuha diffiċli biex ilaħħqu mal-ħajja u mal- prezzijiet. Finalment, bħal kull poplu ieħor fl-Unjoni Ewropea, il-maġġoranza tal-Maltin jaħsbu li l-akbar żewġ problemi għall-Unjoni bħalissa huma l-immigrazzjoni u t-terroriżmu. agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Il-kriminalità fuq moħħ il-Maltin bħalissa • Malta bl-ogħla inkwiet dwar il-kriminalità fl -UE kollha • Kważi ħadd f 'pajjiżna mhu inkwetat dwar ix-xogħol • L-istat tal-ambjent jibqa' ta' tħassib għal 22% tal-Maltin

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 24 December 2017